{"id":14354,"date":"2021-12-03T08:20:41","date_gmt":"2021-12-03T07:20:41","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=14354"},"modified":"2021-12-03T08:59:32","modified_gmt":"2021-12-03T07:59:32","slug":"messagg-tal-papa-frangisk-ghall-jum-dinji-ghall-persuni-bdizabilita-3-ta-dicembru-2021","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/messagg-tal-papa-frangisk-ghall-jum-dinji-ghall-persuni-bdizabilita-3-ta-dicembru-2021\/","title":{"rendered":"Messa\u0121\u0121 tal-Papa Fran\u0121isku g\u0127all-Jum Dinji g\u0127all-Persuni b&#8217;Di\u017cabilita&#8217; &#8211; 3 ta&#8217; Di\u010bembru 2021"},"content":{"rendered":"<p>\u201cIntom il-\u0127bieb tieg\u0127i\u201d (\u0120w 15:14)<br \/>\n\u0126uti g\u0127e\u017cie\u017c!<br \/>\nWaqt li qed infakkru l-Jum Internazzjonali tag\u0127kom, nixtieq nindirizza direttament lilkom kollha li tg\u0127ixu b\u2019kull g\u0127amla ta\u2019 di\u017cabilit\u00e0 biex ng\u0127idilkom li l-Knisja t\u0127obbkom, u g\u0127andha b\u017connkom g\u0127at-twettieq tal-missjoni tag\u0127ha fis-servizz tal-Van\u0121elu.<\/p>\n<p>\u0120es\u00f9, il-\u0127abib tag\u0127na<\/p>\n<p>\u0120es\u00f9 huwa l-\u0127abib tag\u0127na! Hekk qal lid-dixxipli tieg\u0127u fl-A\u0127\u0127ar \u010aena (ara \u0120w. 15:14). Kliemu huwa indirizzat lilna wkoll; jitfa\u2019 dawl fuq il-misteru tar-relazzjoni mill-qrib tag\u0127na mieg\u0127u b\u0127ala membri tal-Knisja tieg\u0127u. \u201cIl-\u0127biberija ma\u2019 \u0120es\u00f9 g\u0127andha tkun dejjiema. Huwa ma j\u0127allina qatt, avolja xi drabi jidher li j\u017comm sieket. Meta nkun ne\u0127tie\u0121uh, huwa juru ru\u0127u lilna; jibqa\u2019 ma \u0121enbna kull fejn immorru.\u201d (Christus Vivit, 154) A\u0127na l-insara r\u010bivejna rigal; a\u010b\u010bess g\u0127all-qalb ta\u2019 \u0120es\u00f9 u \u0127biberija mieg\u0127u. G\u0127alina huwa privile\u0121\u0121 u barka, u ssir il-vokazzjoni tag\u0127na; a\u0127na msej\u0127a biex inkunu \u0127bieb ma\u2019 \u0120es\u00f9!<\/p>\n<p>Li jkollna lil \u0120es\u00f9 b\u0127ala \u0127abib hija konsolazzjoni kbira. Tista\u2019 tbiddel lil kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna f\u2019dixxiplu grat u ferrie\u0127i, li kapa\u010bi juri li d-dg\u0127ufija tag\u0127na mhijiex ostaklu biex ng\u0127ixu u nxandru l-van\u0121elu. Fil-fatt, \u0127biberija ta\u2019 fidu\u010bja u personali ma\u2019 \u0120es\u00f9 tista\u2019 sservi b\u0127ala \u010b-\u010bavetta spiritwali biex na\u010b\u010bettaw il-limitazzjonijiet li kollha kemm a\u0127na g\u0127andna u b\u2019hekk nistg\u0127u nkunu f\u2019pa\u010bi mag\u0127hom. Bis-sa\u0127\u0127a t\u2019hekk nistg\u0127u niksbu l-fer\u0127 li, \u201cjimla qlubna u \u0127ajjitna\u201d (Evangelii Gaudium, 1), g\u0127ax, kif kien kiteb osservatur kbir, \u0127biberija ma\u2019 \u0120es\u00f9 hija, \u201c\u0121amra li tkebbes in-nar tal-entu\u017cja\u017cmu\u201d.