{"id":11307,"date":"2020-06-29T14:32:48","date_gmt":"2020-06-29T13:32:48","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=11307"},"modified":"2020-06-29T19:53:34","modified_gmt":"2020-06-29T18:53:34","slug":"sabih-li-taghti-id-dar-tal-providenza-tappella-ghall-ghajnuna-wara-investiment-sostanzjali-biex-thares-is-sahha-tal-haddiema-u-r-residenti-waqt-il-pandemija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/sabih-li-taghti-id-dar-tal-providenza-tappella-ghall-ghajnuna-wara-investiment-sostanzjali-biex-thares-is-sahha-tal-haddiema-u-r-residenti-waqt-il-pandemija\/","title":{"rendered":"Sabi\u0127 li tag\u0127ti: Id-Dar tal-Providenza tappella g\u0127all-g\u0127ajnuna wara investiment sostanzjali biex t\u0127ares is-sa\u0127\u0127a tal-\u0127addiema u r-residenti waqt il-pandemija"},"content":{"rendered":"<p>Id-Dar tal-Providenza qed tniedi kampanja bl-isem ta\u2019 \u201cSabi\u0127 li tag\u0127ti\u201d biex ti\u0121bor fondi bl-g\u0127an li tkun tista\u2019 tibqa\u2019 tag\u0127ti s-servizzi professjonali lir-residenti tag\u0127ha. Dan hekk kif matul dawn l-a\u0127\u0127ar xhur fejn pajji\u017cna ntlaqat mill-imxija tal-coronavirus, mhux biss naqsu drastikament id-donazzjonijiet li hi tiddependi fuqhom i\u017cda \u017cdiedu bil-qawwi l-ispejje\u017c biex tit\u0127ares is-sa\u0127\u0127a tal-\u0127addiema u r-residenti.<br \/>\nL-amministratur tad-Dar Nadine Camilleri Cassano spjegat kif matul l-a\u0127\u0127ar xhur fejn pajji\u017cna kien milqut mill-imxija tal-coronavirus, u bl-iskop li tkun im\u0127arsa s-sa\u0127\u0127a tar-residenti u l-\u0127addiema, ittie\u0127du g\u0127add ta\u2019 mi\u017curi skont il-protokolli ma\u0127ru\u0121 mill-awtoritajiet tas-sa\u0127\u0127a.<br \/>\nId-Dar tal-Providenza investiet f\u2019smartphones g\u0127ad-djar u l-appartamenti tar-residenti biex kull grupp seta\u2019 j\u017comm kuntatt mal-familjari u \u0127bieb waqt il-pandemija. Dan kien possibbli permezz tal-investiment qawwi li g\u0127amlu l-MITA fil-Wifi tad-Dar u li \u0121ie inawgurat mill-President ta\u2019 Malta. Barra minn hekk sar investiment ukoll f\u2019sistemi teknolo\u0121i\u010bi biex ix-xog\u0127ol amministrattiv jkun jista\u2019 jitwettaq b\u2019mod ta\u2019 teleworking.<br \/>\nSar ukoll investiment sostanzjali f\u2019tag\u0127mir protettiv (PPE) g\u0127all-istaff li ja\u0127dem f\u2019kuntatt mar-residenti, kif ukoll maskri, termormetri u di\u017cinfettanti. Kien hemm \u017cieda fil-frekwenza tat-tindif u d-di\u017cinfettar fil-postijiet li jintu\u017caw l-aktar ta\u2019 spiss mir-residenti u l-\u0127addiema. Barra minn hekk \u0121ie provdut trasport sigur g\u0127al \u0127addiema li ma jsqux u ng\u0127ata programm ta\u2019 ta\u0127ri\u0121 lill-infermiera residenti fid-Dar.<br \/>\nCamilleri Cassano spjegat ukoll kif dan il-perjodu fisser ukoll li r-residenti kienu konfinati fl-appartamenti u d-djar tag\u0127hom g\u0127ax il-\u0127ru\u0121 kien eliminat g\u0127al kollox. It-tim tal-Ability Promoters, immexxi minn Margaret Vella, \u0127oloq diversi attivitajiet biex iferr\u0127u r-residenti. Dawn kienu jinkludu street music darbtejn fil-\u0121img\u0127a, u sessjonijiet ta\u2019 crafts. Flimkien mal-carers, kienu ukoll jo\u0127or\u0121u lir-residenti fil-\u0121onna tad-Dar.<br \/>\n\u201cMinkejja d-diffikultajiet, \u0127dimna u rajna li nimplimentaw dak kollu li kellu jsir biex nipprote\u0121u s-sa\u0127\u0127a tar-residenti bl-a\u0127jar mod biex ir-residenti tad-Dar jibqg\u0127u jkollhom kwalit\u00e0 ta\u2019 \u0127ajja tajba u ambjent li jirrispetta id-dinjit\u00e0 tag\u0127hom. Dan kollu fisser investiment ta\u2019 iktar minn \u20ac60,000.\u201d<br \/>\nManwel Zammit Membru tal-Bord tad-Diretturi tad-Dar tal-Providenza kompla jispjega kif dan fisser sfida doppja g\u0127at-tmexxija tad-dar li mhux biss kellha tid\u0127ol fi spejje\u017c akbar i\u017cda dan se\u0127\u0127 f\u2019perjodu meta d-d\u0127ul naqas drastikament. Fakkar kif f\u2019\u010birkostanzi normali, kieku waslet biex titnieda l-maratona tal-volleyball b\u2019ri\u017cq id-Dar tal-Providenza, maratona li wa\u0127edha normalment tirrendi man-nofs miljun ewro.<br \/>\nHuwa spjega wkol li \u201ckellna wkoll nwaqqfu l-operat tal-uffi\u010b\u010bju li g\u0127andna fil-Belt Valletta, u anke naqsu drastikament id-donazzjonijiet li kienu jsiru minn nies li regolarment i\u017curu d-dar biex jag\u0127tu d-donazzjonijiet tag\u0127hom.