{"id":12564,"date":"2020-12-03T08:31:39","date_gmt":"2020-12-03T07:31:39","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=12564"},"modified":"2020-12-17T08:41:33","modified_gmt":"2020-12-17T07:41:33","slug":"il-papa-frangisku-fl-okkazjoni-tal-jum-internazzjonali-tal-persuni-bdizabilita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/il-papa-frangisku-fl-okkazjoni-tal-jum-internazzjonali-tal-persuni-bdizabilita\/","title":{"rendered":"Il-Papa Fran\u0121isku fl-okka\u017cjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p>Messa\u0121\u0121 mill-Qdusija Tieg\u0127u Papa Fran\u0121isku fl-okka\u017cjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0 illum, it-3 ta\u2019 Di\u010bembru 2020, u li din is-sena g\u0127andha b\u0127ala t-tema tag\u0127ha: Nibnu a\u0127jar mill-\u0121did: Lejn dinja inklussiva, a\u010b\u010bessibli u sostenibbli g\u0127all-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 wara l-Covid-19.<\/p>\n<p>G\u0127e\u017cie\u017c \u0127uti!<\/p>\n<p>I\u010b-\u010belebrazzjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0, din is-sena, hija opportunit\u00e0 biex nesprimi l-vi\u010binanza tieg\u0127i ma\u2019 dawk kollha li qed jesperjenzaw diffikultajiet partikolari f\u2019dan i\u017c-\u017cmien ta\u2019 kri\u017ci min\u0127abba l-pandemija. Ninsabu llkoll fl-istess dag\u0127jsa f\u2019nofs il-ba\u0127ar imqalleb li jaf ibe\u017c\u017cg\u0127ana; imma f\u2019din id-dg\u0127ajsa hemm min ikollu jit\u0127abat aktar u fost dawn hemm il-persuni di\u017cabilit\u00e0.<\/p>\n<p>It-tema ta\u2019 din is-sena hija \u201cNibnu a\u0127jar mill-\u0121did: Lejn dinja inklussiva, a\u010b\u010bessibli u sostenibbli g\u0127all-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 wara l-Covid-19.\u201d Tolqotni \u0127afna l-espressjoni \u201cnibnu a\u0127jar mill-\u0121did\u201d. Din i\u0121\u0121g\u0127elna na\u0127sbu fil-parabbola tad-dar mibnija fuq il-blat jew fuq ir-ramel li nsibu fil-Van\u0121elu (Ara Mt. 7: 24-27; Lq 6: 47-49). G\u0127aldaqstant nie\u0127u din l-opportunit\u00e0 prezzju\u017ca biex naqsam mag\u0127kom ftit riflessjonjiet billi nibda minn din il-parabbola.<\/p>\n<p>1. It-theddida tal-kultura tar-rimi<\/p>\n<p>Fl-ewwel \u0127a\u0121a, \u201cix-xita,\u201d &#8220;ix-xmajjar&#8221; u \u201cl-irwiefen\u201d li jheddu d-dar jistg\u0127u ji\u0121u identifikati mal-kultura tar-rimi li hija tant mifruxa fi \u017cmienna. (Ara. E\u017cortazzjoni Appostolika: Evangelii Gaudium [EG], 53). G\u0127al din il-kultura, \u201c\u010berti partijiet mill-umanit\u00e0 huma miftu\u0127a g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tal-ftit li jiffavorixxu settur tal-poplu li jist\u0127oqlu jg\u0127ix ming\u0127ajr limiti. Fuq kollox, in-nies m\u2019humiex aktar meqjusa b\u0127ala valur primarju li g\u0127andu ji\u0121i rrispettat u protett, b\u2019mod spe\u010bjali jekk huma foqra jew b\u2019di\u017cabilit\u00e0.\u201d (En\u010biklika. Fratelli tutti [FT] , 18).<\/p>\n<p>Din il-kultura tolqot b\u2019mod spe\u010bjali kategoriji l-aktar fra\u0121li fosthom il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0. F\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar \u0127amsin sena, ittie\u0127du diversi mi\u017curi mportanti fuq livell ta\u2019 realtajiet \u010bivili u eklesjasti\u010bi. L-g\u0127arfien dwar id-dinjit\u00e0 kiber u dan wassal g\u0127al g\u0127a\u017cliet kura\u0121\u0121ju\u017ci g\u0127all-inklu\u017cjoni ta\u2019 dawk li jesperjenzaw limitazzjonijiet fi\u017ci\u010bi jew psikolo\u0121i\u010bi. Madankollu, fuq livell kulturali g\u0127ad hemm wisq fatturi li fil-fatt jikkontradixxu dan l-orjentament.