{"id":4445,"date":"2013-11-01T10:54:50","date_gmt":"2013-11-01T10:54:50","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/2013\/11\/01\/bijografija\/"},"modified":"2022-08-17T09:05:46","modified_gmt":"2022-08-17T08:05:46","slug":"bijografija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/bijografija\/","title":{"rendered":"Bijografija"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Monsinjur Mikiel Azzopardi twieled il-Belt Valletta, Malta fl-10 ta&#8217; Frar 1910 minn Toninu Azzopardi u Amalja nee&#8217; Galea. Huwa tg\u0127ammed tlett ijiem wara fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta&#8217; Porto Salvo, il-Belt Valletta. Mikiel ir\u010bieva l-Ewwel Tqarbina fl-et\u00e0 ta&#8217; sitt snin mill-Ar\u010bisqof Dom Mauro Caruana OSB fil-Kon Katidral ta&#8217; San \u0120wann u sena wara r\u010bieva l-Gri\u017cma tal-Isqof mill-Isqof Aw\u017ciljarju Monsinjur Angelo Portelli.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Huwa \u0127a l-edukazzjoni tieg\u0127u fl-iskola primarja tal-Gvern f&#8217;Sant Iiermu, il-Belt Valletta, fis-Seminarju ta&#8217; G\u0127awdex, fil-Liceo tal-Belt u fl-Universit\u00e0 Rjali ta&#8217; Malta fejn beda jsegwi l-kors tal-Li\u0121i.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-adoloxxenza tieg\u0127u, l-indefatikabbli Monsinjur Enrico Dandria kien stiednu biex jibda jattendi \u010b-\u010airkolu Giovent\u00f9 Kattolika. Il-personalit\u00e0 ta&#8217; Monsinjur Dandria \u017cgur li \u0127alliet marka kbira fuqu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Erba&#8217; snin wara li kien ilu jistudja l-Li\u0121i, g\u0127araf li l-Mulej kien qieg\u0127ed isejja\u0127lu biex isir sa\u010berdot, u g\u0127alhekk qatag\u0127ha li jitlaq mill-Universit\u00e0. Bil-barka tal-Ar\u010bisqof Caruana, huwa mar Ruma fejn \u0127a l-formazzjoni sa\u010berdotali tieg\u0127u fil-Kulle\u0121\u0121 Pontifi\u010bju Sko\u010b\u010bi\u017c u studja fl-Universit\u00e0 Pontifi\u010bja Gregorjana minn fejn iggradwa fit-Teolo\u0121ija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Monsinjur Azzopardi kien ordnat sa\u010berdot fit-22 ta&#8217; Di\u010bembru 1934, fl-et\u00e0 ta&#8217; 24 sena, mill-Ar\u010bisqof Dom Mauro Caruana OSB. Ftit wara l-ordinazzjoni tieg\u0127u l-Ar\u010bisqof \u0127atru b\u0127ala l-assistent personali tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-ewwel \u0127idma pastorali tieg\u0127u kienet dik ta&#8217; Prefett tal-Istudji fis-Seminarju tal-Ar\u010bisqof fil-Floriana. Wara sitt snin da\u0127al ja\u0127dem mal-Gvern b\u0127ala g\u0127alliem tar-Reli\u0121jon fil-Li\u010beo u wara n\u0127atar Direttur Spiritwali Distrettwali fl-iskejjel tal-Istat. Aktar tard in\u0127atar Spettur tal-Edukazzjoni Reli\u0121u\u017ca fl-iskejjel, kariga li baqa&#8217; j\u017comm g\u0127al \u0127afna snin. Sakemm dam f&#8217;din il-kariga, kien ukoll jg\u0127allem il-Kateketika fil-Kulle\u0121\u0121i g\u0127at-Ta\u0127ri\u0121 tal-G\u0127alliema f&#8217;Tal-Virt\u00f9 u f&#8217;Ta&#8217; Giorni, kif ukoll, kull nhar ta&#8217; \u0120img\u0127a kien jag\u0127mel l-ispjega tal-Van\u0121elu minn fuq ir-Rediffusion g\u0127at-tfal tal-iskejjel ta&#8217; Malta u G\u0127awdex.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-1940, sar Assistent Ekkle\u017cjastiku \u0120enerali tal-Azzjoni Kattolika u beda ja\u0127dem biex jorganizza u jxerred dan il-moviment ekkle\u017cjali tal-laj\u010bi fil-parro\u010b\u010bi kollha ta&#8217; Malta u G\u0127awdex. Wara l-Kungress li organizza f&#8217;\u0126al Qormi fl-1943, li huwa sejja\u0127 &#8216;il-Miraklu tal-Qawmien&#8217;, irnexxielu jag\u0127mel minn din l-g\u0127aqda, matul is-snin twal li dam ja\u0127dem fiha, forza qawwija ta&#8217; laj\u010bi m\u0127e\u0121\u0121a bi spirtu ta&#8217; appostolat, b&#8217;im\u0127abba kbira lejn Alla u lejn il-Knisja u bi spirtu ta&#8217; servizz g\u0127all-proxxmu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Monsinjur Azzopardi kien tabil\u0127aqq mexxej kari\u017cmatiku li mog\u0127ni b&#8217;kelma mimlija \u0127e\u0121\u0121a u entu\u017cjamu kien ikaxkar lil bosta mill-membri biex imiddu jdejhom g\u0127ax-xog\u0127ol u l-\u0127idma li kienet tafdalhom l-Azzjoni Kattolika. Mhux biss irnexxielu jwaqqaf \u010birkoli tal-Azzjoni Kattolika tal-ir\u0121iel, tan-nisa, tax-xebbiet, tal-\u0121uvintur u tat-tfal fil-parro\u010b\u010bi kollha, i\u017cda wkoll \u0127oloq tant inizjattivi \u0121odda favur l-emigranti, il-membri tal-istampa,g\u0127alliema, membri ta&#8217; professjonijiet differenti, studenti, il-morda u l-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fi \u0127dan l-Ar\u010bidjo\u010besi ta&#8217; Malta huwa waqqaf ukoll, fost o\u0127rajn, il-\u0120unta Djo\u010besana g\u0127all-G\u0127aqdiet Kattoli\u010bi u l-Kunsilli Parrokkjali.