\u201d Dan kollu fisser pressjoni qawwija fuq ir-ri\u017corsi tar-Residenza.<br \/>\nMadankollu, huwa esprima l-apprezzament tieg\u0127u g\u0127as-sens ta\u2019 solidarjet\u00e0 muri minn diversi organizzazzjonijiet u entitajiet kummer\u010bjali li raw kif jg\u0127inu lid-dar, fosthom donazzjonijiet mi\u0121bura minn Malta Together, il-kumpanija Bad Boys li pprovdiet \u0127addiema biex jg\u0127inu fit-tindif, il-Corinthia Group of Companies u Norwex Limited, il-Ministeru g\u0127all-Affarijiet Barranin u r-Rotary Club g\u0127ad-donazzjonijiet ta\u2019 maskri, kif ukoll il-kumpanija Bitmac g\u0127al xog\u0127ol ta\u2019 tarmak u g\u0127all-k\u010bejjen fir-residenza fil-Balluta u Dar Pirotta.<br \/>\nJesmond Saliba, Membru tal-Bord tad-Diretturi tad-Dar tal-Providenza tkellem dwar l-isfidi ta\u2019 dawn l-a\u0127\u0127ar xhur fejn barra l-aspett finanzjarju, kellhom jitwaqqfu \u017c-\u017cjarat kollha tal-familjari lir-residenti. Madankollu, huwa fakkar kif is-servizz professjonali li jing\u0127ata fid-Dar jiddependi g\u0127al kollox, g\u0127ajr xi e\u010b\u010bezzjonijiet \u017cg\u0127ar, fuq id-donazzjonijiet tal-poplu Malti.<br \/>\nG\u0127al dan il-g\u0127an, huwa \u0127abbar li ser titnieda l-inizjattiva Sabi\u0127 Li Tag\u0127ti, li tmur lil hinn mill-Maratona tal-Volleyball, imma li ser tkun il-kappa li ta\u0127tha ser ikunu qeg\u0127din jin\u0127abru l-isforzi kollha ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 fondi tul ix-xhur li \u0121ejjin, bil-g\u0127an li d-Dar tin\u017camm \u0127ajja.<br \/>\nPersuna tista tag\u0127mel donazzjoni b\u2019modi varji fuq www.sabihlitaghti.org<br \/>\nHuwa fakkar kif id-Dar te\u0127tie\u0121 aktar minn 5 miljun ewro fis-sena biex tkopri s-servizzi li tag\u0127ti u li dan jiddependi mill-\u0121enero\u017cita tal-poplu Malti.<br \/>\nSaliba temm l-intervent tieg\u0127u b\u2019a\u0127bar xejn feli\u010bi hekk kif \u0127abbar li Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza se jkun qed jieqaf g\u0127all-perjodu indefinit mir-responsabbiltajiet tieg\u0127u biex jing\u0127ata l-kura g\u0127all-kan\u010ber li jitfejjaq.<br \/>\n\u201cFr Martin se jkun qed jibda maratona differenti u aktar iebsa. Huwa \u017cmien diffi\u010bli g\u0127alina li na\u0127dmu mieg\u0127u u g\u0127all-familja ta\u2019 Fr Martin, kif ukoll il-familja ta\u2019 din id-Dar. Ix-xog\u0127ol tad-Dar ser jibqa g\u0127addej bl-a\u0127jar mod kif dejjem kien mill-Management, minn dawk li jservu fil-Bord tad-Diretturi u mill-\u0127addiema kollha tad-Dar.\u201d<br \/>\nHuwa talab biex il-pubbliku jag\u0127ti donazzjoni li mhux biss tg\u0127in lir-residenti tad-dar i\u017cda li tkun rigal g\u0127al Fr Martin biex sas-sena d-die\u0127la jkun jista\u2019 jkompli fil-missjoni tieg\u0127u hemmhekk.<br \/>\nIl-Professur Charmaine Gauci, Supretendent tas-Sa\u0127\u0127a Pubblika ltaqg\u0127et u tkellmet ma\u2019 bosta \u0127addiema tad-Dar u rringrazzjathom tal-impenn u d-dedikazzjoni li wrew matul il-perjodu tal-pandemija. Hi rringrazzjat ukoll lill-amministrazzjoni tad-Dar g\u0127all-mi\u017curi li \u0127adu biex ji\u017cguraw is-sa\u0127\u0127a u s-sigurt\u00e0 tal-\u0127addiema u r-residenti.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id-Dar tal-Providenza qed tniedi kampanja bl-isem ta\u2019 \u201cSabi\u0127 li tag\u0127ti\u201d biex ti\u0121bor fondi bl-g\u0127an li tkun tista\u2019 tibqa\u2019 tag\u0127ti s-servizzi professjonali lir-residenti tag\u0127ha. Dan hekk kif matul dawn l-a\u0127\u0127ar xhur&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":14,"featured_media":11311,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-11307","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11307","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/14"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=11307"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11307\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/11311"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=11307"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=11307"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=11307"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}