{"id":16364,"date":"2022-12-09T13:39:15","date_gmt":"2022-12-09T12:39:15","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=16364"},"modified":"2022-12-14T09:30:14","modified_gmt":"2022-12-14T08:30:14","slug":"festa-ta-generozita-lura-fil-parkegg-tad-dar-tal-providenza-fl-ewwel-ta-jannar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/festa-ta-generozita-lura-fil-parkegg-tad-dar-tal-providenza-fl-ewwel-ta-jannar\/","title":{"rendered":"Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 lura fil-parke\u0121\u0121 tad-Dar tal-Providenza fl-Ewwel ta\u2019 Jannar"},"content":{"rendered":"<p>Il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 tal-ewwel tas-sena organizzata mid-Dar tal-Providenza se ssir mill-\u0121did ta\u0127t it-tinda l-kbira fil-parke\u0121\u0121 tas-Si\u0121\u0121iewi wara waqfa ta\u2019 sentejn min\u0127abba l-pandemija tal-COVID-19. Dan\u00a0 t\u0127abbar\u00a0 minn Fr Martin Micallef, Direttur u mis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar, waqt konferenza tal-a\u0127barijiet li saret dalg\u0127odu l-\u0120img\u0127a, 9 ta\u2019 Di\u010bembru 2022.<\/p>\n<p>B\u0127as-soltu, l-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 se tkun trasmessa fuq l-istazzjonijiet ewlenin tat-televixin bejn l-10.00am u nofsillejl. Fid-9.30am, TVM2 ixandar il-quddiesa mill-kappella tad-Dar li se titmexxa mill-E.T. Mons. Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna.<\/p>\n<p>Fr Martin qal li is\u2011servizzi residenzjali li toffri d\u2011Dar huma servizzi personalizzati li jwie\u0121bu g\u0127all\u2011b\u017connjiet u l\u2011aspirazzjonijiet tar\u2011residenti.\u00a0 Id-Dar hija impenjati li tkompli ttejjeb dejjem aktar il\u2011kwalit\u00e0 tal\u2011\u0127ajja tar\u2011residenti u s\u2011servizzi li toffri anke biex ir\u2011residenti jkunu nklu\u017ci u jipparte\u010bipaw f\u2019attivitajiet li jsiru fil\u2011komunit\u00e0.\u00a0 Biex isir dan, kull sena jsir investiment f\u2019ri\u017corsi umani, xiri ta\u2019 apparat \u0121did, xog\u0127ol ta\u2019 manutenzjoni u anke pro\u0121etti kapitali biex ikomplu jinfet\u0127u djar o\u0127ra fil\u2011komunit\u00e0.<\/p>\n<p>Fost ix-xog\u0127lijiet li saru hemm renovar, inklu\u017c installazzjoni ta\u2019 lift \u0121did f\u2019Dar Pirotta, Birkirkara, li hija wa\u0127da mid\u2011djar fil\u2011komunit\u00e0; xog\u0127ol ta\u2019 manutenzjoni kull fejn kien me\u0127tie\u0121;\u00a0 investiment uman b\u2019mod spe\u010bjali ta\u2019 professjonisti; ta\u0127ri\u0121 intensiv lill\u2011\u0127addiema kollha tad\u2011Dar mill\u2011professur Ingli\u017c Tony Osgood, li hu espert fil\u2011qasam tal\u2011persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0. Dan it\u2011ta\u0127ri\u0121 kellu l\u2011g\u0127an li titjieb il\u2011kwalit\u00e0 tas\u2011servizzi li toffri d-Dar.\u00a0 Minnu u minn esperti o\u0127ra Maltin fil\u2011qasam tal\u2011persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 ing\u0127ataw pariri li g\u0127andhom jg\u0127inu lid-Dar fl\u2011istrate\u0121ija\u00a0 li huwa ppjanjat g\u0127all\u2011\u0127idma tad\u2011Dar fil\u201115\u2011il sena li \u0121ejjin.