{"id":10410,"date":"2020-01-02T00:41:36","date_gmt":"2020-01-01T23:41:36","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=10410"},"modified":"2020-01-02T14:32:29","modified_gmt":"2020-01-02T13:32:29","slug":"grazzi-mid-dar-tal-providenza-ghall-festa-ta-generozita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/grazzi-mid-dar-tal-providenza-ghall-festa-ta-generozita\/","title":{"rendered":"GRAZZI mid-Dar tal-Providenza g\u0127all-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p>Somma rekord ta\u2019 \u20ac1,365,556 in\u0121abret waqt il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 organizzata mid-Dar tal-Providenza fl-ewwel tas-sena \u2018l \u0121dida. Bosta kienu dawk li marru s-Si\u0121\u0121iewi biex jag\u0127mlu d-donazzjoni tag\u0127hom ta\u0127t it-tinda li ttellg\u0127et fil-parke\u0121\u0121 imma \u0127afna kienu wkoll dawk li \u010bemplu biex jag\u0127mlu d-donazzjoni tag\u0127hom. B\u0127al kull sena, g\u0127add ta\u2019 parro\u010b\u010bi f\u2019Malta w G\u0127awdex organizzaw \u0121abriet spe\u010bjali li mbag\u0127ad ing\u0127ataw lid-Dar f\u2019isem il-komunit\u00e0 parrokkjali.<\/p>\n<p>Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 b\u0127al dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u G\u0127awdxi li g\u0127al darb\u2019o\u0127ra wera solidarjet\u00e0 u \u0121enero\u017cit\u00e0 mad-Dar. Huwa qal li dawn il-fondi se jg\u0127inu biex id-Dar tkompli ttejjeb il-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja tar-residenti tag\u0127ha kemm fid-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi kif ukoll fid-djar li hemm fil-komunit\u00e0.<\/p>\n<p>L-ewwel \u017cjara saret minn Mons Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna li wkoll i\u010b\u010belebra quddiesa fil-kappella tad-Dar tal-Providenza li g\u0127aliha attenda s-Segretarju Parlamentari g\u0127ad-Drittijiet tal-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0 u Anzjanit\u00e0 Attiva, Anthony Agius Decelis. Fl-omelija tieg\u0127u l-Ar\u010bisqof qal: \u201cG\u0127andna n\u0127allu lil Alla j\u0127ares lejna ghax b\u2019hekk il-\u0127arsa tag\u0127na lejn xulxin issir il-\u0127arsa ta\u2019 Alla \u0127ier\u0121a mill-qalb.\u201d Huwa kompla jg\u0127id, \u201ckemm hija \u0127a\u0121a sabi\u0127a li l-Maltin u G\u0127awdxin jibdew is-sena \u2018l \u0121dida jg\u0127inu lil xulxin b\u2019atti ta\u2019 solidarjet\u00e0 anke fi\u010b-\u010brieki qrib tag\u0127na. Hemm \u0127afna modi o\u0127ra ta\u2019 faqar minbarra l-finanzi, wa\u0127da minnhom hija s-solitudni fejn bniedem i\u0127ossu wa\u0127du u mwarrab mis-so\u010bjet\u00e0.\u201d L-Ar\u010bisqof Scicluna appella biex il-poplu Malti u G\u0127awdxi jibqa\u2019 jappo\u0121\u0121ja in-nis\u0121a ta\u2019 djar li d-Dar tal-Providenza g\u0127andha f\u2019diversi lokalitajiet biex persuni bi b\u017connijiet spe\u010bjali jkunu jistg\u0127u jibqg\u0127u jg\u0127ixu fil-qalb tal-komunit\u00e0.<\/p>\n<p>Matul il-jum kien hemm \u017cjarat mill-President ta\u2019 Malta, Dott. George Vella u s-Sinjura Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Muscat u l-Isqof Aw\u017ciljarju Mons Joseph Galea-Curmi. Attendew g\u0127add ta\u2019 ministri u membri parlamentari mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at tal-Kamra tad-Deputati kif ukoll delegati tal-partit politi\u010bi ewlenin u rappre\u017centanti ta\u2019 korpi kostitwiti li qattg\u0127u \u0127in iwie\u0121bu t-telefonati tal-pubbliku.<\/p>\n<p>Fl-okka\u017cjoni tas-sena li fiha l-Knisja se tkun qed tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta\u2019 San \u0120wanni Pawlu II fit-18 ta\u2019 Mejju 1920, matul il-\u0121urnata fil-kappella kienet esposta g\u0127all-qima u t-talb tal-pubbliku relikwa b\u2019gar\u017ca bid-demm tieg\u0127u ta\u2019 meta Mehmet Ali A\u011fca sparalu fi Pjazza San Pietru fit-13 ta\u2019 Mejju 1981. Din ir-relikwa irregalata lid-Dar Sr Marija Bambina Bugeja, soru Maltija li kienet assistiet lill-Papa waqt li kien rikoverat fil-Policlinico Gemelli.<\/p>\n<p>Bosta \u017caru l-wirja tax-xog\u0127lijiet tal-arti mog\u0127tija minn g\u0127add ta\u2019 artisti Maltin u barranin li ttellg\u0127et fis-Sala San Pawl. L-irkant ta\u2019 dawn ix-xog\u0127lijiet, li b\u2019kollox kien madwar mitt bi\u010b\u010ba, din id-darba se jsir f\u2019April li \u0121ej f\u2019data li tit\u0127abbar aktar tard. Is-sena l-o\u0127ra \u0121ew irkantati b\u2019kemm jiswew \u20ac29,487 f\u2019pitturi u skulturi.<\/p>\n<p>Ix-xandira televi\u017civa bdiet fid-9.00am b\u2019quddiesa mill-kappella tad-Dar u baqg\u0127et  sejra sa wara nofsillejl meta t\u0127abbret is-somma totali fost is-soltu fer\u0127 u briju ta\u2019 l-g\u0127add kbir ta\u2019 voluntiera li taw \u0127inhom g\u0127al din il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0. TVM1, TVM2, ONE TV u NET TV ing\u0127aqdu f\u2019\u0127inijiet twal fix-xandira diretta ta\u2019 ftit aktar minn \u0127mistax-il sieg\u0127a.  Matul ix-xandira kien hemm programm s\u0127ie\u0127 ta\u2019 divertiment ta\u0127t it-tinda bis-sehem ta\u2019 kantanti u mu\u017ci\u010bisti ewlenin Maltin.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Somma rekord ta\u2019 \u20ac1,365,556 in\u0121abret waqt il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 organizzata mid-Dar tal-Providenza fl-ewwel tas-sena \u2018l \u0121dida. Bosta kienu dawk li marru s-Si\u0121\u0121iewi biex jag\u0127mlu d-donazzjoni tag\u0127hom ta\u0127t it-tinda li ttellg\u0127et&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":10411,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-10410","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10410","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=10410"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10410\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10411"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=10410"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=10410"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=10410"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}