{"id":17691,"date":"2023-12-02T10:37:17","date_gmt":"2023-12-02T09:37:17","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=17691"},"modified":"2024-06-11T18:01:19","modified_gmt":"2024-06-11T16:01:19","slug":"id-down-syndrome-association-tinghata-l-premju-mons-mikiel-azzopardi-2023","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/id-down-syndrome-association-tinghata-l-premju-mons-mikiel-azzopardi-2023\/","title":{"rendered":"Id-Down Syndrome Association ting\u0127ata l-Premju Mons Mikiel Azzopardi 2023"},"content":{"rendered":"<p>Id\u2011Down Syndrome Association hija r\u2011rebbie\u0127a tal\u2011Premju Mons Mikiel Azzopardi 2023. Dan \u0127abbru Fr Martin Micallef, Direttur tad\u2011Dar tal\u2011Providenza, waqt il\u2011kun\u010bert vokali u strumentali mill\u2011banda tal\u2011Forzi Armati ta\u2019 Malta b\u2019risq id\u2011Dar tal\u2011Providenza. L\u2011E.T. il\u2011President ta\u2019 Malta, Dott. George Vella, fil\u2011pre\u017cenza tal\u2011E.T. Mons Joseph Galea\u2011Curmi, Isqof Aw\u017ciljarju, ippre\u017centa l\u2011premju lir\u2011rappre\u017centanti tad\u2011Down Syndrome Association. Il\u2011kun\u010bert sar fil\u2011Katidral Metropolitan ta\u2019 San Pawl fl\u2011Imdina bil\u2011banda tal\u2011Forzi Armati ta\u2019 Malta ta\u0127t it\u2011tmexxija tad\u2011Direttur Mu\u017cikali tag\u0127ha, il\u2011Kaptan Jonathan Borg u bi pre\u017centazzjoni ta\u2019 Christine Delicata.<\/p>\n<p>L\u2011Asso\u010bjazzjoni Down Syndrome f\u2019Malta twaqqfet fl\u20111981 fejn dak i\u017c\u2011\u017cmien \u0121iet stabbilit\u00e0 u mmexxija minn \u0121enituri ta&#8217; persuni li g\u0127andhom id\u2011Down Syndrome. L\u2011Asso\u010bjazzjoni hija re\u0121istrata b\u0127ala organizzazzjoni volontarja b\u2019hekk tiddependi g\u0127alkollox fuq \u0127idma volontarja u donazzjonijiet li ji\u0121u mill\u2011\u0121enero\u017cit\u00e0 tal\u2011membri tag\u0127ha u tal\u2011pubbliku \u0121enerali biex tkompli bil\u2011missjoni tag\u0127ha u jit\u0127allsu l\u2011ispejje\u017c amministrattivi.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed mill\u2011g\u0127anijiet tal\u2011asso\u010bjazzjoni huwa li t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lin\u2011nies li g\u0127andhom il\u2011kundizzjoni Down Syndrome biex jil\u0127qu l\u2011potenzjal tag\u0127hom fejn jg\u0127ixu indipendenti f\u2019so\u010bjet\u00e0 li tag\u0127raf il\u2011kapa\u010bitajiet tag\u0127hom. L\u2011asso\u010bjazzjoni tg\u0127in ukoll lill\u2011\u0121enituri li jkunu g\u0127adhom kif kellhom tarbija bil\u2011kundizzjoni Down Syndrome billi tipprovdi pariri u appo\u0121\u0121 partikolarment fl\u2011istadji bikrija tal\u2011\u0127ajja tat\u2011tarbija. Rwol ie\u0127or huwa li l\u2011asso\u010b\u010bjazzjoni tirrapre\u017centa l\u2011interessi u l\u2011b\u017connijiet tan\u2011nies li g\u0127andhom Down Syndrome fl\u2011aspetti kollha tal\u2011\u0127ajja u l\u2011b\u017connijiet tal\u2011individwi, b\u0127ala membri tal\u2011familja u tal\u2011komunit\u00e0.