<\/p>\n<p>Hemm attitudnijiet li jeskludu li, anke min\u0127abba l-mentalit\u00e0 nar\u010bisista u utilitarja, jwasslu li dak li jkun jitwarrab ming\u0127ajr ma nikkunsidraw li l-fra\u0121ilit\u00e0 tappartjeni lil kul\u0127add. Fir-realt\u00e0, hemm persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 severa li anke jekk b\u2019diffikult\u00e0, sabu t-triq ta\u2019 \u0127ajja tajba u mimlija sinifikat b\u0127alma hemm ukoll \u0127afna persuni li m\u2019g\u0127andhomx di\u017cabilit\u00e0 li qatt ma huma kuntenti jew kultant ikunu ddisprati. &#8220;Il-vulnerabilit\u00e0 tappartjeni g\u0127all-essenza tal-bniedem.\u201d (Ara. Indirizz fil-Konferenza \u201cIl-Kateke\u017ci u l-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0&#8221; , Il-21 ta\u2019 Ottubru 2017).<\/p>\n<p>G\u0127alhekk huwa mportanti, b\u2019mod spe\u010bjali f\u2019dan il-Jum, li nippromovu l-kultura tal-\u0127ajja li kontinwament tafferma d-dinjit\u00e0 ta\u2019 kull persuna, b\u2019mod spe\u010bjali b\u0127ala protezzjoni g\u0127al ir\u0121iel u nisa ta\u2019 kull \u017cmien u kundizzjonijiet so\u010bjali.<\/p>\n<p>2. Il-\u201cblata\u201d tal-inklu\u017cjoni<\/p>\n<p>Il-pandemija li qed nisperjenzaw uriet aktar bi\u010b-\u010bar in-nuqqasijiet u l-inugwaljanzi li jikkaraterizzaw \u017cminijietna, spe\u010bjalment g\u0127ad-detriment ta\u2019 dawk l-aktar fra\u0121li. \u201cIl-virus, waqt li ma jag\u0127mel l-ebda e\u010b\u010bezzjoni ma\u2019 \u0127add, sab fil-mixja qerrieda tieg\u0127u, inugwaljanzi kbar u diskriminazzjoni. U l-virus kompla \u017ciedhom.\u201d (Kateke\u017ci fl-Udjenza \u0120enerali tad-19 t\u2019Awwissu 2020).<\/p>\n<p>G\u0127al din ir-ra\u0121uni, l-ewwel \u201cblata\u201d li fuqha g\u0127andna nibnu darna hija l-inklu\u017cjoni. Minkejja li din it-terminolo\u0121ija hija xi drabi abbu\u017cata, il-parabbola tal-Van\u0121elu dwar is-Samaritan it-Tajjeb (Luqa 10: 25-37) hija dejjem relevanti. Fil-fatt, fil-mixja tal-\u0127ajja, ta\u2019 sikwit niltaqg\u0127u ma\u2019 dik il-persuna mi\u0121ru\u0127a, li kultant terfa\u2019 fuqha karatteriti\u010bi ta\u2019 di\u017cabilt\u00e0 u fra\u0121ilit\u00e0. \u201cL-inklu\u017cjoni jew l-esklu\u017cjoni li jbatu mat-triq jiddefenixxi l-pro\u0121etti kollha ekonomi\u010bi, politi\u010bi, so\u010bjali u reli\u0121ju\u017ci. Kull jum li jg\u0127addi ni\u0121u ffa\u010b\u010bjati bl-g\u0127a\u017cla li nkunu Samaritani tajba jew passe\u0121\u0121anti ndifferenti li j\u017commu d-distanza.\u201d (FT,69)<\/p>\n<p>L-inklu\u017cjoni g\u0127andha tkun \u201cil-blata\u201d fuqhiex g\u0127andna nibnu il-programmi u l-inizjattivi ta\u2019 istituzzjonijiet \u010bivili biex \u0127add, spe\u010bjalment dawk li l-aktar qeg\u0127din f\u2019diffikultajiet, ma jit\u0127alla barra. Is-sa\u0127\u0127a ta\u2019 katina tiddependi fuq l-g\u0127o\u017c\u017ca li ting\u0127ata lil \u0127oloq tal-katina l-aktar dg\u0127ajfa.