{"id":24022,"date":"2025-07-18T22:32:33","date_gmt":"2025-07-18T20:32:33","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=24022"},"modified":"2025-07-18T22:32:33","modified_gmt":"2025-07-18T20:32:33","slug":"tibda-l-bov-volleyball-marathon-brisq-id-dar-tal-providenza-3","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/tibda-l-bov-volleyball-marathon-brisq-id-dar-tal-providenza-3\/","title":{"rendered":"Tibda l-BOV Volleyball Marathon b\u2019risq id-Dar tal-Providenza"},"content":{"rendered":"<p>Il\u2011\u0120img\u0127a 18 ta\u2019 Lulju 2025, l\u2011E\u010b\u010bellenza Tag\u0127ha Myriam Spiteri Debono, il\u2011President ta\u2019 Malta, inawgurat uffi\u010bjalment il\u201115\u2011il edizzjoni tal\u2011BOV Volleyball Marathon b\u2019risq id\u2011Dar tal\u2011Providenza.<\/p>\n<p>Erbg\u0127in player, mag\u0127\u017cula minn fost sebg\u0127in applikant, bdew l\u2011isfida ta\u2019 53 sieg\u0127a ta\u2019 log\u0127ob tal\u2011volleyball bla waqfien g\u0127al g\u0127an nobbli.<\/p>\n<p>F\u2019diskors qasir li g\u0127amlet fil\u2011ftu\u0127 tal\u2011maratona, il\u2011President ta\u2019 Malta, l\u2011E.T. Myriam Spiteri Debono fissret lid\u2011Dar tal\u2011Providenza b\u0127ala pijuniera tal\u2011inklu\u017cjoni f\u2019Malta, u qalet li l\u2011poplu Malti u G\u0127awdxi hu konxju u grat g\u0127all\u2011\u0127idma sfieqa li twettaq din id\u2011Dar b\u2019risq ir\u2011residenti u l\u2011familji tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Il\u2011President Myriam Spiteri Debono enfasizzat il\u2011\u0127tie\u0121a li l\u2011poplu Malti jkompli jifhem id\u2011diffikultajiet li jkunu g\u0127addejjin minnhom il\u2011persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 u l\u2011qraba tag\u0127hom, waqt li appellat g\u0127all\u2011\u0121enero\u017cit\u00e0 tal\u2011Maltin u l\u2011G\u0127awdxin biex Id\u2011Dar tal\u2011Providenza tkun tista\u2019 tibqa\u2019 toffri g\u0127ajnuna u \u0127ajja dinjitu\u017ca lil dawn il\u2011persuni, u tkun ta\u2019 solljiev g\u0127all\u2011familjari tag\u0127hom.<\/p>\n<p>F\u2019diskors ta\u2019 mer\u0127ba Mons. Martin Micallef, Direttur tad\u2011Dar tal\u2011Providenza, ta mer\u0127ba lil dawk kollha pre\u017centi g\u0127all\u201115\u2011il edizzjoni tal\u2011BOV Volleyball Marathon li huwa ddeskriva b\u0127ala appuntament annwali ta\u2019 sport, solidarjet\u00e0 u \u0121enero\u017cit\u00e0 b\u2019appo\u0121\u0121 g\u0127al kaw\u017ca li hija tant g\u0127all\u2011qalb tal\u2011Maltin kollha. Huwa \u017cied jg\u0127id li din is\u2011sena hija wa\u0127da spe\u010bjali, mhux biss g\u0127ax id\u2011Dar tal\u2011Providenza qed ti\u010b\u010belebra l\u201115\u2011il sena ta\u2019 din il\u2011maratona, imma wkoll g\u0127ax qed tfakkar tragward storiku \u2013 is\u201160 anniversarju tat\u2011twaqqif tad\u2011Dar mis\u2011sa\u010berdot vi\u017cjonarju Mons. Mikiel Azzopardi. Sittin sena ilu, Mons. Azzopardi \u0127olom b\u2019dar fejn persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 mhux biss ikollhom min jie\u0127u \u0127siebhom imma jkunu wkoll rispettati, inklu\u017ci u ma\u0127buba b\u0127ala membri s\u0127a\u0127 tas\u2011so\u010bjet\u00e0.