<\/p>\n<p>Il\u2011kun\u010bert, li kellu attendenza sabi\u0127a, sar il\u2011\u0120img\u0127a, l\u20111 ta\u2019 Di\u010bembru fl\u2011okka\u017cjoni tal\u2011Jum Internazzjonali tal\u2011Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0 li jitfakkar fit\u20113 ta\u2019 Di\u010bembru. F\u2019diskors tal\u2011okka\u017cjoni, Fr Martin Micallef tenna li \u00a0l\u2011\u0120nus Mag\u0127quda bdiet ti\u010b\u010belebra dan il\u2011Jum bil\u2011g\u0127an li jkun okka\u017cjoni annwali biex is\u2011so\u010bjet\u00e0 ting\u0127aqad flimkien biex tappo\u0121\u0121ja lill\u2011persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li jg\u0127ixu fil\u2011komunitajiet tag\u0127na, to\u0127loq g\u0127arfien dwar l\u2011importanza li no\u0127olqu futur isba\u0127 fejn il\u2011persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 jgawdu minn opportunitajiet indaqs u ma jiffa\u010b\u010bjaw l\u2011ebda ostaklu f\u2019kull aspett ta\u2019 \u0127ajjithom, kemm f\u2019dak li g\u0127andu x\u2019jaqsam mal\u2011\u0127ajja tag\u0127hom ta\u2019 kuljum fil\u2011komunitajiet li jg\u0127ixu, kemm biex jid\u0127lu fid\u2011dinja tax\u2011xog\u0127ol, kif ukoll biex jirrealizzaw l\u2011aspettativi u l\u2011aspirazzjonijiet tag\u0127hom.\u00a0 Ma\u2019 dan, il\u2011Papa Fran\u0121siku i\u017cid l\u2011importanza li f\u2019dan il\u2011Jum nippromovu wkoll il\u2011kultura tal\u2011\u0127ajja li kontinwament tafferma d\u2011dinjit\u00e0 ta\u2019 kull persuna,\u00a0 b\u2019mod spe\u010bjali b\u0127ala protezzjoni g\u0127al ir\u0121iel u nisa ta\u2019 kull \u017cmien u kundizzjonijiet so\u010bjali.\u201d<\/p>\n<p>Fil\u2011kun\u010bert indaqqu xog\u0127lijiet ta\u2019 Kettlebey, Yoder, Nelhybel, Appermont, Coleridge\u2011Taylor flimkien mal\u2011kompo\u017cituri Maltin Aurelio Belli, Daniel Vella u Antoine Marcieca. \u00a0Solisti kienu Sgt Joseph Zammit fuq l\u2011Ewfonju, Bdr Joseph Grech fuq il\u2011qniepen u t\u2011tenur Bdr Georg Zammit.<\/p>\n<p>Il\u2011Premju Mons Mikel Azzopardi, li tnieda g\u0127all\u2011ewwel darba fl\u20111955, jing\u0127ata kull sena biex jirrikonoxxi l\u2011kontribut ta\u2019 persuni fil\u2011qasam tal\u2011persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 f\u2019Malta u G\u0127awdex kif ukoll persuni u entitajiet li jg\u0127inu lid\u2011Dar tal\u2011Providenza fil\u2011\u0127idma tag\u0127ha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id\u2011Down Syndrome Association hija r\u2011rebbie\u0127a tal\u2011Premju Mons Mikiel Azzopardi 2023. Dan \u0127abbru Fr Martin Micallef, Direttur tad\u2011Dar tal\u2011Providenza, waqt il\u2011kun\u010bert vokali u strumentali mill\u2011banda tal\u2011Forzi Armati ta\u2019 Malta b\u2019risq id\u2011Dar&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":17692,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-17691","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17691","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=17691"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17691\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/17692"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=17691"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=17691"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=17691"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}