<\/p>\n<p>Fejn jid\u0127lu istituzzjonijiet ekkle\u017cjali, ner\u0121a\u2019 ntenni l-\u0127tie\u0121a li nippreparaw g\u0127odda adatti u a\u010b\u010bessibbli g\u0127at-trasmissjoni tal-fidi. Nittama wkoll li dawn<\/p>\n<p>jitpo\u0121\u0121ew g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni ta\u2019 dawk li je\u0127tie\u0121uhom kemm jista\u2019 jkun bla pi\u017c ta\u2019 xejn, anke permezz ta\u2019 teknolo\u0121iji \u0121odda, li urew kemm huma mportanti g\u0127al kul\u0127add f\u2019dan il-perjodu ta\u2019 pandemija.<\/p>\n<p>Bl-istess mod, ninkora\u0121\u0121ixxi formazzjoni ordinarja g\u0127al sa\u010berdoti, seminaristi, reli\u0121ju\u017ci u operaturi pastorali, li tiffavorixxi relazzjoni mad-di\u017cabilt\u00e0 u l-g\u0127odda inklu\u017civi pastorali. Komunitajiet parrokkjali huma kommessi li jg\u0127ini l-fidili jikbru fil-mod kif jilqg\u0127u persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0. Il-\u0127olqien ta\u2019 parro\u010b\u010ba a\u010b\u010bessibbli g\u0127al kollox te\u0127tie\u0121 mhux biss it-tne\u0127\u0127ija ta\u2019 barrieri arkitettoni\u010bi, imma aktar minn hekk atitudnijiet u azzjonijiet ta\u2019 solidarjet\u00e0 u servizz, mill-parti tal-parru\u010b\u010bani, lejn persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 u l-familji tag\u0127hom. L-g\u0127an hu li ma nitkellmux i\u017cjed fuq \u201chuma\u201d imma biss fuq \u201ca\u0127na\u201d.<\/p>\n<p>3. Il-\u201cblata\u201d ta\u2019 parte\u010bipazzjoni attiva<\/p>\n<p>Biex \u2018ner\u0121g\u0127u nibnu\u201d s-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na a\u0127jar, l-inklu\u017cjoni ta\u2019 dawk l-aktar fra\u0121li te\u0127tie\u0121 tinkludi wkoll il-promozzjoni tal-parte\u010bipazzjni attiva tag\u0127hom. L-ewwelnet, nafferma bil-qawwa kollha d-dritt ta\u2019 persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li jir\u010bievu s-sagramenti b\u0127al kull membru ie\u0127or tal-Knisja. I\u010b-\u010belebrazzjonijiet litur\u0121i\u010bi kollha tal-parro\u010b\u010ba g\u0127andhom ikunu a\u010b\u010bessibbli biex kul\u0127add, flimkien mal-a\u0127wa, jistg\u0127u jikbru, ji\u010b\u010belebraw u jg\u0127ixu l-fidi tag\u0127hom. G\u0127andha ting\u0127ata attenzjoni spe\u010bjali lil persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li g\u0127adhom ma r\u010bevewx is-sagramenti tal-inizjazzjoni Nisranija: huma jistg\u0127u ji\u0121u a\u010b\u010bettati u nklu\u017ci fil-pro\u010bess kateketiku bi t\u0127ejjija g\u0127al dawn is-sagramenti. Il-grazzja li j\u0121ibu mag\u0127hom dawn is-sagramenti m\u2019g\u0127andha tkun esklu\u017ca lil \u0127add.<\/p>\n<p>\u201cBis-sa\u0127\u0127a tal-Mag\u0127mudija li jir\u010bievi, kull membru tal-poplu ta\u2019 Alla sar dixxiplu missjunarju. Kull persuna mg\u0127ammda, hi x\u2019inhi l-funzjoni tag\u0127ha fil-Knisja jew il-livell ta\u2019 tag\u0127lim tal-fidi tag\u0127ha, huwa su\u0121\u0121ett attiv ta\u2019 evan\u0121elizzazzjoni.\u201d (EG, 120). G\u0127aldaqstant, anke persuni b\u2019di\u017cabbilt\u00e0, fis-so\u010bjet\u00e0 kif ukoll fil-Knisja, jitolbu li jsiru parte\u010bipanti attivi fil-kura pastorali u mhux sempli\u010biment ri\u010bevituri. \u201cBosta persuni b\u2019di\u017cabbilt\u00e0 j\u0127ossu li je\u017cistu ming\u0127ajr ma jappartjenu jew jipparte\u010bipaw. G\u0127ad baqa\u2019 bosta affarijiet li jipprevenhom minn \u010bittadinanza s\u0127i\u0127a. L-g\u0127an huwa mhux biss li nassisstuhom, imma li jkollhom parte\u010bipazzjoni s\u0127i\u0127a