{"id":15617,"date":"2022-08-16T07:55:16","date_gmt":"2022-08-16T06:55:16","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=15617"},"modified":"2022-08-16T07:55:16","modified_gmt":"2022-08-16T06:55:16","slug":"id-dar-tal-providenza-ssellem-il-memorja-ta-mons-philip-calleja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/id-dar-tal-providenza-ssellem-il-memorja-ta-mons-philip-calleja\/","title":{"rendered":"Id-Dar tal-Providenza ssellem il-memorja ta&#8217; Mons. Philip Calleja"},"content":{"rendered":"<p>Id-Dar tal-Providenza ssellem il-memorja g\u0127a\u017ci\u017ca ta\u2019 Mons. Philip Calleja li llum ing\u0127aqad mal-Mulej fis-sema.  Kien Monsinjur Calleja li wara l-mewt ta\u2019 Mons. Mikiel Azzopardi  f\u2019Mejju tal-1987, ing\u0127ata l-inkarigu minn Mons. Ar\u010bisqof \u0120u\u017ceppi Mercieca mhux biss biex jorganizza l-funeral tieg\u0127u, imma wkoll biex jassumi r-responsabilt\u00e0 tat-tmexxija tad-Dar, sakemm \u0121ie nominat Mons. Lawrence Gatt b\u0127ala d-Direttur il-\u0121did, xahrejn wara.<\/p>\n<p>Mons. Calleja \u0121ie ordnat sa\u010berdot fit-2 ta\u2019 Awwissu, 1953. L-ewwel \u0127idma pastorali tieg\u0127u kienet l-i\u017cjed mat-tfal tal-Belt u fi \u0127dan l-Azzjoni Kattolika Maltija. Huwa waqqaf ukoll il-Kummissjoni emigranti, llum mag\u0127rufa b\u0127al Kummissjoni Migranti. Huwa kien Deputat tal-Uffi\u010b\u010bju ta\u017c-\u017bwi\u0121ijiet, kif ukoll kan\u010billier tal-Kurja tal-Ar\u010bisqof. Fl-1990 kien inkarigat mill-organizzazzjoni ta\u017c-\u017cjara tal-Papa \u0120wanni Pawlu II f\u2019Malta.<\/p>\n<p>Fis-sena 1962, Mons. Philip kien infurmat li r-Rest Camp tal-Ammiraljat fis-Si\u0121\u0121iewi kien se ji\u0121i trasferit fil-Mellie\u0127a. Bl-inizjattiva ta\u2019 Mons. Philip, bdiet minnufih \u0127idma biex il-post jinkiseb mill-Azzjoni Kattolika Maltija kif fil-fatt \u0121ara.  Wara li nkiseb dan il-post beda jintu\u017ca b\u0127ala kampijiet tas-sajf g\u0127at-tfal u fil-frattemp, Mons. Mikiel Azzopardi, li kien l-Assistent Ekkle\u017cjastiku tal-Azzjoni Kattolika Maltija beda ja\u0127seb biex jibni d-Dar tal-Providenza f\u2019dan il-post. Fil-fatt ix-xog\u0127ol tal-bini tad-Dar tal-Providenza beda fl-1965. <\/p>\n<p>Fl-2018, Mons. Philip Calleja ing\u0127ata l-Premju Mons. Mikiel Azzopardi b\u0127ala turija ta\u2019 rikonoxximent u apprezzament tad-Dar tal-Providenza g\u0127all-\u0127idma u l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u lejn id-Dar.  Dakinhar l-Isqof Aw\u017ciljarju, Mons. Joseph Galea-Curmi fa\u0127\u0127ar il-\u0127idma sfieqa tieg\u0127u u qal li din il-\u0127idma twila tieg\u0127u mhux biss tissombolizza l-karattru tieg\u0127u imma wkoll l-impenn tal-Knisja Maltija biex tg\u0127in il-batut u l-emar\u0121inat fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na. <\/p>\n<p>Ag\u0127tih o Mulej il-mistrie\u0127 ta\u2019 dejjem.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id-Dar tal-Providenza ssellem il-memorja g\u0127a\u017ci\u017ca ta\u2019 Mons. Philip Calleja li llum ing\u0127aqad mal-Mulej fis-sema. Kien Monsinjur Calleja li wara l-mewt ta\u2019 Mons. Mikiel Azzopardi f\u2019Mejju tal-1987, ing\u0127ata l-inkarigu minn Mons&#8230;.<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":15616,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-15617","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/15617","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=15617"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/15617\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/15616"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=15617"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=15617"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=15617"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}