{"id":17227,"date":"2023-06-13T20:07:44","date_gmt":"2023-06-13T18:07:44","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=17227"},"modified":"2024-06-12T14:45:41","modified_gmt":"2024-06-12T12:45:41","slug":"il-bov-volleyball-marathon-2023-tibda-fit-30-ta-gunju","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/il-bov-volleyball-marathon-2023-tibda-fit-30-ta-gunju\/","title":{"rendered":"Il-BOV Volleyball Marathon 2023 tibda fit-30 ta\u2019 \u0120unju"},"content":{"rendered":"<p>Il-BOV Volleyball Marathon b\u2019risq id-Dar tal-Providenza re\u0121a\u2019 mag\u0127na bi 53 sieg\u0127a log\u0127ob bla waqfien fil-car park tad-Dar fis-Si\u0121\u0121iewi, It-13-il edizzjoni tal-Maratona tibda l-\u0120img\u0127a 30 ta\u2019 \u0120unju fis-6.00pm u tibqa\u2019 sejra sa nofsillejl tal-\u0126add 2 ta\u2019 Lulju. Il-ftu\u0127 uffi\u010b\u010bjali se jsir mid-Deputat Prim Ministru Dott. Chris Fearne bis-sehem tal-banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta.<\/p>\n<p>Il-Maratona \u0121iet imnedija minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza u Charles Azzopardi, Head CSR Dept tal-Bank of Valletta, waqt konferenza tal-a\u0127barijiet li saret fl-Iskola Sekondarja ta\u2019 Pembroke fi \u0127dan il-Kulle\u0121\u0121 Santa Klara fejn qed isir it-ta\u0127ri\u0121 u l-preparamenti tal-players li se jie\u0127du sehem fil-maratona.<\/p>\n<p>\u2018Il-BOV Volleyball Marathon huwa wie\u0127ed mill-attivitajiet ewlenin ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 flus li jg\u0127inna fil-missjoni tag\u0127na li nipprovdu u ndejjem intejjbu s-servizzi siewja li noffru.\u2019 Qal Fr Martin li \u017cied jg\u0127id: \u2018Ninkora\u0121\u0121ixxu wkoll il-volontarjat u nkunu qed nibg\u0127atu messa\u0121\u0121 li s-so\u010bjet\u00e0 Maltija te\u0127tie\u0121 li tinvesti fih. Bis-sa\u0127\u0127a ta\u2019 din il-maratona, id-Dar trid ukoll tinkora\u0121\u0121ixxi l-isport b\u0127ala investiment fi stil ta\u2019 \u0127ajja aktar b\u2019sa\u0127\u0127itha. Fl-a\u0127\u0127ar imma mhux l-inqas, id-Dar tal-Providenza tapella lis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na biex tirrispetta dejjem lill-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 u tittrattahom bid-dinjit\u00e0 li tixirqilhom waqt li toffrilhom g\u0127a\u017cliet u opportunitajiet li kul\u0127add g\u0127andu dritt li jgawdi.\u2019<\/p>\n<p>\u2018Il-BOV Volleyball Marathon jg\u0127aqqad flimkien i\u017c-\u017cew\u0121 kolonni ewlenin tal-Programm tag\u0127na tas-CSR, Filantropija u Sport.\u2019 Qal is-Sur Azzopardi, li kompla jg\u0127id: \u2018A\u0127na fil-Bank of Valletta kburin li nag\u0127mlu parti minn organizzazzjoni li hija strumentali fl-i\u017cvilupp sostenibbli ta\u2019 Malta. G\u0127andna kliem ta\u2019 tif\u0127ir g\u0127as-servizzi li tipprovdi d-Dar tal-Providenza fil-komunit\u00e0 Maltija u huwa l-pja\u010bir tag\u0127na li ng\u0127inuha tkompli toffri servizzi essenzjali fid-dawl tal-impenn tag\u0127na lejn il-komunit\u00e0 li noperaw fiha.\u2019<\/p>\n<p>Sal-\u0126add 2 ta\u2019 Lulju, kull filg\u0127axija se jkun hemm spettaklu mu\u017cikali fuq il\u2011palk prin\u010bipali, ikel u log\u0127ob g\u0127at\u2011tfal.\u00a0 Il\u2011Maratona se ting\u0127ata wkoll f\u2019xandiriet diretti fuq l\u2011istazzjonijiet ewlenin tat-televixin. Minbarra l-erbg\u0127in player protagonisti tal-Maratona se jag\u0127tu sehemhom ukoll madwar mitejn voluntier.<\/p>\n<p>Il-pubbliku jista\u2019 jg\u0127in billi j\u010bempel fuq dawn in-numri li qed nag\u0127tu aktar l-isfel, ju\u017ca l-BOV Mobile Banking, PayPal jew Revolut jew jag\u0127mel donazzjoni online fil-kontijiet bankarji tad-Dar.\u00a0 Tajjeb li nfakkru li s-sistema bankarja ta\u2019 pajji\u017cna ta\u010b\u010betta biss cheques ta\u2019 aktar minn \u20ac20. G\u0127al aktar informazzjoni wie\u0127ed jista\u2019 j\u017cur is-sit:\u00a0<a href=\"http:\/\/www.sabihlitaghti.org\/\">www.sabihlitaghti.org<\/a><\/p>\n<p>\u20ac10\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5160 2011<\/p>\n<p>\u20ac15\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5170 2012<\/p>\n<p>\u20ac25\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5180 2013<\/p>\n<p>\u20ac50\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5190 2070<\/p>\n<p>\u20ac100 \u00a0 5130 2044<\/p>\n<p>Pledge Line: 2146 3686<\/p>\n<p>BOV Mobile\u00a0 7932 4834<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-BOV Volleyball Marathon b\u2019risq id-Dar tal-Providenza re\u0121a\u2019 mag\u0127na bi 53 sieg\u0127a log\u0127ob bla waqfien fil-car park tad-Dar fis-Si\u0121\u0121iewi, It-13-il edizzjoni tal-Maratona tibda l-\u0120img\u0127a 30 ta\u2019 \u0120unju fis-6.00pm u tibqa\u2019 sejra&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":17228,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-17227","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17227","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=17227"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17227\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/17228"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=17227"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=17227"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=17227"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}