{"id":16613,"date":"2023-01-02T01:31:30","date_gmt":"2023-01-02T00:31:30","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=16613"},"modified":"2023-01-02T08:00:34","modified_gmt":"2023-01-02T07:00:34","slug":"festa-ta-generozita-tigbor-e1445665-ghad-dar-tal-providenza","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/festa-ta-generozita-tigbor-e1445665-ghad-dar-tal-providenza\/","title":{"rendered":"Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 ti\u0121bor \u20ac1,445,665 g\u0127ad-Dar tal-Providenza"},"content":{"rendered":"<p>\u201cG\u0127al darba o\u0127ra l-poplu Malti u G\u0127awdxi re\u0121a\u2019 wera s-solidarjet\u00e0 tieg\u0127u mad-Dar tal-Providenza bis-somma ta\u2019 \u20ac1,445,665 g\u0127all-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0. Il-fondi mi\u0121bura se jg\u0127inu lid-Dar tkompli tipprovdi servizzi residenzjali ta\u2019 kwalit\u00e0 lil 115-il persuna b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li jg\u0127ixu fid-djar tag\u0127ha. Barra minn dan, id-Dar se tkun ittejjeb l-ambjent li fih jg\u0127ixu r-residenti f\u2019Villa Papa Giovanni fis-Si\u0121\u0121iewi fejn se jkun qed isir xog\u0127ol ta\u2019 rinovar estensiv.\u00a0 Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, fl-g\u0127eluq ta\u2019 maratona televi\u017civa ta\u2019 tnax-il sieg\u0127a. Huwa \u017cied jg\u0127id li jalla li s-solidarjet\u00e0 li ntweriet fl-ewwel tas-sena mad-Dar tal-Providenza tibqa\u2019 tintwera matul is-sena kollha ma\u2019 dawk fis-so\u010bjet\u00e0 Maltija li je\u0127tie\u0121u l-appo\u0121\u0121.<\/p>\n<p>Wara waqfa ta\u2019 sentejn min\u0127abba l-pandemija COVID-19, il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 xxandret minn ta\u0127t it-tinda mtellg\u0127a apposta fil-parke\u0121\u0121 tad-Dar fis-Si\u0121\u0121iewi. Il-maratona televi\u017civa bdiet b\u2019quddiesa \u010b\u010belebrata minn Mons. Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar u ntemmet f\u2019nofsillejl. Fil-bidu tal-quddiesa li g\u0127aliha attendew il-President ta\u2019 Malta, Dott. George Vella u s-Sinjura Vella, saret il-prietka tradizzjonali tal-Milied minn tifel u tifla.<\/p>\n<p>Fl-omelija tieg\u0127u, l-Ar\u010bisqof qal li fil-bidu ta\u2019 sena \u0121dida nitolbu lill-Mulej iberikna, j\u0127arisna u jag\u0127tina l-pa\u010bi. Il-pa\u010bi li ma tistax tinxtara online jew mill-\u0127wienet. G\u0127andna napprezzaw u ng\u0127o\u017c\u017cu dak kollu li huwa tajjeb fil-familji tag\u0127na, fl-NGOs li g\u0127andna u fil-poplu tag\u0127na. G\u0127andna ng\u0127o\u017c\u017cu wkoll il-\u0127ajja mill-bidu tag\u0127ha kif ti\u0121i g\u0127ax biex ikollok dritt tg\u0127ix mhux bilfors li tkun perfett biex tkun prezzju\u017c.<\/p>\n<p>Re\u0121a\u2019 sar l-irkant online ta\u2019 diversi xog\u0127lijiet tal-arti \u0121entilment mog\u0127tija minn g\u0127add ta\u2019 artisti Maltin u barranin. Id-d\u0127ul mill-bejg\u0127 ta\u2019 dawn ix-xog\u0127lijiet la\u0127aq \u2018l fuq minn \u20ac29,000.<\/p>\n<p>B\u0127al kull sena, g\u0127add sabi\u0127 ta\u2019 parro\u010b\u010bi f\u2019Malta u G\u0127awdex organizzaw \u0121abriet spe\u010bjali waqt il-quddies tal-ewwel tas-sena li mbag\u0127ad ing\u0127ataw lid-Dar f\u2019isem il-komunit\u00e0 parrokkjali.<\/p>\n<p>Mistednin ta\u0127t it-tinda kien hemm il-President ta\u2019 Malta, Dott. George Vella u s-Sinjura Vella, Mons. Ar\u010bisqof Charles Scicluna, l-Isqof Aw\u017ciljarju Mons. Joseph Galea-Curmi, l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Dott. Bernard Grech u s-Sinjura Grech. Il-Ministru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali,\u00a0 Dott. Owen Bonnici, li kien qed jirrappre\u017centa lill-Prim Ministru Dott. Robert Abela, g\u0127amel g\u0127otja ta\u2019 \u20ac25,000 mill-Fond g\u0127all-Kaw\u017ci \u0120usti.<\/p>\n<p>Attendew ukoll g\u0127add ta\u2019 ministri u membri parlamentari mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at tal-Kamra tad-Deputati kif ukoll delegati tal-partit politi\u010bi ewlenin, personalitajiet distinti u rappre\u017centanti ta\u2019 korpi kostitwiti li qattg\u0127u \u0127in iwie\u0121bu t-telefonati tal-pubbliku.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u201cG\u0127al darba o\u0127ra l-poplu Malti u G\u0127awdxi re\u0121a\u2019 wera s-solidarjet\u00e0 tieg\u0127u mad-Dar tal-Providenza bis-somma ta\u2019 \u20ac1,445,665 g\u0127all-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0. Il-fondi mi\u0121bura se jg\u0127inu lid-Dar tkompli tipprovdi servizzi residenzjali ta\u2019 kwalit\u00e0&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":16614,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-16613","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16613","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=16613"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16613\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/16614"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=16613"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=16613"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=16613"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}