{"id":17013,"date":"2023-04-14T17:53:42","date_gmt":"2023-04-14T15:53:42","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=17013"},"modified":"2023-04-14T17:53:42","modified_gmt":"2023-04-14T15:53:42","slug":"in-nunzju-appostoliku-ghal-malta-jaghmel-l-ewwel-zjara-ufficcjali-tieghu-fid-dar-tal-providenza","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/in-nunzju-appostoliku-ghal-malta-jaghmel-l-ewwel-zjara-ufficcjali-tieghu-fid-dar-tal-providenza\/","title":{"rendered":"In-Nunzju Appostoliku g\u0127al Malta jag\u0127mel l-ewwel \u017cjara uffi\u010b\u010bjali tieg\u0127u fid-Dar tal-Providenza."},"content":{"rendered":"<p>In-Nunzju Appostoliku g\u0127al Malta, l-E.T. l- Ar\u010bisqof Savio Hon Tai-Fai SDB, g\u0127amel l-ewwel \u017cjara uffi\u010b\u010bjali tieg\u0127u fid-Dar tal-Providenza fejn kien milqug\u0127 minn Fr Martin Micallef, Direttur, u mis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar.<\/p>\n<p>Huwa kellu l-opportunit\u00e0 jitltaqa ma\u2019 g\u0127add ta\u2019 residenti u suppport workers tad-Dar. In-Nunzju Appostoliku qal li kien fer\u0127 kbir g\u0127alih li j\u017cur id-Dar tal-Providenza u lin-nies li jg\u0127ixu hemm kif ukoll dawk li ja\u0127dmu hemm u kellu kliem ta\u2019 tif\u0127ir g\u0127ax-xog\u0127ol li jsir mal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 imma fuq kollox il-pre\u017cenza ta\u2019 Alla li tant tin\u0127ass f\u2019dan il-post.<\/p>\n<p>Fid-diskors tieg\u0127u ta\u2019 mer\u0127ba, Fr Martin tkellem fuq is-snin bikrin tad-Dar u l-\u0127idma li saret mill-1965 \u2018l hawn aktar u aktar mill-1968 meta da\u0127lu l-ewwel tliet residenti fid-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi. Huwa g\u0127amel referenza g\u0127a\u010b-\u010belebrazzjonijiet tal-50 anniversarju li nkludew ukoll laqg\u0127a ma\u2019 Papa Fran\u0121isku fir-residenza Santa Marta fil-Vatikan. Huwa kien \u0127a b\u2019idejn kull min kien hemm fil-grupp li, minbarra r-residenti, kien jinkludi wkoll l-Ar\u010bisqof Charles Scicluna u l-Ar\u010bisqof Emeritu Pawl Cremona, support workers, impjegati o\u0127ra u volontiera. Fr Martin talab lin-Nunjzu biex iwassal lill-Qdusija Tieg\u0127u l-im\u0127abba, l-affezzjoni u t-talb minn kul\u0127add fid-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>Matul i\u017c-\u017cjara tieg\u0127u, in-Nunzju ittie\u0127ed jara l-kappella, il-mu\u017cew iddedikat lil Mons, Mikiel Azzopardi u l-qabar fejn hu midfun, il-pixxina terapewtika, i\u010b-\u010aentru Agrikolu San Isidor, il-kmamar multisensorjali, il-k\u010bina u l-laundry fejn sab \u0127in ukoll biex jitkellem ma\u2019 xi u\u0127ud mill-\u0127addiema dwar ix-xog\u0127ol li jag\u0127mlu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>In-Nunzju Appostoliku g\u0127al Malta, l-E.T. l- Ar\u010bisqof Savio Hon Tai-Fai SDB, g\u0127amel l-ewwel \u017cjara uffi\u010b\u010bjali tieg\u0127u fid-Dar tal-Providenza fejn kien milqug\u0127 minn Fr Martin Micallef, Direttur, u mis-Sinjura Nadine Camilleri&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":17014,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-17013","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17013","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=17013"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17013\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/17014"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=17013"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=17013"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=17013"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}