{"id":12602,"date":"2020-12-18T12:11:51","date_gmt":"2020-12-18T11:11:51","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=12602"},"modified":"2020-12-21T08:57:59","modified_gmt":"2020-12-21T07:57:59","slug":"il-haddiema-kollha-u-volontier-tad-dar-tal-providenza-jinghataw-il-premju-dun-mikiel-azzopardi-fis-sena-tal-pandemija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/il-haddiema-kollha-u-volontier-tad-dar-tal-providenza-jinghataw-il-premju-dun-mikiel-azzopardi-fis-sena-tal-pandemija\/","title":{"rendered":"\u201cIl-\u0127addiema kollha u volontier tad-Dar tal-Providenza jing\u0127ataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi fis-sena tal-pandemija\u201d"},"content":{"rendered":"<p>Il-\u0127addiema kollha u l-volontier Gordon Hewitt tad-Dar tal-Providenza ng\u0127ataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi f\u2019din is-sena tal-pandemija. <\/p>\n<p>F\u2019\u010berimonja qasira fil-Kurja fil-Furjana, l-Ar\u010bisqof Mons. Charles J. Scicluna ippre\u017centa l-Premju lil Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar, u lil Marieanne Abdilla u Rebecca Theuma li kienu qed jirrappre\u017centaw il-\u0127addiema kollha. Mons. Ar\u010bisqof irringrazzja lill-\u0127addiema g\u0127all-\u0127idma siewja tag\u0127hom mar-residenti tad-Dar. Huwa sab \u0127in \u010bempel lill-volontier Gordon Hewitt li qieg\u0127ed fir-Residenza ta\u2019 San Vin\u010benz de Paule u fera\u0127lu wkoll. Gordon emozzjona ru\u0127hu \u0127afna bit-telefonata tal-Ar\u010bisqof. Aktar tard huwa ng\u0127ata l-premju minn Fr Ivan Scicluna, kappillan tar-Residenza San Vin\u010benz. <\/p>\n<p>Il-\u0127addiema tad-Dar tal-Providenza, ila\u0127\u0127qu ftit inqas minn 300 ru\u0127.  Dawn il-\u0127addiema huma mqassmin f\u2019Villa Monsinjur Gonzi, f\u2019Villa Papa Giovanni u f\u2019Villa Papa Lu\u010bjani fis-Si\u0121\u0121iewi kif ukoll fid-djar fil-komunitajiet tas-Si\u0121\u0121iewi, l-Qawra, Birkirkara u \u017c-\u017burrieq.<\/p>\n<p><strong>Il-\u0126addiema tad-Dar tal-Providenza jing\u0127ataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2020<\/strong><\/p>\n<p>Din is-sena, kif inhu xieraq, il-Premju Dun Mikiel Azzopardi se jing\u0127ata lill-\u0127addiema kollha tad-Dar tal-Providenza b\u2019\u0127ajr u rikonoxximent g\u0127all-\u0127idma ddedikata u straordinarja tag\u0127hom matul dawn ix-xhur iebsin tal-pandemija Covid 19 biex i\u017commu lir-residenti u lill-kollegi tag\u0127hom \u0127ielsa minn dan il-virus.<\/p>\n<p>Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi, li tnieda fl-1995, jirrikonoxxi x-xog\u0127ol li jsir minn individwi u gruppi biex ji\u0121u meg\u0127juna persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0, kif ukoll juri apprezzament lejn dawk li jag\u0127tu appo\u0121\u0121 volontarju g\u0127ax-xog\u0127ol li jsir fid-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>G\u0127all-\u0127addiema kollha tad-Dar tal-Providenza, is-sena 2020 ma kinetx wa\u0127da normali u lanqas fa\u010bli anzi kienet sena mimlija sfidi kbar li \u0121abet mag\u0127ha l-pandemija. Min kien jobsor li sena li bdejniha bil-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 fl-ewwel ta\u2019 Jannar kellha tinbidel f\u2019sena ta\u2019 virus kiefer tant qerriedi. Din kienet tassew sena ta\u2019 sfidi kbar imma sena li uriet il-qalb kbira, id-determinazzjoni, id-dedikazzjoni, il-kreattivit\u00e0 u l-\u0127idma sfieqa tal-\u0127addiema tad-Dar. Dawn kienu, g\u0127adhom u jibqg\u0127u il-frontliners tad-Dar tal-Providenza u kul\u0127add jibqa\u2019 jafulhom.