{"id":10274,"date":"2019-12-17T13:24:00","date_gmt":"2019-12-17T12:24:00","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=10274"},"modified":"2019-12-23T08:52:17","modified_gmt":"2019-12-23T07:52:17","slug":"festa-ohra-ta-generozita-mad-dar-tal-providenza-fl-ewwel-ta-jannar-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/festa-ohra-ta-generozita-mad-dar-tal-providenza-fl-ewwel-ta-jannar-2\/","title":{"rendered":"Festa o\u0127ra ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 mad-Dar tal-Providenza fl-Ewwel ta\u2019 Jannar"},"content":{"rendered":"<p>Ing\u0127ataw dettalji tal-erba\u2019 w g\u0127oxrin edizzjoni tal-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 li ssir fl-Ewwel ta\u2019 Jannar ta\u2019 kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jin\u0121abru fondi \u0127alli d-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi tkun tista\u2019 tkompli bil-\u0127idma tag\u0127ha u ssa\u0127\u0127a\u0127a. Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt konferenza tal-a\u0127barijiet li saret dalg\u0127odu (It-Tlieta, 17 ta\u2019 Di\u010bembru).<\/p>\n<p>Fr Martin \u0127abbar li d-Dar tal-Providenza g\u0127amlet pass importanti meta akkwistat il-Li\u010benzji me\u0127tie\u0121a g\u0127all-operat ta\u2019 kull dar li g\u0127andha kif kien mitlub minnha mill-Awtorit\u00e0 g\u0127all-Istandards ta\u2019 \u0126arsien So\u010bjali (SCSA) li twaqqfet\u00a0 b\u2019att legali s-sena l-o\u0127ra. Permezz ta\u2019 din il-li\u010benzja, id-Dar tal-Providenza qed turi fil-konkret li hi mpenjata li tipprote\u0121i u ttejjeb id-dinjit\u00e0, is-sigurt\u00e0 u l-\u0127arsien so\u010bjali tar-residenti u kull min ikollu b\u017conn is-servizzi tag\u0127ha. Id-Dar tal-Providenza hija wkoll re\u0121istrata mal-Kummissarju g\u0127all-Organizzazzjonijiet Volontarji (VO 1066)\u00a0 biex in-nies ikunu jafu li d-Dar ta\u0127dem bi trasparenza u kontabilit\u00e0 s\u0127i\u0127a.<\/p>\n<p>B\u0127ala pro\u0121etti g\u0127as-sena li \u0121ejja, Fr Martin semma\u2019 l-ftu\u0127 ta\u2019 dar \u0121dida fil-Komunit\u00e0 tal-Balluta;\u00a0refurbishment u installazzjoni ta\u2019 lift \u0121did f\u2019Dar \u017berniq, fis-Si\u0121\u0121iewi;\u00a0refurbishment tal-erba\u2019 flettijiet f\u2019Villa Papa Giovanni u kors ta\u2019 ta\u0127ri\u0121 spe\u010bjalizzat minn professjonist barrani g\u0127all-management u l-\u0127addiema dwar \u201cIm\u0121ieba Diffi\u010bli\u201d.<\/p>\n<p>Il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 tibda fid-9.00am b\u2019quddiesa minn Mons Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar. Matul il-jum kollu fuq il-palk ta\u2019 ta\u0127t it-tinda, ikun hemm spettaklu ta\u2019 varjet\u00e0 u intervisti ma\u2019 g\u0127add ta\u2019 personalitajiet li j\u017curu d-Dar li jibqa\u2019 sejjer sa nofsillejl. Ta\u0127t it-tinda se jkun hemm ukoll il-voluntiera biex jilqg\u0127u d-donazzjonjiet tal-pubbliku. Kull min se jkun qed i\u017cur id-Dar tal-Providenza se jkun qed jing\u0127ata r\u010bevuta tad-donazzjoni tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Fl-okka\u017cjoni tas-sena li fiha l-Knisja se tkun qed tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta\u2019 San \u0120wanni Pawlu II, matul il-\u0121urnata fil-kappella se tkun esposta g\u0127all-qima u t-talb tal-pubbliku relikwa b\u2019gar\u017ca bid-demm tieg\u0127u ta\u2019 meta Mehmet Ali A\u011fca sparalu fi Pjazza San Pietru fit-13 ta\u2019 Mejju 1981. Din ir-relikwa irregalata lid-Dar soru Maltija li kienet assistiet lill-Papa waqt li kien rikoverat fil-Policlinico Gemelli.<\/p>\n<p>L-irkant ta\u2019 xog\u0127olijiet tal-arti, \u0121entilment mog\u0127tija minn artist, kemm Maltin kif ukoll barranin li kellu jsir fil-foyer tal-Parlament fil-Belt Valletta nhar il-\u0126amis li \u0121ej, 19 ta\u2019 Di\u010bembru \u0121ie pospost g\u0127al April tas-sena ddie\u0127la. Madankollu, matul il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0, il-pubbliku xorta jkun jista\u2019 j\u017cur il-wirja tax-xog\u0127olijiet artisti\u010bi li se tittella\u2019 apposta fis-sala ewlenija tad-Dar.<\/p>\n<p>Ghal benefi\u010b\u010bju ta\u2019 dawk li dakinhar se j\u017curu d-Dar tal-Providenza se jkun hemm servizz ta\u2019 <em>park-and-ride<\/em> bejn it-3.00pm u 9.00pm mit-triq ta\u2019 San Niklaw (ir-runway l-antik). G\u0127al dawk li ma jistg\u0127ux jaslu sas-Si\u0121\u0121iewi jistg\u0127u isegwu l-Kampanja li se tkun imxandra live fuq l-istazzjonijiet televi\u017civi ewlenin. Donazzjonijiet jistghu jsiru fl-istess Dar tal-Providenza jew permezz tat-telefon.<\/p>\n<p>Donazzjonijiet jistghu jsiru bit-telefon kif \u0121ej:<\/p>\n<p>Donazzjoni\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 \u20ac10\u00a0 \u00a0 \u00a0 \u00a0&#8211;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 516 02 012<\/p>\n<p>Donazzjoni\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 \u20ac15\u00a0 \u00a0 \u00a0 \u00a0&#8211;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 517 02 013<\/p>\n<p>Donazzjoni\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 \u20ac25\u00a0 \u00a0 \u00a0 \u00a0&#8211;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 518 02 014<\/p>\n<p>SMS Donazzjoni\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 \u20ac7\u00a0 \u00a0 &#8211;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 506 18 922<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ing\u0127ataw dettalji tal-erba\u2019 w g\u0127oxrin edizzjoni tal-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 li ssir fl-Ewwel ta\u2019 Jannar ta\u2019 kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jin\u0121abru fondi \u0127alli d-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi tkun tista\u2019 tkompli bil-\u0127idma&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":10275,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-10274","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10274","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=10274"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10274\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10275"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=10274"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=10274"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=10274"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}