{"id":13417,"date":"2021-03-26T09:29:45","date_gmt":"2021-03-26T08:29:45","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=13417"},"modified":"2021-03-29T11:33:01","modified_gmt":"2021-03-29T10:33:01","slug":"hawn-ghalik-bhal-marija-riflessjoni-minn-fr-martin-micallef","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/hawn-ghalik-bhal-marija-riflessjoni-minn-fr-martin-micallef\/","title":{"rendered":"\u201cHawn g\u0127alik, b\u0127al Marija\u201d \u2013 Riflessjoni minn Fr Martin Micallef"},"content":{"rendered":"<p>It-tifkira ta\u2019 Marija Addollorata li f\u2019Malta tradizzjonalment ni\u010b\u010bellebraw b\u2019tant devozzjoni l-\u0121img\u0127a ta\u2019 qabel il-\u0120img\u0127a l-Kbira, din is-sena g\u0127alija personali, in\u0127oss li g\u0127andha tifsira differenti ferm minn qatt qabel. G\u0127ax din is-sena Marija \u201cwieqfa \u0127dejn is-salib ta&#8217; \u0120es\u00f9\u201d (\u0120w. 19:25) tfakkarni f\u2019kemm nies waqfu mieg\u0127i s-sena l-o\u0127ra meta kont g\u0127addej mit-tbatija tat-trattament tal-kan\u010ber.   <\/p>\n<p>Marija qrib binha \u0120es\u00f9 msallab isir e\u017cempju mill-isba\u0127 g\u0127alina lkoll, e\u017cempju mill-aqwa tal-qalb kbira tas-samaritan it-tajjeb li fi kliem il-Papa Fran\u0121isku fl-En\u010biklika ri\u010benti tieg\u0127u, Fratelli Tutti jg\u0127id, \u201cwaqaf, resaq qrib tieg\u0127u, dewwielu l-\u0121rie\u0127i b\u2019idejh stess, \u0127allas minn butu u \u0127a \u0127siebu.\u201d (63) Imma l-Papa jkompli jg\u0127id li, \u201cfuq kollox tah \u0127a\u0121a li f\u2019din id-dinja mg\u0127a\u0121\u0121la l-inqas li g\u0127andna: tah mill-\u0127in tieg\u0127u.\u201d (63).  Kemm hi sabi\u0127a din li tag\u0127ti ftit mill-\u0127in tieg\u0127ek g\u0127al xi \u0127add li g\u0127addej mill-mard, mis-solitudni jew min xi forma ta\u2019 tbatija.  <\/p>\n<p>Fil-ministeru pastorali tieg\u0127i rajt wi\u010b\u010b it-tbatija f\u2019tant persuni morda fosthom tfal u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127, \u0121enituri li tilfu lil binhom jew binthom f\u2019et\u00e0 \u017cg\u0127ira, b\u2019mard jew di\u017cgrazzja, \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mifnija bil-vi\u017c\u017cju tad-droga, fost o\u0127rajn.  Quddiem dawn is-sitwazzjonijiet tad-Duluri ta\u2019 \u017cmienna dejjem fhimt il-b\u017conn li nkun qrib ta\u2019 dawn in-nies f\u2019dawn il-mumenti diffi\u010bli u dejjem g\u0127amilt li stajt biex inkun mag\u0127hom.  Madanakollu, issa li esperjenzajt ir-rigal kbir tal-appo\u0121\u0121 uman fi \u017cmien meta keelu b\u017connu l-aktar, qatt daqs illum ma stajt napprezza li l-isba\u0127 rigal li tista\u2019 tag\u0127ti lill-bniedem li qed ibati hu li tag\u0127tih ftit minn \u0127inek, tag\u0127tih il-pre\u017cenza tieg\u0127ek u fejn possibbli l-id tal-g\u0127ajnuna tieg\u0127ek.<\/p>\n<p>Li tkun marid bil-kan\u010ber l-isptar waqt din il-pandemija, g\u0127alija kien ifisser tbatija doppja billi l-vi\u017cti l-isptar kienu pprojbiti.  Dawk li setg\u0127u jkunu qrib tieg\u0127i fi\u017cikament kien limitat \u0127afna, imma rrid ng\u0127id li dan in-nuqqas g\u0127amlu tajjeb g\u0127alih l-ispe\u010bjalisti, it-tobba, n-nersis, il-patrijiet u \u0127addiema o\u0127ra fis-sala tal-\u0126ematolo\u0121ija.  Id-dedikazzjoni, l-attenzjoni u l-im\u0127abba li wrewni kienet xi \u0127a\u0121a li ma ninsiha qatt.  