<\/p>\n<p>Minn meta fe\u0121\u0121et fostna din il-pandemija, l-Amministrazzjoni tad-Dar mill-ewwel \u0127ejjiet u implimentat mi\u017curi ta\u2019 kontin\u0121enza bi ftehim mal-Awtorit\u00e0 tal-\u0126arsien u l-Kura So\u010bjali (SCSA) u l-Awtoritajiet tas-Sa\u0127\u0127a biex tkun im\u0127arsa sigurt\u00e0 tas-sa\u0127\u0127a kemm tar-residenti kif ukoll tal-\u0127addiema kollha tad-Dar. Kemm fl-ewwel shutdown li kellna mid-9 ta\u2019 Marzu sal-a\u0127\u0127ar ta\u2019 Mejju kif ukoll fl-hekk imsejj\u0127a tieni mew\u0121a, il-\u0127addiema tag\u0127na ming\u0127ajr e\u010b\u010bezzjoni g\u0127amlu l-almu tag\u0127hom kollu biex jimxu ma\u2019 dawn il-mi\u017curi anke jekk \u0127afna drabi dan kien ifisser sagrifi\u010b\u010bju personali iktar min normal. Grazzi g\u0127ar-rieda tajba u l-koperazjoni tal-\u0127addiema anke f\u2019mumenti ta\u2019 t\u0127assib il-mo\u0127\u0127, bi\u017ca u n\u010bertezzi, il-\u0127idma baqg\u0127et g\u0127addejja g\u0127al \u0121id ta\u2019 kul\u0127add. Ma naqsitx ukoll il-kreattivita tal-\u0127addiema li \u0127olqu attivitajiet \u0121odda g\u0127ar-residenti li min\u0127abba l-pandemija l-\u0127ru\u0121 g\u0127al attivitajiet fil-komunit\u00e0 \u0121ie ristrett. Sar ukoll sforz biex ir-residenti jibqg\u0127u f\u2019kuntatt kontinwi mal-familjari b\u2019u\u017cu tal-teknolo\u0121ija.<\/p>\n<p>Il-\u0127addiema tad-Dar tal-Providenza li huma ftit inqas minn 300 ru\u0127 jinkludu l-\u0127addiema tal-amministrazzjoni, is-sapport workers, id-domestic staff, tas-sigurta u t-trasport, tal-maintaince, tal-laundry, il-\u0127ajjatin, l-Ability Promoters, il-professjonisti u tal-istores. Dawn il-\u0127addiema ja\u0127dmu f\u2019Villa Monsinjur Gonzi, f\u2019Villa Papa Giovanni u f\u2019Villa Papa Lu\u010bjani fis-Si\u0121\u0121iewi kif ukoll fid-djar fil-komunita fis-Si\u0121\u0121iewi, fi\u017c-\u017burrieq, fil-Qawra u f\u2019Birkirkara.<\/p>\n<p>Lil dawn il-\u0127addiema kollha ng\u0127idulkom grazzi mill-qalb u \u010berti li l-Providenza Divina t\u0127allaskom g\u0127al aktar minn mitt darba.<\/p>\n<p><strong>Gordon Hewitt, Voluntier fid-Dar tal-Providenza u rebbie\u0127 tal-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2020<\/strong><\/p>\n<p>Gordon Hewitt, twieled fis-16 ta\u2019 \u0120unju 1947 u trabba f\u2019Malta fil-\u0127amsinijiet u s-sittinijiet, ma\u2019 missieru li kien fl-Armata Ngli\u017ca u ommu Maltija. Wara li re\u0121g\u0127u marru lura r-Renju Unit, Gordon \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u l-ewwel f\u2019St. George\u2019s College immexxi minn qassisin kattoli\u010bi u wara fil-kulle\u0121\u0121 Universitarju Kattoliku ta\u2019 St. Mary\u2019s.<\/p>\n<p>Meta ggradwa fl-1970 huwa re\u0121a\u2019 lura St George\u2019s College fejn kien jg\u0127allem il-\u0121eografija, u l-isport tal-Cricket u r-Rugby. Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 dixxiplini sportivi baqg\u0127u fih tant li Gordon kien Cricketer tal-og\u0127la livell kif ukoll referee internazzjonali tar-Rugby Union.<\/p>\n<p>Wara dsatax-il sena, fl-1989 Gordon kellu jirtira kmieni biex jie\u0127u \u0127sieb lil ommu Sylvia li kienet marida serjament.