<\/p>\n<p>Illum, dik il\u2011\u0127olma g\u0127adha \u0127ajja u b\u2019sa\u0127\u0127itha aktar minn qatt qabel. Tul dawn it\u201153 sieg\u0127a, erbg\u0127in player iddedikati se jag\u0127tu l\u2011ener\u0121ija kollha tag\u0127hom, mhux biss g\u0127ax i\u0127obbu l\u2011log\u0127ba tal\u2011volleyball imma wkoll biex jissapportjaw kaw\u017ca \u0121usta. \u00a0L\u2011istamina, l\u2011impenn u l\u2011ispirtu tag\u0127hom ta\u2019 g\u0127aqda huma mera tal\u2011valuri qawwija tad\u2011Dar tal\u2011Providenza, ji\u0121ifieri l\u2011qdusija tal\u2011\u0127ajja, ir\u2011rispett lejn kul\u0127add, is\u2011sapport lill\u2011familji, kif ukoll l\u2011ispirtu ta\u2019 komunit\u00e0 li jag\u0127ti s\u2011sa\u0127\u0127a lill\u2011persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 biex jg\u0127ixu b\u2019dinjit\u00e0, awtonomija u inklu\u017cjoni. Mons. Micallef temm billi rringrazzja lil dawk kollha li g\u0127amlu din l\u2011attivit\u00e0 possibbli: il\u2011Bank of Valletta l\u2011isponsor ewlieni, il\u2011kumitat organizzattiv, il\u2011players, il\u2011volontiera, l\u2011isponsors kif ukoll il\u2011media.<\/p>\n<p>Il\u2011Kap E\u017cekuttiv tal\u2011Bank of Valletta, is\u2011Sur Kenneth Farrugia qal li l\u2011Bank of Valletta huwa kburi bir\u2011relazzjoni li g\u0127andu mad\u2011Dar tal\u2011Providenza li tmur lura numru ta&#8217; snin.\u00a0Din hija l\u2011\u0127mistax\u2011il sena li l\u2011Bank qed jappo\u0121\u0121ja din il\u2011maratona li hija turija ta&#8217; g\u0127aqda bejn l\u2011isport u l\u2011volontarjat.<\/p>\n<p>Is\u2011Sur Farrugia \u017cied jg\u0127id: &#8220;B\u0127ala Bank ewlieni f&#8217;Malta\u00a0 n\u0127ossu li hija r\u2011responsabbilit\u00e0 tag\u0127na li nag\u0127tu lura lill\u2011komunit\u00e0 u b&#8217;dan il\u2011mod\u00a0inkunu ta&#8217; spalla mad\u2011Dar tal\u2011Providenza li tag\u0127mel xog\u0127ol imprezzabbli bil\u2011missjoni tag\u0127ha. Il\u2011Bank jibqa&#8217; impenjat li jkattar din is\u2011s\u0127ubija li torbot mal\u2011valuri tieg\u0127u, ewlenin fosthom l\u2011inklu\u017cjoni, u li jkompli jg\u0127in lill\u2011aktar membri vulnerabbli tas\u2011so\u010bjet\u00e0.&#8221;<\/p>\n<p>Pre\u017centi g\u0127all-ftu\u0127 uffi\u010bjali \u00a0kien hemm l-Onor. Julia Farrugia, Ministru g\u0127all\u2011Inklu\u017cjoni u l\u2011Volontarjat, l-Onor Dr Jo Etienne Abela, Ministru g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u Anzjanit\u00e0 Attiva, l\u2011Onor. David Agius, Deputat Speaker u Shadow Minister g\u0127all\u2011isports, l\u2011Onor. Graziella Galea, Shadow Minister g\u0127all\u2011Inklu\u017cjoni tas\u2011Settur tal\u2011Volontarjat , l-Onor. Rosianne Cutajar, is-Sur Kenneth Farrugia, CEO tal-Bank of Valletta, sponsor ewlieni tal-Maratona u s\u2011Sur Ernest Agius,\u00a0Chief Operations Officer tal\u2011Bank of Valletta, f\u2019isem il\u2011BOV Foundation.<\/p>\n<p>Il\u2011maratona se tkun imxandra fuq l\u2011istazzjonijiet ewlenin.