<\/p>\n<p>Il-Knisja hija darkom<\/p>\n<p>Il-Mag\u0127mudija tag\u0127mel lil kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna, membri s\u0127a\u0127 tal-komunit\u00e0 tal-Knisja, biex b\u2019hekk a\u0127na kollha, ming\u0127ajr esklu\u017cjoni jew diskriminazzjoni, inkunu nistg\u0127u ng\u0127idu: \u201cJiena Knisja!\u201d Il-Knisja hija tassew darek! A\u0127na, ilkoll kemm a\u0127na flimkien, a\u0127na Knisja, g\u0127ax \u0120es\u00f9 g\u0127a\u017cel li jkun il-\u0127abib tag\u0127na. Il-Knisja \u2013 u din hija xi \u0127a\u0121a li g\u0127andna b\u017conn nitg\u0127allmu aktar u aktar fil-pro\u010bess sinodali li bdejna \u2013 \u201cmhijiex komunit\u00e0 ta\u2019 nies perfetti imma komunit\u00e0 ta\u2019 dixxipli fi vja\u0121\u0121, li jimxu wara l-Mulej g\u0127ax jafu li huma midinba u je\u0127tie\u0121u l-ma\u0127fra tieg\u0127u\u201d (Kateke\u017ci, 13 ta\u2019 April 2016). F\u2019dan il-poplu li, immexxi mill-kelma ta\u2019 Alla, javvanza qalb il-\u0121rajjiet tal-istorja, \u201ckul\u0127add g\u0127andu parti x\u2019jaqdi; \u0127add mhuwa sempli\u010bi riserva\u201d, (Diskors lill-Fidili ta\u2019 Ruma, 18 ta\u2019 Settembru 2021). G\u0127al din ir-ra\u0121uni, kull wie\u0127ed minnkom huwa wkoll imsejja\u0127 biex jag\u0127ti l-kontribut tieg\u0127u fil-mixja sinodali. Jiena konvint li jekk verament isir \u201cpro\u010bess ekkle\u017cjali parte\u010bipattiv u inklussiv\u201d, il-komunit\u00e0 ekkle\u017cjali tistana \u0121enwinament. <\/p>\n<p>Jiddispja\u010bini ng\u0127id, li sal-lum bosta minnkom, \u201chuma trattati b\u0127ala barranin fis-so\u010bjet\u00e0\u201d; tistg\u0127u \u201ct\u0127ossukom qed tg\u0127ixu bla ma tappartjenu u tipparte\u010bipaw\u201d u li \u201cg\u0127ad hemm \u0127afna affarijiet, \u201cli qed i\u010ba\u0127\u0127dukom mi\u010b-\u010bittadinanza s\u0127i\u0127a tag\u0127kom\u201d. (Fratelli Tutti , 98). Id-diskriminazzjoni qed tibqa\u2019 turi wi\u010b\u010bha bil-kbir f\u2019diversi livelli tas-so\u010bjet\u00e0; tinqeda bil-pre\u0121udizzju, l-injoranza u b\u2019kultura li ssibha bi tqila tapprezza l-valur li ma jitkejjilx ta\u2019 kull persuna. Partikolarment, it-tendenza li g\u0127adha mag\u0127na li tqis id-di\u017cabiltajiet \u2013 li huma ri\u017cultat ta\u2019 ta\u0127lita bejn ostakli so\u010bjali u l-limitazzjonijiet ta\u2019 kull persuna \u2013 b\u0127allikieku kienu xi forma ta\u2019 marda, jikkontribwixxu biex \u0127ajjitkom jibqg\u0127u separati u jistigmatizzawkom.