<\/p>\n<p>Wara l-mewt tag\u0127ha, fl-1994 Gordon i\u017c\u017ceww\u0121 lil Angie Aronica u fis-sena 2000 \u0121ew joqog\u0127du f\u2019Malta fir-ra\u0127al ta\u2019 \u0126a\u017c-\u017bebbu\u0121. Meta ssetilljaw, Gordon u Angie bdew bil-\u0127idma volontarja tag\u0127hom fid-Dar tal-Providenza li kienu jsejj\u0127u \u201ct-tieni dar tag\u0127hom\u201d. Huma kienu jattendu \u0127amest ijiem fil-\u0121img\u0127a u kienu jirreferu g\u0127aliha b\u0127ala \u201cl-aktar post kuntent f\u2019Malta fejn kul\u0127add jitbissem.\u201d Sfortunatament, martu Angie mietet ta\u2019 et\u00e0 \u017cg\u0127ira, madankollu Gordon baqa\u2019 b\u0127ala voluntier fid-Dar tal-Providenza ja\u0127dem fil-qrib mar-residenti tad-dar b\u2019impenn kostanti sakemm sa\u0127tu ippermettietlu.<\/p>\n<p>\u0126afna mix-xog\u0127ol tas-Sur Hewitt kien li kuljum jo\u0127ro\u0121 dawra ma\u2019 xi residenti fil-\u0121onna tad-Dar tal-Providenza kif ukoll li jag\u0127ti s-sehem tieg\u0127u f\u2019diversi attivatijet li jsiru g\u0127ar-residenti kemm fid-Dar kif ukoll barra mid-Dar. Insemmu b\u2019mod spe\u010bjali l-involviment tieg\u0127u fl-attivitajiet tad-drama u l-attivitajiet prin\u010bipali ta\u2019 matul is-sena. L-a\u0127\u0127ar drama li \u0127adem mar-residenti kien \u201cil-Presepju tan-Nannu\u201d li ttella\u2019 fl-Istitut Kattoliku, il-Floriana sena ilu. Is-Sur Hewit kien ukoll dak li ssu\u0121\u0121erixxa l-isem San Isidor g\u0127a\u010b-\u010aentru Agrikolu fid-Dar tal-Providenza, is-Si\u0121\u0121iewi fejn matul il-\u0121img\u0127a residenti jippriservaw prodotti aromati\u010bi li mbag\u0127ad jinbieg\u0127u lill-pubbliku. Kull sena hu jie\u0127u \u0127sieb li ssir quddiesa fil-kappella tad-Dar fl-okka\u017cjoni tal-festa ta\u2019 San Isidor prottettur tal-biedja fejn ikunu mistiedna u jipparte\u010bipaw ir-residenti li ja\u0127dmu fl-istess \u010aentru.<\/p>\n<p>Gordon jg\u0127id li l-isba\u0127 rigal li tista\u2019 tag\u0127ti lil \u0127addie\u0127or hu li tag\u0127ti lil dak li jkun mill-\u0127in tieg\u0127ek. Dan hu dak li kien jag\u0127mel Gordon mar-residenti tad-Dar tal-Providenza sakemm sa ftit xhur ilu sa\u0127tu ippermettietlu. Huwa \u0127oloq rapport sabi\u0127 ta\u2019 \u0127biberija sin\u010biera ma\u2019 \u0127afna persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li \u017cgur jibqg\u0127u japprezzaw \u0127ajjithom kollha.<\/p>\n<p>Gordon kien ukoll jag\u0127ti g\u0127ajnuna voluntarja lir-refu\u0121jati fi \u0127dan il-Laboratorju tal-Pa\u010bi, \u0126al Far.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0127addiema kollha u l-volontier Gordon Hewitt tad-Dar tal-Providenza ng\u0127ataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi f\u2019din is-sena tal-pandemija. F\u2019\u010berimonja qasira fil-Kurja fil-Furjana, l-Ar\u010bisqof Mons. Charles J. Scicluna ippre\u017centa l-Premju lil Nadine Camilleri&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":12603,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-12602","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/12602","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=12602"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/12602\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/12603"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=12602"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=12602"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=12602"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}