<\/p>\n<p>Il\u2011\u0120img\u0127a, is\u2011Sibt u l\u2011\u0126add filg\u0127axija, bejn id\u20119 ta\u2019 filg\u0127axija u nofsillejl, se jkun hemm numru sabi\u0127 ta\u2019 kantanti u bands lokali li se jkunu qed idoqqu u jkantaw fuq il\u2011palk li ttella\u2019 apposta fil\u2011parke\u0121\u0121 tad\u2011Dar.\u00a0 Il\u2011\u0120img\u0127a se jdoqqu Zone 5, is\u2011Sibt Kantera u l\u2011\u0126add l\u2011iSpiteri Lucas Band.<\/p>\n<p>Il\u2011\u0126add filg\u0127odu waqt il\u2011maratona, l\u2011Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta se tkun qed ti\u010b\u010belebra l\u2011\u0120ublew tal\u2011Isportivi b\u2019fun run g\u0127al kul\u0127add li tibda fit\u20118:00am minn \u0127dejn il\u2011kappella ta\u2019 San Niklaw fis\u2011Si\u0121\u0121iewi u tispi\u010b\u010ba fil\u2011carpark tad\u2011Dar tal\u2011Providenza fejn kull min ikun \u0127a sehem se jing\u0127ata midalja komemorattiva u wara jkun mistieden g\u0127al quddiesa mmexxija mill\u2011Ar\u010bisqof Mons. Charles J. Scicluna fil\u2011kappella tad\u2011Dar fid\u20119:30am.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il\u2011pubbliku jista\u2019 jg\u0127in billi j\u010bempel fuq dawn in\u2011numri t\u2019hawn ta\u0127t, ju\u017ca l\u2011BOV Mobile jew il\u2011PayPal u Revolut jew jag\u0127ti donazzjoni online fuq wie\u0127ed minn dawn il\u2011kontijiet bankarji tad\u2011Dar.<\/p>\n<p>\u20ac15\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5170 2012<\/p>\n<p>\u20ac25\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5180 2013<\/p>\n<p>\u20ac50\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5190 2070<\/p>\n<p>\u20ac100 \u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 5130 2044<\/p>\n<p>Pledge Line: 2146 3686<\/p>\n<p>BOV Mobile: 7932 4834<\/p>\n<p>G\u0127al aktar informazzjoni dwar kif wie\u0127ed jista\u2019 jikkontribwixxi bid\u2011donazzjoni tieg\u0127u jista\u2019 j\u017cur is\u2011sit:\u00a0<a href=\"http:\/\/www.sabihlitaghti.org\">www.sabihlitaghti.org<\/a><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il\u2011\u0120img\u0127a 18 ta\u2019 Lulju 2025, l\u2011E\u010b\u010bellenza Tag\u0127ha Myriam Spiteri Debono, il\u2011President ta\u2019 Malta, inawgurat uffi\u010bjalment il\u201115\u2011il edizzjoni tal\u2011BOV Volleyball Marathon b\u2019risq id\u2011Dar tal\u2011Providenza. Erbg\u0127in player, mag\u0127\u017cula minn fost sebg\u0127in applikant,&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":18,"featured_media":24023,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-24022","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/24022","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/18"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=24022"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/24022\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":24026,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/24022\/revisions\/24026"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/24023"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=24022"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=24022"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=24022"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}