<\/p>\n<p>Sa fejn g\u0127andha x\u2019taqsam il-\u0127ajja tal-Knisja, \u201cl-ag\u0127ar forma ta\u2019 diskriminazzjoni &#8230; hija n-nuqqas ta\u2019 kura spiritwali\u201d (Evangelii Gaudium, 200). Kultant, kif xi w\u0127ud minnkom sfortunatament esperjenzaw, din \u0127adet il-forma tar-rifjut mill-a\u010b\u010bess g\u0127as-sagramenti. Il-Ma\u0121isterju tal-Knisja huwa \u010bar daqs il-kristall f\u2019dan il-qasam u dan l-a\u0127\u0127ar id-Direttorju tal-Kateke\u017ci stqarr espli\u010bitament li, \u201c\u0127add ma jista\u2019 ji\u010b\u0127ad is-sagramenti lill-persuni b\u2019di\u017cabilt\u00e0\u201d (Nru 272). Meta nesperjenzaw din l-g\u0127amla ta\u2019 diskriminazzjoni, hija pre\u010bi\u017cament il-\u0127biberija tag\u0127na ma\u2019 \u0120es\u00f9,  li kollha kemm a\u0127na r\u010bevejna b\u0127ala rigal mhux meritat, li te\u0127lisna u tg\u0127inna biex nirreali\u017c\u017caw li d-differenzi huma te\u017cor. G\u0127ax \u0120es\u00f9 ma jsej\u0127ilniex qaddejja, nisa u r\u0121iel b\u2019inqas dinjit\u00e0, imma \u0127bieb: \u0127bieb ta\u2019 \u0121ewwa li jixirqilna nkunu nafu dak kollu li hu r\u010bieva ming\u0127and il-Missier (ara \u0120w. 15:15).<\/p>\n<p>Fi \u017cminijiet ta\u2019 tbatija<\/p>\n<p>Il-\u0127biberija ta\u2019 \u0120es\u00f9 tipprote\u0121ina f\u2019mumenti ta\u2019 diffikult\u00e0. Jiena naf sew li l-pandemija COVID-19, li minnha qed nit\u0127abtu biex no\u0127or\u0121u, qed tkompli timponi riperkussjonijiet gravi fuq il-\u0127ajjiet ta\u2019 bosta minnkom. Na\u0127seb, pere\u017cempju, fikom li qed ti\u0121u sfurzati tibqg\u0127u d-dar g\u0127al perjodi twal; id-diffikult\u00e0 esperjenzata minn \u0127afna studenti b\u2019di\u017cabilt\u00e0 fl-a\u010b\u010bess g\u0127al g\u0127ajnuniet ta\u2019 tag\u0127lim mill-bog\u0127od; l-interruzzjoni fit-tul ta\u2019 servizzi ta\u2019 kura so\u010bjali f\u2019g\u0127add mhux \u017cg\u0127ir ta\u2019 pajji\u017ci, u bosta tbatijiet o\u0127ra li kellkom t\u0127abbtu wi\u010b\u010bkom mag\u0127hom. Fuq kollox, na\u0127seb fikom li tg\u0127ixu f\u2019fa\u010bilitajiet residenzjali u l-we\u0121g\u0127at ta\u2019 separazzjoni sfurzata mill-g\u0127e\u017cie\u017c tag\u0127kom. F\u2019dawk il-postijiet, il-virus kien a\u0127rax u, minkejja d-dedikazzjoni tal-carers, swiet il-\u0127ajja ta\u2019 bosta u bosta nies. Kunu afu li l-Papa u l-Knisja huma qrib tag\u0127kom bi mm\u0127abba u affezzjoni. <\/p>\n<p>Il-Knisja tieqaf ma\u2019 dawk minnkom li g\u0127adkom titqabdu mal-Coronavirus. B\u0127al dejjem, il-Knisja tinsisti li kul\u0127add ikun ikkurat u li di\u017cabilt\u00e0 m\u2019g\u0127andhiexi\u010ba\u0127\u0127ad l-a\u010b\u010bess g\u0127all-a\u0127jar kura disponibbli. F\u2019dan ir-rigward, xi Konferenzi Episkopali, b\u0127al dawk tal-Ingilterra, Wales u l-Istati Uniti di\u0121\u00e0 intervenew biex jinsistu fuq id-dritt ta\u2019 kul\u0127add g\u0127all-kura medika ming\u0127ajr diskriminazzjoni.