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dun Mikiel \u0121ie ma\u0127tur Membru Konventwali Ad Honorem fl-Ordni Sovran Militari ta&#8217; San \u0120wann u fil-21 ta&#8217; Jannar 1951 kien onorat bit-titlu ta&#8217; Cameriere Segreto di Sua Santit\u00e0 mill-Qdusija Tieg\u0127u il-Papa Piju XII. Fl-istess \u017cmien huwa \u0121ie wkoll ma\u0127tur Kanoniku Onorarju tal-Kapitlu Metropolitan. Fis-sena 1968, Monsinjur Azzopardi \u0121ie ppremjat bil-Midalja g\u0127all-Mertu mill-Konfederazzjoni tal-Kunsilli \u010aivi\u010bi ta&#8217; Malta. Fl-1 ta&#8217; \u0120unju 1981, Dun Mikiel in\u0127atar Prelat Onorarju mill-Papa \u0120wanni Pawlu II.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-\u0127idma pastorali tieg\u0127u skopra li diversi persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 f&#8217;Malta kienu qed jg\u0127ixu fi stat deplorabbli tant li kienu jin\u0127bew fil-kantini, f&#8217;ambjenti inumani g\u0127all-a\u0127\u0127ar, fejn kultant lanqas l-a\u0127wa tag\u0127hom stess ma kienu jkunu jafu bihom. Persuni o\u0127ra b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 kienu spiss ji\u0121u rredikolati fil-pubbliku jew mibg\u0127uta f&#8217;xi sptar mhux adattat g\u0127alihom. Dun Mikiel kien i\u0127oss ukoll li diversi familji ta&#8217; persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 kellhom b\u017conn ur\u0121enti li jsibu min joffrilhom solliev. Kien hawn li nibtet fih l-idea li jsib post li fih dawn il-persuni jsibu ambjent fejn jg\u0127ixu &#8211; ambjent li jixirqilhom u jirrispetta d-dinjit\u00e0 tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127aldaqstant, fit-12 ta&#8217; Settembru 1965, b&#8217;donazzjoni \u0121eneru\u017ca ta&#8217; Lm100 mog\u0127tija lilu minn mara li kienet faddlithom biex tmur fuq btala. Dan kien il-\u0121enesi tad-Dar tal-Providenza, l-ewwel Dar f&#8217;Malta li bdiet toffri servizzi residenzjali lill-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0. Sa llum d-Dar tal-Providenza g\u0127ada miraklu \u0127aj tal-Providenza Divina.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mons. Mikiel Azzopardi miet fit-13 ta&#8217; Mejju 1987 fl-et\u00e0 ta&#8217; 77 sena u ndifen fejn dejjem xtaq, fil-bit\u0127a tad-Dar tal-Providenza stess qalb il-persuni b&#8217;dizabilt\u00e0 li tant kien i\u0127obb. Il-Quddiesa tal-funeral tieg\u0127u saret fil-Kon-Katidral ta&#8217; San \u0120wann il-Belt Valletta fl-14 ta&#8217; Mejju 1987 u kienet immexxijja mill-Ar\u010bisqof \u0120u\u017ceppi Mercieca fil-pre\u017cenza tal-og\u0127la awtoritajiet tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mons. Mikiel Azzopardi flimkien ma&#8217; pijunieri o\u0127ra Maltin f&#8217;dan il-qasam \u0127adem \u0127afna biex jintg\u0127elbu l-ostakoli li kienu je\u017cistu fis-so\u010bjet\u00e0 Malijta u hekk jg\u0127inu lill-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 jakkwistaw ir-rispett u d-dinjit\u00e0 mist\u0127oqqa u hekk huma jkollhom opportunitajiet indaqs fi \u0127dan il-komunit\u00e0 tag\u0127hom.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Monsinjur Mikiel Azzopardi twieled il-Belt Valletta, Malta fl-10 ta&#8217; Frar 1910 minn Toninu Azzopardi u Amalja nee&#8217; Galea. Huwa tg\u0127ammed tlett ijiem wara fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta&#8217; Porto Salvo, il-Belt&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":15639,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[27],"tags":[],"class_list":["post-4445","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-uncategorized-mt"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4445","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4445"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4445\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/15639"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4445"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4445"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4445"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}