Li tabib, ners jew \u0127addiem ie\u0127or jid\u0127ol fil-kamra tieg\u0127ek b\u2019sempli\u010biment tbissima jew b\u2019sempli\u010bi mistoqsija jekk g\u0127andekx b\u017conn xi \u0127a\u0121a, kienet tfisser \u0127afna g\u0127alija. Kienet tkun esperjenza li tqanqalli qalbi u laqtitni b\u0127allikieku kieku qed itennuli:  \u201cA\u0127na hawn g\u0127alik!\u201d &#8230;&#8230; \u201cA\u0127na hawn g\u0127alik b\u0127al Marija\u201d.  Kemm hi \u0127a\u0121a sabi\u0127a din li tkun b\u0127al Marija qrib binha li qed ibati.  <\/p>\n<p>Hawn g\u0127alik b\u0127al Marija, kienu wkoll diversi nies li kienu j\u010bempluli biex jaraw kif jien jew sempli\u010biment jibg\u0127atuli messa\u0121\u0121.  F\u2019qalbi kont ng\u0127id, \u201cAra dan ftakar fija!  Din ftakret fija!\u201d  <\/p>\n<p>Hawn g\u0127alik b\u0127al Marija, kienu wkoll familjari, tobba u nersis u nies li jafuni li dejjem kienu hemm g\u0127alija f\u2019dak kollu li kelli b\u017conn.  <\/p>\n<p>Hawn g\u0127alik b\u0127al Marija, kienu dawk li tul il-marda tieg\u0127i, b\u2019solidarjet\u00e0 mieg\u0127i u ma\u2019 nies o\u0127ra li min\u0127abba t-trattament tal-kan\u010ber kienu je\u0127tie\u0121u d-demm, g\u0127a\u017clu li jmorru jag\u0127tu bor\u017ca demm tant b\u017connju\u017ca.  <\/p>\n<p>Hawn g\u0127alik b\u0127al Marija, kienu wkoll dawk kollha li sostnewni bit-talb tag\u0127hom.  <\/p>\n<p>Hawn g\u0127alik b\u0127al Marija, nistg\u0127u nag\u0127mluhom kollha kemm a\u0127na b\u2019\u0121esti \u017cg\u0127ar ta\u2019 solidarjet\u00e0, imma li min qed ibati japprezzhom immens.  <\/p>\n<p>Marija ta\u0127t is-salib g\u0127alkemm ma setg\u0127et tag\u0127mel xejn, \u017cgur li ma kinitx il-\u0127all morr tal-indifferenza imma kienet d-duwwa tal-im\u0127abba, tal-kura\u0121\u0121, tas-solidarjet\u00e0.  Jien ukoll illum nixtieq noffri kelma ta\u2019 kura\u0121\u0121 u ta\u2019 m\u0127abba lil tant morda u nies o\u0127ra li b\u0127alissa g\u0127addejjin minn xi forma ta\u2019 tbatija.   Illum nista\u2019 nifhimkom ftit aktar u b\u0127alma \u0127afna kienu dawk li talbu g\u0127alija, nweg\u0127dkom li jien ukoll ninsab qrib \u0127afna tag\u0127kom bit-talb tieg\u0127i lill-Mulej bl-inter\u010bessjoni ta\u2019 ommu Marija.  Maria Addollorata kontinwament tistedinna nag\u0127mlu b\u0127alha billi nkunu qrib ta\u2019 min qed ibati g\u0127ax \u201cmhuwiex possibbli li nag\u0127\u017clu li ng\u0127ixu indifferenti quddiem it-tbatija; ma nistg\u0127ux in\u0127allu li xi \u0127add jibqa\u2019 \u2018fil-\u0121enb tal-\u0127ajja\u2019.  (Fratelli Tutti, 68)<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-tifkira ta\u2019 Marija Addollorata li f\u2019Malta tradizzjonalment ni\u010b\u010bellebraw b\u2019tant devozzjoni l-\u0121img\u0127a ta\u2019 qabel il-\u0120img\u0127a l-Kbira, din is-sena g\u0127alija personali, in\u0127oss li g\u0127andha tifsira differenti ferm minn qatt qabel. G\u0127ax din&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":13418,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-13417","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/13417","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=13417"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/13417\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/13418"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=13417"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=13417"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=13417"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}