<\/p>\n<p>Il-Van\u0121elu hu g\u0127al kul\u0127add  <\/p>\n<p>Il-vokazzjoni tag\u0127na tinbet mill-\u0127biberija tag\u0127na mal-Mulej. Hu g\u0127a\u017cilna biex nag\u0127tu l-frott, frott illi jibqa\u2019 (ara \u0120w. 15:16). B\u0127ad-dielja vera, irid li kull ferg\u0127a mag\u0127quda mieg\u0127u tag\u0127ti l-frott. Iva, \u0120es\u00f9 jridna niksbu, \u201dl-hena li g\u0127aliha \u0121ejna ma\u0127luqin. Hu jridna qaddisin u jistenna minna li ma nikkuntentawx ru\u0127na b\u2019\u0127ajja ta\u2019 nofs kedda u medjokri, imxejna, inkonsistenti.\u201d (Gaudete et Exsultate. 1).<\/p>\n<p>Il-Van\u0121elu hu g\u0127alikom ukoll! Il-messa\u0121\u0121 tieg\u0127u huwa indirizzat lil kul\u0127add; huwa kelma ta\u2019 konsolazzjoni u, fl-istess \u0127in, sej\u0127a g\u0127all-konver\u017cjoni. Il-Koncilju Vatikan II, waqt li jitkellem dwar is-sej\u0127a universali g\u0127all-qdusija, jg\u0127allem li, \u201cil-fidili kollha ta&#8217; kull stat u ta&#8217; kull grad ta&#8217; \u0127ajja, huma msej\u0127in g\u0127all-milja tal-\u0127ajja nisranija u g\u0127all-perfezzjoni tal-karit\u00e0&#8230; Biex jil\u0127qu din il-perfezzjoni l-fidili g\u0127andhom ju\u017caw il-forzi kollha li g\u0127andhom, kull wie\u0127ed skont il-qies li r\u010bieva minn Kristu \u2026 G\u0127andhom jag\u0127tu ru\u0127hom bil-qalb g\u0127all-glorja ta&#8217; Alla u l-qadi tal-proxxmu (Lumen Gentium, 40). <\/p>\n<p>Il-Vangeli juru li kull meta persuni b\u2019di\u017cabilt\u00e0 ltaqg\u0127u ma\u2019 \u0120es\u00f9 \u0127ajjithom inbidlet g\u0127al kollox u saru xhieda tieg\u0127u. Hekk kien il-ka\u017c, pere\u017cempju , tar-ra\u0121el g\u0127ama mit-twelid li, wara li \u0120es\u00f9 fejqu, iddikjara bil-kura\u0121\u0121 kollu ma\u2019 kul\u0127add li \u0120es\u00f9 kien profeta (\u0120w. 9:17). Bosta o\u0127rajn ipproklamaw bil-qalb dak kollu li g\u0127amel mag\u0127hom il-Mulej.<\/p>\n<p>Jiena naf li w\u0127ud minnkom jg\u0127ixu f\u2019sitwazzjonijiet xejn fa\u010bli. Irrid inkellem personalment lil kull wie\u0127ed minnkom u nitlob li, jekk hu me\u0127tie\u0121, il-membri tal-familja tag\u0127kom jew dawk l-aktar qrib tag\u0127kom jaqrawlkom dak li qed ng\u0127id jew iwasslulkom l-appell tieg\u0127i. Nitlobkom titolbu. Il-Mulej jisma\u2019 b\u2019attenzjoni t-talb ta\u2019 dawk li jemmnu fih. \u0126add ma jista\u2019 jg\u0127id, \u201cMa nafx nitlob\u201d g\u0127ax kif l-Appostlu Pawlu jg\u0127id, \u201cl-Ispirtu jg\u0127inna fin-nuqqas ta\u2019 \u0127ila tag\u0127na. G\u0127ax a\u0127na anqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma l-Ispirtu stess jid\u0127ol g\u0127alina bit-talb tieg\u0127u bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem\u201d (Rum. 8:26).