Għal ħamsa u ħamsin sena, Id-Dar tal-Providenza tipprovdi residenza permanenti u servizzi ta’ respite lill-persuni b’diżabilità. Illum id-Dar tiġbor fiha tliet residenzi fis-Siġġiewi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani kif ukoll ħamest idjar fil-komunità: ‘Żerniq’ fis-Siġġiewi, ‘Akkwarell’ fil-Qawra, ‘Dar Pirotta’ f’Birkirkara, ‘Shalom’ fiż-Żurrieq u dar oħra fil-Balluta. Biex tagħti dan is-servizz l-ispiża hi waħda konsiderevoli – fil-preżent tlaħħaq madwar €10,000 kuljum.
Wieħed mill-modi kif nistgħu niġbru l-fondi hu billi ninkoraġġixxu l-impjegati jwiegħdu li jagħtu 25 ċenteżmu ta’ Ewro (€0.25) fil-ġimgħa mill-paga tagħhom lid-Dar.