<\/p>\n<p>G\u0127as-sena d-die\u0127la, l-pjani jinkludu l-ftu\u0127 ta\u2019 dar \u0121dida fil\u2011Balluta; aktar ta\u0127ri\u0121 lill-\u0127addiema, investiment f\u2019aktar professjonisti; il-bidu ta\u2019 pro\u0121ett ta\u2019 rinovar f\u2019erba\u2019 flettijiet f\u2019Villa Papa Giovanni li g\u0127andu jtejjeb l\u2011ambjent li fih jg\u0127ixu w\u0127ud mir\u2011residenti u, fl-a\u0127\u0127arnett, l-iffinalizzar ta\u2019 l\u2011istrate\u0121ija g\u0127as\u2011snin li \u0121ejjin.<\/p>\n<p>Is-Sinjura Camilleri Cassano spjegat kif id-donazzjonijiet jistg\u0127u isiru mill-lum stess sal-ewwel tas-sena b\u2019wie\u0127ed minn dawn il-mezzi.\u00a0 Fil-fatt, dawn id-donazzjonijiet se jkunu inklu\u017ci fis-somma totali li tit\u0127abbar fi tmiem il-maratona fl-1 ta\u2019 Jannar 2023.<\/p>\n<ul>\n<li><strong>\u20ac10\u00a0&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5160 2012<\/strong><\/li>\n<li><strong>\u20ac15&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5170 2013<\/strong><\/li>\n<li><strong>\u20ac25&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5180 2014<\/strong><\/li>\n<li><strong>\u20ac50&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5190 2085<\/strong><\/li>\n<li><strong>\u20ac100&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5130 2022<\/strong><\/li>\n<li><strong>SMS \u20ac7&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;&nbsp;\u00a0\u00a0 50618922<\/strong><\/li>\n<li><strong>BOV Mobile&nbsp;&nbsp; 79324834<\/strong><\/li>\n<\/ul>\n<p>Paypal u kontijiet tad-Dar tal-Providenza mal-banek ewlenin: APS Bank, BOV, HSBC, Lombard Bank, BNF Bank.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed jista\u2019 wkoll jibg\u0127at id-donazzjoni tieg\u0127u permezz ta\u2019 \u010bekk lid-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, is-Si\u0121\u0121iewi\u00a0 SGW2822. Imma nfakkru li b\u2019direttiva tal-Bank \u010aentrali ta\u2019 Malta ma jistg\u0127ux jintbag\u0127tu \u010bekkijiet ta\u2019 \u20ac20 jew inqas g\u0127ax ma jissarfux mill-banek.<\/p>\n<p>Donazzjonijiet o\u0127ra jintlaqg\u0127u fl-uffi\u010b\u010bju tad-Dar tal-Providenza, fi Triq San Pawl il-Belt (wara s-suq), filg\u0127odu bejn id-9:00 am u n-12:00 pm, mill-Paola Catholic Bookshop, kif ukoll mill-Pjazza tar-Rabat Malta fil-\u0121ranet ta\u2019 qabel il-Milied sal-1 ta\u2019 Jannar 2023.<\/p>\n<p>Is-Sinjura Camilleri Cassano qalet li se jsiru wkoll il-wirja u l-irkant ta\u2019 xog\u0127lijiet tal-arti, \u0121entilment mog\u0127tija minn artisti Maltin u barranin, b\u0127ala parti mill-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 tal-ewwel tas-sena. Kull min hu interessat jista\u2019 jara I-katalgu tax-xog\u0127lijiet kollha flimkien ma\u2019 informazzjoni dwar kif se jsir l-irkant online fl-1 ta\u2019 Jannar fuq <a href=\"http:\/\/www.dtpauction.com\" rel=\"noopener\" target=\"_blank\">www.dtpauction.com<\/a> jew <a href=\"http:\/\/www.belgraviaauctions.com\" rel=\"noopener\" target=\"_blank\">www.belgraviaauctions.com<\/a>.<\/p>\n<p>Ix-xog\u0127lijiet tal-arti kollha jistg\u0127u ji\u0121u apprezzati f\u2019wirja li se tin\u017camm fil-Parlament ta\u2019 Malta fil-Belt Valletta.\u00a0 Din il wirja, li tifta\u0127 fil-15 ta\u2019 Di\u010bembru tibqa\u2019 sejra sas-26 tax-xahar. Tkun miftu\u0127a g\u0127all pubbliku bejn id-9:00am u l-5:00pm mit-Tnejn sal-\u0120img\u0127a u bejn id-9.00am u n-12.30pm is-Sibt u l-\u0126add. Wie\u0127ed ikun jista\u2019 jid\u0127ol jara din l esibizzjoni billi jippre\u017centa l-Karta tal-Identit\u00e0.