\u201d Fil-Van\u0121eli, \u0120es\u00f9 dejjem jisma\u2019 lil dawk li jduru lejh, anke jekk xi ftit inde\u010bi\u017ci, anke b\u2019sinjal \u017cg\u0127ir jew karba g\u0127all-g\u0127ajnuna. It-talb huwa missjoni, missjoni a\u010b\u010bessibbli g\u0127al kul\u0127add, u nixtieq ng\u0127addi dik il-missjoni b\u2019mod partikolari lilkom. M\u2019hemm \u0127add daqstant batut li ma jistax jew ma tistax titlob, tqim il-Mulej, tag\u0127ti glorja lill-Isem qaddis tieg\u0127u u tinter\u010bedi mieg\u0127u g\u0127as-salvazzjoni tad-dinja. Quddiem dak li jista\u2019 kollox nibdew nirrealizzaw li a\u0127na lkoll indaqs.<\/p>\n<p>\u0126uti g\u0127e\u017cie\u017c, illum it-talb tag\u0127kom huwa aktar ur\u0121enti minn qatt qabel. Santa Tere\u017ca ta\u2019 Avila kitbet li, \u201cfi \u017cminijiet diffi\u010bli, il-\u0127bieb ta\u2019 Alla je\u0127tie\u0121 li jkunu qawwija biex ikunu jistg\u0127u jissapportjaw lil dawk li huma dg\u0127ajfa\u201d. Dan i\u017c-\u017cmien tal-pandemija uriena bi\u010b-\u010bar li a\u0127na kollha dg\u0127ajfa u vulnerabbli: \u201cIrrealizzajna li a\u0127na kollha fuq l-istess dg\u0127ajsa, fra\u0121li u di\u017corjentati, imma fl-istess waqt importanti u b\u017connju\u017ci; a\u0127na kollha msej\u0127in biex naqdfu flimkien\u201d. Il-me\u017c\u017c ewlieni biex nag\u0127mlu dan huwa pre\u010bi\u017cament bit-talb. Din hija xi \u0127a\u0121a li kollha kemm a\u0127na nistg\u0127u nag\u0127mlu u anke jekk, b\u0127al Mos\u00e8, jkollna b\u017conn l-appo\u0121\u0121, a\u0127na fidu\u010bju\u017ci li l-Mulej jisma\u2019 l-karba tag\u0127na.<br \/>\nLilkom ilkoll nibg\u0127atilkom tislijiet ta\u2019 talb u xewqat sbie\u0127. Il-Mulej iberikkhom u l-Madonna t\u0127ariskom dejjem.<\/p>\n<p>Ruma, San Giovanni Lateran, l-20 ta\u2019 Novembru 2021.<\/p>\n<p>                                                            Fran\u0121isku<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u201cIntom il-\u0127bieb tieg\u0127i\u201d (\u0120w 15:14) \u0126uti g\u0127e\u017cie\u017c! Waqt li qed infakkru l-Jum Internazzjonali tag\u0127kom, nixtieq nindirizza direttament lilkom kollha li tg\u0127ixu b\u2019kull g\u0127amla ta\u2019 di\u017cabilit\u00e0 biex ng\u0127idilkom li l-Knisja t\u0127obbkom,&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":14355,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-14354","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/14354","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=14354"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/14354\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/14355"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=14354"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=14354"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=14354"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}