fil-komunit\u00e0 \u010bivili u ekkle\u017cjastika. Dan huwa vja\u0121\u0121 esi\u0121enti imma wkoll li jg\u0127ajjik, li jikkontribwixxi aktar u aktar fil-formazzjoni ta\u2019 kuxjenzi li kapa\u010bi<\/p>\n<p>jag\u0127rfu lil kul\u0127add b\u0127ala persuna unika u irrepetibbli\u201d (FT, 98). Fil-fatt, il-parte\u010bipazzjoni attiva fil-kateke\u017ci ma\u2019 persuni b\u2019di\u017cabbilt\u00e0 tikkostitwixxi rikkezza tal-g\u0127a\u0121eb g\u0127all-\u0127ajja tal-parro\u010b\u010ba . Fil-fatt, imwa\u0127\u0127din ma\u2019 Kristu fil-Mag\u0127mudija, jaqsmu mieg\u0127u, fil-kundizzjoni partikolari tag\u0127hom, il-ministeru sa\u010berdotali, profetiku u rjali, fl-evan\u0121elizzazzjoni permezz tal-Knisja, mal-Knisja u fil-Knisja.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant, anke l-pre\u017cenza ta\u2019 persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 fost il-katekisti, dejjem skont l-abbiltajiet tag\u0127hom, tirrapre\u017centa ri\u017corsa g\u0127all-komunit\u00e0. F\u2019dan is-sens, il-formazzjoni g\u0127andha ti\u0121i nkora\u0121\u0121ita, biex ikunu jistg\u0127u jiksbu t\u0127ejjija aktar avvanzata anke fl-oqsma tat-teolo\u0121ija u tal-kateke\u017ci. Nittama li aktar u aktar, f\u2019komunitajiet parrokkjali, persuni b\u2019di\u017cabbilt\u00e0 jkunu jistg\u0127u isiru katekisti, biex jittrasmettu l-fidi b\u2019mod effettiv, anke bix- xhieda tag\u0127hom stess (Ara: Diskors fil-Konferenza \u201cKateke\u017ci u persuni b\u2019di\u017cabbilt\u00e0\u201d, Il-21 ta\u2019 Ottubru 2017)<\/p>\n<p>\u201cAg\u0127ar minn din il-kri\u017ci, hemm biss it-tra\u0121edja li na\u0127luha\u201d (Omelija fis-Solennit\u00e0 ta\u2019 Pentekost, 31 ta\u2019 Mejju 2020). G\u0127al dan, ninkora\u0121\u0121ixxi lil dawk li, kuljum u sikwit fis-silenzju, ja\u0127dmu favur ta\u2019 sitwazzjonijiet ta\u2019 fra\u0121ilit\u00e0 u di\u017cabilit\u00e0. J\u2019Alla r-rieda komuni li \u201cner\u0121g\u0127u nibnu a\u0127jar\u201d tqajjem siner\u0121iji bejn organizzazzjonijiet kemm \u010bivili kif ukoll ekkle\u017cjasti\u010bi, biex jibnu, kontra kull maltemp, \u201cdar\u201d solida li kapa\u010bi tilqa\u2019 wkoll fiha persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0, g\u0127ax tkun mibnija fuq il-blata ta\u2019 inklu\u017cjoni u parte\u010bipazzjoni attiva.<\/p>\n<p>Ruma, San Giovanni fil-Lateran, it-3 ta\u2019 Di\u010bembru 2020.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Messa\u0121\u0121 mill-Qdusija Tieg\u0127u Papa Fran\u0121isku fl-okka\u017cjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0 illum, it-3 ta\u2019 Di\u010bembru 2020, u li din is-sena g\u0127andha b\u0127ala t-tema tag\u0127ha: Nibnu a\u0127jar mill-\u0121did: Lejn dinja inklussiva, a\u010b\u010bessibli&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":12567,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-12564","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/12564","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=12564"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/12564\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/12567"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=12564"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=12564"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=12564"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}