{"id":16316,"date":"2022-12-04T21:55:38","date_gmt":"2022-12-04T20:55:38","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=16316"},"modified":"2022-12-05T10:48:02","modified_gmt":"2022-12-05T09:48:02","slug":"fondazzjoni-nazareth-u-l-ghaqda-persuni-neqsin-mis-smigh-rebbieha-tal-premju-mons-mikiel-azzopardi-ghas-snin-2021-2022","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/fondazzjoni-nazareth-u-l-ghaqda-persuni-neqsin-mis-smigh-rebbieha-tal-premju-mons-mikiel-azzopardi-ghas-snin-2021-2022\/","title":{"rendered":"Fondazzjoni Nazareth u l-G\u0127aqda Persuni Neqsin mis-Smig\u0127 rebbie\u0127a tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi g\u0127as-snin 2021, 2022"},"content":{"rendered":"<p>Il-Fondazzjoni Nazareth u l-G\u0127aqda Persuni Neqsin mis-Smig\u0127 huma \u017c-\u017cew\u0121 rebbie\u0127a tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi g\u0127as-snin 2021 u 2022 rispettivament. Min\u0127abba l-pandemija tal-COVID-19, is-sena l-o\u0127ra ma saritx i\u010b-\u010berimonja tal-pre\u017centazzjoni ta\u2019 dan il-Premju.<\/p>\n<p>Dan \u0127abbru Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt il-kun\u010bert vokali u strumentali mill-banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta b\u2019risq id-Dar tal-Providenza, ta\u0127t il-patro\u010binju distint tal-E.T. Mons. Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna u t-tmexxija tad-Direttur Mu\u017cikali, il-Kaptan Jonathan Borg bi pre\u017centazzjoni tas-Sur Pio Dalli. Il-kun\u010bert, li kellu attendenza sabi\u0127a, sar il-\u0120img\u0127a, 2 ta\u2019 Di\u010bembru fil-Katidral Metropolitan ta\u2019 San Pawl, l-Imdina fl-okka\u017cjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b\u2019Di\u017cabilt\u00e0 li ji\u0121i mfakkar fit-3 ta\u2019 Di\u010bembru. G\u0127all-kuncert, li sar bil-korte\u017cija tal-Kapitlu Metropolitan u bil-koperazzjoni tal-Ar\u010bipriet u l-amministrazzjoni tal-Katidral, attendew il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Clinton O\u2019Neill u uffi\u010bjali o\u0127ra tal-Armata flimkien ma\u2019 mistednin o\u0127ra distinti.<\/p>\n<p>Dun Martin qal li jemmen li l-impenn biex ikunu rrealizzati d-drittijiet tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 mhix biss hija kwistjoni ta\u2019 \u0121ustizzja i\u017cda wkoll investiment f\u2019futur komuni. Huwa \u017cied jg\u0127id li, \u201cmin\u0127abba l-pandemija, dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn kienu snin partikolari g\u0127al kul\u0127add u mhux inqas g\u0127ad-Dar tal-Providenza. Imma minkejja dan, id-Dar baqg\u0127et impenjata li tkompli ttejjeb dejjem aktar il-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja tar-residenti u s-servizzi tag\u0127ha. Din is-sena, ing\u0127ata ta\u0127ri\u0121 intensiv mill-Professur Ingli\u017c Tony Osgood, espert fil-qasam tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0, lill-\u0127addiema kollha tad-Dar. Dun Martin qal li, \u201cDan it-ta\u0127ri\u0121 kellu l-g\u0127an li d-Dar ittejjeb il-kwalit\u00e0 tas-servizzi li toffri. Mieg\u0127u u ma\u2019 esperti o\u0127ra Maltin fil-qasam tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 smajna pariri li g\u0127andhom jg\u0127inuna fl-istrate\u0121ija li nixtiequ nfasslu g\u0127all-\u0127idma tad-Dar fil-15-il sena li \u0121ejjin.\u201d<\/p>\n<p>Il-Fondazzjoni Nazareth twaqqfet minn Dun An\u0121 Seychell fit-8 ta\u2019 Settembru 1995 meta flimkien ma\u2019 \u0127utu kienu taw id-dar tag\u0127hom li wasslet g\u0127al aktar djar \u017cg\u0127ar o\u0127ra fil-komunit\u00e0. Fil-bidu din id-dar fejn twieled u g\u0127adu jg\u0127ix Dun An\u0121 Seychell kienet fet\u0127et il-bibien tag\u0127ha g\u0127all-ewwel erba\u2019 residenti. Il-\u0127sieb ta\u2019 din il-Fondazzjoni intog\u0127\u0121ob mill-ewwel tant li r-residenti ta\u2019 Dar Nazareth \u017cdiedu g\u0127al g\u0127axar persuni u \u017cdiedu wkoll \u017cew\u0121t idjar o\u0127ra li issa jilqg\u0127u tletin persuna b\u2019di\u017cabilit\u00e0.<\/p>\n<p>Il-Premju Mons. Mikiel Azzopardi 2021 \u0121ie ppre\u017centat lill-President Emeritu, Marie-Louise Coleiro Preca, i\u010b-Chairperson tal-Bord ta\u2019 tmexxija ta\u2019 Fondazzjoni Nazareth, minn Mons. Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna.<\/p>\n<p>L-G\u0127aqda Persuni Neqsin mis-Smig\u0127 twaqqfet fl-1972 u din is-sena qed tfakkar il-50 anniversarju tag\u0127ha. Din kienet l-ewwel g\u0127aqda volontarja g\u0127all-persuni nieqsa mis-smig\u0127 f\u2019pajji\u017cna mag\u0127rufa wkoll b\u0127ala d-Deaf People Association Malta. G\u0127axar snin wara, fl-1982, twaqqaf il-klabb g\u0127all-persuni nieqsa mis-smigh li serva biex dawn l-individwi jiffurmaw komunit\u00e0 bejniethom.<\/p>\n<p>Minn mindu nfeta\u0127 il-klabb il-komunit\u00e0 tal-persuni nieqsa mis-smig\u0127 kompliet tikber u issa g\u0127andhom post sigur fejn setg\u0127u jiltaqg\u0127u informalment, jie\u0127du sehem f\u2019attivitajiet g\u0127alihom u ju\u017caw aktar il-Lingwa tas-Sinjali Maltija li kompliet tiffjorixxi. L-G\u0127aqda kienet strumentali wkoll biex il-Lingwa tas-Sinjali Maltija tkun rikonoxxuta mill-Parlament Malti b\u0127ala Lingwa Uffi\u010b\u010bjali kif ukoll biex jitjiebu s-servizzi tal-interpretazzjoni tal-Lingwa.<\/p>\n<p>Monsinjur Ar\u010bisqof Charles Scicluna ippre\u017centa l-Premju Mons Mikiel Azzopardi 2022 lill-President tal-G\u0127aqda Persuni Nieqsa mis-Smigh, is-Sinjura Annabelle Xerri.<\/p>\n<p>F\u2019diskors tal-g\u0127eluq l-Ar\u010bisqof tkellem dwar it-talba tal-Innu Malti, lirika li \u0127ar\u0121et mill-pinna tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila bil-mu\u017cika ta\u2019 Robert Samut. Huwa qal li fl-ewwel \u017cew\u0121 versi, Dun Karm fil-\u0121enju tieg\u0127u, jesprimi s-sinifikat tal-isem ta\u2019 pajji\u017cna u minnhom jag\u0127mel talba u jsejja\u0127 lill-pajji\u017cna omm, l-omm li tatna isimha.<\/p>\n<p>Monsinjur Ar\u010bisqof qal li t-talba ta\u2019 Dun Karm hi l-awgurju tieg\u0127u li waqt li qed ni\u010b\u010belebraw il-Jum Dinji g\u0127all-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0, is-so\u010bjet\u00e0 Maltija tibqa\u2019 so\u010bjet\u00e0 li turi \u0127lewwa u \u0127arsien lejn dawn \u0127utna, li pajji\u017cna jibqa\u2019 j\u0127addan il-\u0127ajja bid-diversit\u00e0 kollha tag\u0127ha u japprezza li kull \u0127ajja mill-bidu tal-kon\u010bepiment sal-a\u0127\u0127ar mument tag\u0127ha hija don.<\/p>\n<p>L-Ar\u010bisqof Scicluna qal li b\u0127al Dun Karm fit-talba tieg\u0127u, nitolbu biex Alla jag\u0127ti d-dehen lil min g\u0127andu r-responsabilit\u00e0 tremenda li jie\u0127u id-de\u010bizzjonijiet li hemm b\u017conn jittie\u0127du u temm billi awgura li fil-Milied li \u0121ej ikollna tassew biex ni\u010b\u010belebraw.<\/p>\n<p>Fil-kun\u010bert indaqqu xog\u0127lijiet ta\u2019 Beethoven, Elgar, Pietro Yon, Alan Silvestri u l-kompo\u017cituri Maltin Ray Sciberras, Antoine Mercieca u Lawrence Scicluna. Solisti kienu Staff Sergeant Dominic Scerri fuq il-klarinett, Bombardier Joseph Grech fuq il-qniepen u t-tenur il-bombardier Georg Zammit.<\/p>\n<p>Dan il-Premju, li tnieda g\u0127all-ewwel darba fl-1955, jing\u0127ata kull sena biex jirrikonoxxi l-kontribut ta\u2019 persuni fil-qasam tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 f\u2019Malta u G\u0127awdex kif ukoll persuni u entitajiet li jg\u0127inu lid-Dar tal-Providenza fil-\u0127idma tag\u0127ha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Fondazzjoni Nazareth u l-G\u0127aqda Persuni Neqsin mis-Smig\u0127 huma \u017c-\u017cew\u0121 rebbie\u0127a tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi g\u0127as-snin 2021 u 2022 rispettivament. Min\u0127abba l-pandemija tal-COVID-19, is-sena l-o\u0127ra ma saritx i\u010b-\u010berimonja tal-pre\u017centazzjoni ta\u2019 dan&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":16334,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-16316","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16316","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=16316"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16316\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/16334"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=16316"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=16316"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=16316"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}