{"id":11983,"date":"2020-09-13T10:50:08","date_gmt":"2020-09-13T09:50:08","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=11983"},"modified":"2020-09-14T06:58:56","modified_gmt":"2020-09-14T05:58:56","slug":"id-dar-tal-providenza-monument-tal-hniena","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/id-dar-tal-providenza-monument-tal-hniena\/","title":{"rendered":"\u201cId-Dar tal-Providenza monument tal-\u0127niena\u201d"},"content":{"rendered":"<p>Waqt quddiesa ta\u2019 radd il-\u0127ajr lil Alla f\u2019g\u0127eluq il-55 Anniversarju tat-twaqqif tad-Dar tal-Providenza, Mons. Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna ddeskriva d-Dar b\u0127ala \u201cmonument tal-\u0127niena\u201d. Huwa \u017cied jg\u0127id li meta Dun Mikiel, il-fundatur tag\u0127ha, laqa\u2019 l-ewwel residenti fid-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi laqag\u0127hom b\u2019\u0127arsa ta\u2019 \u0127niena mhux g\u0127ax imsieken imma g\u0127ax ried li l-g\u0127o\u017c\u017ca li d-Dar dejjem ikollha lejn ir-residenti tag\u0127ha tkun mera tal-g\u0127o\u017c\u017ca li Alla g\u0127andu lejn il-bniedem.<\/p>\n<p>Kien propju fit-12 ta\u2019 Settembru 1965 meta Dun Mikiel, kien qasam mas-semmieg\u0127a tieg\u0127u fuq programm li kellu fuq ir-Rediffusion ix-xewqa tieg\u0127u li jifta\u0127 l-ewwel dar residenzjali f\u2019Malta g\u0127all-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0.  Wara l-programm wa\u0127da mara marret issibu u tag\u0127tu l-ewwel donazzjoni biex jibda jirrealizza b\u2019mod konkret din il-\u0127olma kif fil-fatt g\u0127amel.  Dun Mikiel dejjem \u017camm din id-data b\u0127ala Jum it-twaqqif tad-Dar tal-Providenza li mbag\u0127ad fet\u0127et il-bibien tag\u0127ha fil-11 ta\u2019 Frar 1968.<br \/>\nDan l-anniversarju, ta\u2019 \u0127amsa u \u0127amsin sena ta\u2019 \u0127idma b\u2019sens qawwi ta\u2019 m\u0127abba, dedikazzjoni u servizz lil persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li tul dawn is-snin kellhom b\u017conn servizz residenzjali, kien imfakkar il-\u0126add, 13 tax-xahar b\u2019quddiesa  fil-kappella tad-Dar tal-Providenza li kienet i\u010b\u010belebrata mill-Ar\u010bisqof Scicluna meg\u0127jun minn Fr Trevor Fairclough u Fr Lino Cardona SJ.<\/p>\n<p>L-Ar\u010bisqof irringrazzja lill-President ta\u2019 Malta, Dr George Vella u s-Sinjura Vella g\u0127all-pre\u017cenza u s-solidarjet\u00e0 tag\u0127hom kif ukoll g\u0127all-appo\u0121\u0121 li l-Istat jag\u0127ti g\u0127all-g\u0127aqdiet li je\u0127tie\u0121uh. Pre\u017centi wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari g\u0127all-Anzjanit\u00e0 Attiva u l-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0, s-Sinjura Marija Deguara, Kelliem g\u0127all-Oppo\u017cizzjoni g\u0127all-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0 u l-Kummissarju g\u0127as-Sa\u0127\u0127a Mentali, Dr John M. Cachia.<\/p>\n<p>Imma dan il-55 Anniversarju \u017cgur li se jibqa\u2019 miftakar min\u0127abba \u010b-\u010birkostanzi tal-pandemija li \u0127akmet lil Malta u lid-dinja. COVID-19 kien u g\u0127adu ta\u2019 pi\u017c kbir fuq ir-ri\u017corsi kemm umani kif ukoll finanzjarji tad-Dar.  Biex ji\u0121u salvagwardjati s-sikurezza u l-benesseri tar-residenti kif ukoll tal-\u0127addiema, id-Dar osservat u \u0127addmet il-protokolli kollha adottati mill-Awtoritajiet tas-Sa\u0127\u0127a. Residenti, qraba u \u0127addiema kellhom jadattaw ru\u0127hom g\u0127al arran\u0121amenti ta\u2019 sigurt\u00e0 li dda\u0127\u0127lu f\u2019diversi mi\u017curi sa minn Marzu li g\u0127adda.  Fi tmiem il-quddiesa, l-Ar\u010bisqof appella biex f\u2019dawn i\u017c-\u017cminijiet diffi\u010bli tal-pandemija kull min jista\u2019 g\u0127andu jg\u0127in finanzjarjament lil \u0127afna organizzazzjonijiet li hawn, fosthom id-Dar tal-Providenza u l-Community Chest Fund.<\/p>\n<p>L-g\u0127an tad-Dar tal-Providenza minn dejjem kien li toffri ambjent familjari g\u0127all-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li g\u0127al xi ra\u0121uni jew o\u0127ra ma setg\u0127ux jibqg\u0127u jg\u0127ixu mal-familja tag\u0127hom. Tul is-snin, dan is-servizz li j\u0127ares ir-rispett, id-dinjit\u00e0 u d-drittijiet tag\u0127hom ma setax ikun possibbli ming\u0127ajr l-appo\u0121\u0121 s\u0127i\u0127 li ma qata\u2019 qatt tal-Maltin u l-G\u0127awdxin kollha permezz ta\u2019 g\u0127ajnuna kemm volontarja kif ukoll finanzjarja.<\/p>\n<p>Illum, \u0127amsa w \u0127amsin sena wara, id-Dar tal-Providenza ti\u0121bor fiha tliet residenzi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani kif ukoll erbat idjar \u017cg\u0127ar o\u0127ra fil-komunitajiet tas-Si\u0121\u0121iewi, l-Qawra, Birkirkara u \u017c-\u017burrieq waqt li dar o\u0127ra fil-Balluta qed tistenna li ti\u0121i nawgurata fix-xhur li \u0121ejjin. B\u0127alissa, fis-seba\u2019 residenzi, jg\u0127ixu mija u \u0127mistax-il persuna, kollha b\u2019diversi forom ta\u2019 di\u017cabilit\u00e0, b\u2019etajiet li jvarjaw bejn it-tmien snin u \u2018l fuq minn tmenin sena. Id-Dar toffri wkoll servizzi ta\u2019 respite fuq ba\u017ci regolari. L-ispejje\u017c tad-Dar ila\u0127\u0127qu madwar il-\u0127ames miljun ewro fis-sena.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Waqt quddiesa ta\u2019 radd il-\u0127ajr lil Alla f\u2019g\u0127eluq il-55 Anniversarju tat-twaqqif tad-Dar tal-Providenza, Mons. Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna ddeskriva d-Dar b\u0127ala \u201cmonument tal-\u0127niena\u201d. Huwa \u017cied jg\u0127id li meta Dun Mikiel,&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":11984,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-11983","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11983","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=11983"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11983\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/11984"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=11983"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=11983"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=11983"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}