<\/p>\n<p>Is-Sur Kevin Papagiorcopulo, Editor-in-Chief ta\u2019 Newsbook, tkellem dwar il-maratona ta\u2019 30 sieg\u0127a xandir fuq103FM Malta\u2019s Heart is-Sibt l-10 u l-\u0126add 11 ta\u2019 Di\u010bembru 2022. 25 pre\u017centatur tal-istazzjon se jie\u0127du sehem fix-xandira u f\u2019xi \u0127inijiet se j\u017curu wkoll diversi parro\u010b\u010bi bil-g\u0127an li jilqg\u0127u donazzjonijiet.<\/p>\n<p>Attivitajiet o\u0127ra ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 fondi g\u0127ad-Dar tal-Providenza g\u0127al dan ix-xahar jinkludu:<\/p>\n<ul>\n<li>Solo Art Exhibition mill-artist Kenneth Zammit Tabone fil-lukanda Xara Palace, l-Imdina. Parti mid-d\u0127ul mill-bejg\u0127 ta\u2019 dawn ix-xog\u0127lijiet se jmorru g\u0127ad-Dar.<\/li>\n<li>Train Ride fil\u2011pjazza tas\u2011Si\u0121\u0121iewi bejn l-10:00am u l-5:000pm nhar it\u201113 ta\u2019 Di\u010bembru organizzata mill\u2011\u0126bieb tad\u2011Dar tal\u2011Providenza.<\/li>\n<li>Wirja ta\u2019 dwalijiet u kant bl\u2011isem \u201cCarols under the Stars\u201d f\u2019diversi lokalitajiet f\u2019Malta organizzati minn Lorraine Buttigieg.<\/li>\n<li>\u0120irja bir-roti minn grupp ta\u2019 studenti, g\u0127alliema u \u0121enituri mill-Kulle\u0121\u0121 San Benedittu ta\u2019 \u0126al Kirkop sad\u2011Dar tal\u2011Providenza nhar l\u2011Erbg\u0127a 14 ta\u2019 Di\u010bembru.<\/li>\n<li>Villa\u0121\u0121 tal\u2011Milied b\u2019risq id\u2011Dar fl\u2011Iskola Sekondarja St Thomas Moore, i\u017c\u2011\u017bejtun nhar il\u2011\u0120img\u0127a 16 ta\u2019 Di\u010bembru 2022.<\/li>\n<li>Tberik tal\u2011annimali fil\u2011carpark tad\u2011Dar nhar il\u2011\u0126add 18 ta\u2019 Di\u010bembru 2022.<\/li>\n<li>Christmas on Campus &#8211; kampanja ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 fondi fl-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127al diversi entitajiet fosthom Id-Dar tal-Providenza u l-Community Chest Fund.<\/li>\n<li>Kampanja ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 fondi permezz tar-radju mill-G\u0127aqda Mu\u017cikali Santa Marija tal-Qrendi.<\/li>\n<li>Kun\u010bert fit\u201130 ta\u2019 Di\u010bembru 2022, organizzat mill\u2011Komunit\u00e0 Agostinjana, fil\u2011Knisja ta\u2019 San Mark, ir\u2011Rabat, Malta.<\/li>\n<li>\u0120bir fil-parro\u010b\u010bi ta\u2019 Malta u G\u0127awdex, lejlet u nhar l-ewwel tas-sena.<\/li>\n<\/ul>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 tal-ewwel tas-sena organizzata mid-Dar tal-Providenza se ssir mill-\u0121did ta\u0127t it-tinda l-kbira fil-parke\u0121\u0121 tas-Si\u0121\u0121iewi wara waqfa ta\u2019 sentejn min\u0127abba l-pandemija tal-COVID-19. Dan\u00a0 t\u0127abbar\u00a0 minn Fr Martin Micallef, Direttur&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":16365,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-16364","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16364","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=16364"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16364\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/16365"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=16364"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=16364"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=16364"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}