{"id":11776,"date":"2020-08-12T10:08:56","date_gmt":"2020-08-12T09:08:56","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=11776"},"modified":"2020-08-13T09:04:26","modified_gmt":"2020-08-13T08:04:26","slug":"aktar-minn-e560000-ffondi-ghad-dar-tal-providenza","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/aktar-minn-e560000-ffondi-ghad-dar-tal-providenza\/","title":{"rendered":"Aktar minn \u20ac560,000 f\u2019fondi g\u0127ad-Dar tal-Providenza"},"content":{"rendered":"<p>L-g\u0127aqda volontarja Dar tal-Providenza se tgawdi minn g\u0127otja ta\u2019 aktar minn \u20ac560,000 f\u2019fondi mill-Operational Assistance Scheme. Din l-iskema kienet im\u0127abbra f\u2019\u0120unju b\u0127ala parti mill-pjan ta\u2019 ri\u0121enerazzjoni ekonomika li \u0127abbar il-gvern.<\/p>\n<p>Din l-g\u0127otja se tg\u0127in lid-Dar tal-Providenza sabiex ittaffi l-ispejje\u017c tag\u0127ha marbutin mal-pagi tal-\u0127addiema u anke tikkumpensa g\u0127an-nuqqas ta\u2019 donazzjonijiet li r\u010beviet fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19.<\/p>\n<p>Is-Segretarju Parlamentari g\u0127a\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima qal li l-gvern qed juri bi\u010b-\u010bar kemm l-g\u0127aqdiet volontarji huma importanti g\u0127all-pajji\u017c. Huwa qal li permezz tad-diversi inizjattivi li l-g\u0127aqdiet volontarji jie\u0127du, dawn jag\u0127tu kontribut lis-so\u010bjet\u00e0 Maltija.<\/p>\n<p>\u201cIllum il-\u0121urnata, g\u0127andna diversi g\u0127aqdiet li jimpjegaw mag\u0127hom nies li huma spe\u010bjalizzati f\u2019diversi oqsma, xog\u0127ol li jikkumplimenta dak li qed jag\u0127mel il-gvern fis-settur so\u010bjali. B\u2019hekk, l-ispi\u017ca rikurrenti tag\u0127hom hija konsiderevoli. G\u0127alhekk, permezz ta\u2019 din l-g\u0127otja se ng\u0127inu lil din l-g\u0127aqda sabiex tkompli topera,\u201d sa\u0127aq is-Segretarju Parlamentari.<\/p>\n<p>Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li din l-iskema hija l-akbar investiment dirett li qatt sar fis-settur volontarjat.<br \/>\nI\u010b-\u010aermen tal-Kunsill Malti g\u0127all-Volontarjat Noel Camilleri tenna, \u201cB\u2019\u0127idma tal-kunsill kif ukoll b\u2019intervent waqtu tas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, \u0121ew ma\u0127ru\u0121a fondi propju biex jassistu lil impjegati li ja\u0127dmu fis-settur tal-volontarjat.\u201d<\/p>\n<p>L-amministratur tad-Dar Tal-Providenza Nadine Camilleri Cassano spjegat li l-pandemija fissret li d-Dar tal-Providenza \u017ciedet fl-ispejje\u017c sabiex tkun tista\u2019 tissalvagwardja s-sa\u0127\u0127a u s-sigurt\u00e0 kemm tar-residenti kif ukoll tal-\u0127addiema tag\u0127ha. Fl-istess \u0127in, il-pandemija wasslet g\u0127al tnaqqis fid-donazzjonijiet, b\u2019mod partikolari dawk li kienu ji\u0121u mill-attivitajiet ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 fondi li kienu jsiru kemm mid-Dar kif ukoll minn organizazzjonijiet o\u0127ra. Hija spjegat li, minkejja dan, id-Dar rat li jkun assigurat li s-servizz mog\u0127ti jkun tal-og\u0127la livell biex ir-residenti tad-Dar tal-Providenza fis-Si\u0121\u0121iewi u dawk fid-djar tag\u0127ha fil-komunit\u00e0 jg\u0127ixu fid-dinjit\u00e0 li jixirqilhom.<\/p>\n<p>Min-na\u0127a tieg\u0127u, Jesmond Saliba rringrazzja lis-Sur Mauro Pace Parascandalo, lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, u lil dawk kollha li kienu mag\u0127na f\u2019dan il-mument u li kienu strumentali biex dan il-jum isir realt\u00e0, fi \u017cmien meta g\u0127al darb\u2019o\u0127ra, fid-dawl tar-riskji u \u017c-\u017cieda ta\u2019 ka\u017cijiet tal-pandemija, kellhom ji\u0121u sospi\u017ci attivitajiet ta\u2019 fundraising li kienu qed ji\u0121u ppjanati.<\/p>\n<p>Dan il-fond huwa amministrat mill-Kunsill Malti g\u0127as-Settur tal-Volontarjat bil-g\u0127an li jassigura l-e\u017cistenza ta\u2019 dawn l-g\u0127aqdiet u jag\u0127ti nifs ta\u2019 \u0127ajja lil dawn l-g\u0127aqdiet li jag\u0127mlu xog\u0127ol imprezzabli, xog\u0127ol li \u0121ie affetwat negattiv li illimita kif joperaw u ji\u0121\u0121eneraw id-d\u0127ul tag\u0127hom l-g\u0127aqdiet.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-g\u0127aqda volontarja Dar tal-Providenza se tgawdi minn g\u0127otja ta\u2019 aktar minn \u20ac560,000 f\u2019fondi mill-Operational Assistance Scheme. Din l-iskema kienet im\u0127abbra f\u2019\u0120unju b\u0127ala parti mill-pjan ta\u2019 ri\u0121enerazzjoni ekonomika li \u0127abbar il-gvern&#8230;.<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":11777,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-11776","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11776","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=11776"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11776\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/11777"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=11776"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=11776"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=11776"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}