{"id":15463,"date":"2022-07-04T00:07:34","date_gmt":"2022-07-03T23:07:34","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=15463"},"modified":"2022-07-04T05:52:23","modified_gmt":"2022-07-04T04:52:23","slug":"e519721-mill-maratona-ta-solidarjeta-u-sport-brisq-id-dar-tal-providenza","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/e519721-mill-maratona-ta-solidarjeta-u-sport-brisq-id-dar-tal-providenza\/","title":{"rendered":"\u20ac519,721 mill-Maratona ta\u2019 Solidarjet\u00e0 u Sport  b\u2019risq id-Dar tal-Providenza"},"content":{"rendered":"<p>It-12-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball li bdiet nhar il-\u0120img\u0127a spi\u010b\u010bat il-\u0126add f\u2019nofsillejl imma mhux qabel ma n\u0121abru \u20ac519,721. Il-plejers li lag\u0127bu 53 sieg\u0127a s\u0127a\u0127 bi sfida kontra s-s\u0127ana qawwija li qed ta\u0127kem il-g\u017cejjer Maltin issa jistg\u0127u jistrie\u0127u sodisfatti li l-poplu Malti u G\u0127awdxi wera s-solidarjet\u00e0 tieg\u0127u mad-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, qal sewwa li l-maratona hija maratona ta\u2019 solidarjet\u00e0 u sport.\u00a0 Huwa kompla jg\u0127id li l-ispirtu altruistiku rifless fil-players u numru sabi\u0127 ta\u2019 voluntiera li \u0127adu sehem f\u2019dawn it-tliet ijiem huwa ritratt mill-isba\u0127 tal-Maltin u l-G\u0127awdxin li ssibhom dejjem minn ta\u2019 quddiem meta ji\u0121u g\u0127as-solidarjet\u00e0.<\/p>\n<p>Huwa rrefera\u00a0 g\u0127as-sentejn li g\u0127addew li matulhom il-Maratona tal-Volleyball ma saritx u \u0127afna mill-attivitajiet ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 fondi tista\u2019 tg\u0127id waqfu g\u0127alkollox. Issa li qed nimxu lejn in-normalit\u00e0, din il\u2011maratona fet\u0127et il-kalendarju ta\u2019 attivitajiet ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 fondi li huma tant ne\u010bessarji g\u0127ad-Dar biex tkompli toffri servizzi residenzjali tal-og\u0127la kwalit\u00e0.<\/p>\n<p>Fil-ftu\u0127 uffi\u010b\u010bjali tal-Maratona tal-Volleyball il-\u0120img\u0127a filg\u0127axija, il-President ta\u2019 Malta, Dott. George Vella a\u010b\u010benna g\u0127all-\u0127idma li twettaq kuljum id-Dar tal-Providenza u li qed tkompli twettaq bl-istess ener\u0121ija u determinazzjoni tal-fundatur tag\u0127ha Mons. Mikiel Azzopardi. Huwa qal li din il-maratona hija okka\u017cjoni biex il-poplu Malti kollu jing\u0127aqad flimkien biex bid-donazzjoni tieg\u0127u jipprovdi lill-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 residenti tad-Dar tal-Providenza b\u2019dak kollu li g\u0127andhom b\u017conn u li fuq kollox huwa d-dritt tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Il-\u0126add filg\u0127odu, l-Isqof Aw\u017ciljarju Mons. Joseph Galea-Curmi ikkon\u010belebra flimkien ma\u2019 Fr Martin fil-kappella tad-Dar. Huwa qal li d-Dar hija \u010belebrazzjoni ta\u2019 m\u0127abba u ta\u2019 g\u0127o\u017c\u017ca b\u2019messa\u0121\u0121 qawwi g\u0127al kul\u0127add.<\/p>\n<p>Huwa semma tliet aspetti li jo\u0127or\u0121u mill-messa\u0121\u0121 tad-Dar. L-ewwel wie\u0127ed huwa l-g\u0127o\u017c\u017ca tal-\u0127ajja mill-bidu tag\u0127ha ming\u0127ajr ma \u0127add ikollu jidde\u010biedi liema \u0127ajja tin\u017camm u liema \u0127ajja tintrema. It-tieni aspett huwa l-inklu\u017cjoni fejn kull bniedem ikollu sehem s\u0127ie\u0127 fis-so\u010bjet\u00e0 u fl-a\u0127\u0127arnett hemm il-messa\u0121\u0121 ta\u2019 solidarjet\u00e0 mal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li je\u0127tie\u0121ilhom kull g\u0127amla ta\u2019 appo\u0121\u0121. Dawn kollha huma sinonomi mad-Dar tal-Providenza li waqqaf Dun Mikiel 57 sena ilu.<\/p>\n<p>Minbarra l\u201140 pleyer li kienu l-protagonisti ewlenin ta\u2019 din il-maratona, kien hemm ukoll madwar 200 voluntier.\u00a0 Kull filg\u0127axija kien hemm spettaklu mu\u017cikali fuq il\u2011palk prin\u010bipali, ikel u log\u0127ob g\u0127at\u2011tfal.\u00a0 Il\u2011Maratona ing\u0127atat f\u2019xandiriet diretti fuq l-istazzjonijiet tat-televixin ewlenin f\u2019pajji\u017cna.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-12-il edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball li bdiet nhar il-\u0120img\u0127a spi\u010b\u010bat il-\u0126add f\u2019nofsillejl imma mhux qabel ma n\u0121abru \u20ac519,721. Il-plejers li lag\u0127bu 53 sieg\u0127a s\u0127a\u0127 bi sfida kontra s-s\u0127ana qawwija li qed&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":15464,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-15463","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/15463","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=15463"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/15463\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/15464"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=15463"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=15463"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=15463"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}