{"id":17970,"date":"2024-01-19T16:46:17","date_gmt":"2024-01-19T15:46:17","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=17970"},"modified":"2024-01-19T16:55:46","modified_gmt":"2024-01-19T15:55:46","slug":"ftehim-kollettiv-gdid-ghall-haddiema-tad-dar-tal-providenza-3","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/ftehim-kollettiv-gdid-ghall-haddiema-tad-dar-tal-providenza-3\/","title":{"rendered":"Ftehim Kollettiv \u0121did g\u0127all-\u0127addiema tad-Dar tal-Providenza"},"content":{"rendered":"<p>\u0120ie ffirmat Ftehim Kollettiv \u0121did bejn id\u2011Dar tal\u2011Providenza u l\u2011General Workers Union (GWU). Il\u2011ftehim, li jkopri l\u2011perjodu bejn l\u20112024 u l\u20112026, jipprovdi g\u0127al kundizzjonijiet a\u0127jar tal\u2011impjiegi tal\u2011impjegati kollha, kif ukoll struttura \u0121dida tal\u2011gradi kollha u\u00a0opportunitajiet ta\u2019 promozzjonijiet. Il\u2011ftehim qed joffri \u017cidiet sostanzjali fis\u2011salarji kif ukoll titjieb f\u2019diversi kundizzjonijiet, jippremja l\u2011i\u017cvilupp u t\u2011ta\u0127ri\u0121 filwaqt li ji\u017cgura mi\u017curi favur il\u2011familja b\u2019aktar flessibilit\u00e0 fuq il\u2011post tax\u2011xog\u0127ol. Dan il\u2011ftehim, fit\u2011totalit\u00e0 tieg\u0127u, isa\u0127\u0127a\u0127 ir\u2011relazzjonjiet tal\u2011impjiegi tad\u2011Dar g\u0127at\u2011tliet snin li \u0121ejjin.<\/p>\n<p>G\u0127ad\u2011Dar tal\u2011Providenza, iffirma d\u2011Direttur, Fr Martin Micallef filwaqt li s\u2011Sinjura Riccarda Darmanin, Segretarju tat\u2011Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi ffirmat f\u2019isem il\u2011General Workers Union.\u00a0 Iffirmaw ukoll is\u2011Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad\u2011Dar tal\u2011Providenza, is\u2011Sur Paul Micallef, Assistent Segretarju tal\u2011istess Taqsima tal\u2011GWU flimkien mas\u2011Sinjura Karen Agius, is\u2011Sur Miguel Grech u s\u2011Sur David Muscat, b\u0127alha Shop Stewards tal\u2011impjegati.\u00a0 F\u2019isem l\u2011Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta kien hemm id\u2011Direttur tar\u2011Ri\u017corsi Umani Dr Rebecca Gatt, u l\u2011Amministratur is\u2011Sur Michael Pace Ross.<\/p>\n<p>Wara\u00a0l\u2011iffrimar ta\u2019 dan il\u2011Ftehim, Fr Martin irringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom fin\u2011negozjati li saru f\u2019atmosfera ta\u2019 rispett re\u010biproku u b\u2019xewqa li jkomplu jitjiebu l\u2011kundizzjonijiet u s\u2011salarji tal\u2011\u0127addiema kollha tad\u2011Dar tal\u2011Providenza.\u00a0 Huwa \u017cied jg\u0127id li r\u2011rieda li ji\u017cdiedu l\u2011pagi g\u0127all\u2011\u0127addiema, ma jirriflettix biss sens ta\u2019 \u0121ustizzja imma wkoll apprezzament g\u0127all\u2011impenn u d\u2011dedikazzjoni kbira tal\u2011\u0127addiema tad\u2011Dar.<\/p>\n<p>Is\u2011Sinjura Darmanin f\u2019isem it\u2011Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal\u2011GWU uriet is\u2011sodisfazzjon\u00a0tag\u0127ha g\u0127all\u2011mod kif saru n\u2011negozjati fejn kien hemm rieda tajba mill\u2011partijiet kon\u010bernati u b\u2019hekk kienu konklu\u017ci g\u0127as\u2011sodisfazzjon ta\u017c\u2011\u017cew\u0121 na\u0127at.\u00a0 Irringrazzjat ukoll lix\u2011Shop Stewards u lill\u2011membri g\u0127as\u2011sapport li jag\u0127tu lill\u2011Union. Dr Rebecca Gatt, f\u2019isem l\u2011Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta qalet li wie\u0127ed g\u0127andu japprezza l\u2011isforz li sar waqt in\u2011negozjati biex ti\u0121i rikonoxxuta l\u2011kompetenza u l\u2011esperjenza tal\u2011\u0127addiema pre\u017centi filwaqt li ji\u0121i attirat talent \u0121did.<\/p>\n<p>Id-Dar tal-Providenza li twaqqfet fl-1965 minn Mons. Mikiel Azzopardi, toffri servizzi residenzjali lil 115-il persuna b\u2019di\u017cabilit\u00e0.\u00a0 Hija timpjega 289 persuna.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u0120ie ffirmat Ftehim Kollettiv \u0121did bejn id\u2011Dar tal\u2011Providenza u l\u2011General Workers Union (GWU). Il\u2011ftehim, li jkopri l\u2011perjodu bejn l\u20112024 u l\u20112026, jipprovdi g\u0127al kundizzjonijiet a\u0127jar tal\u2011impjiegi tal\u2011impjegati kollha, kif ukoll&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":17971,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-17970","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17970","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=17970"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17970\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/17971"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=17970"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=17970"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=17970"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}