{"id":4451,"date":"2013-11-01T12:43:14","date_gmt":"2013-11-01T12:43:14","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/2013\/11\/01\/il-habib-ta-kulhadd\/"},"modified":"2013-11-01T12:43:14","modified_gmt":"2013-11-01T12:43:14","slug":"il-habib-ta-kulhadd","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/il-habib-ta-kulhadd\/","title":{"rendered":"Il-\u0126abib ta&#8217; Kul\u0127add"},"content":{"rendered":"<p><span style=\"line-height: 1.6;\">Meta d-Direttur tad-Dar tal-Providenza Dun Martin Micallef talabni nipprepara artiklu dwar \u017cijuhi llum mejjet, Mons. Mikiel Azzopardi, jiena a\u010b\u010bettajt mill-ewwel. Ir-residenza tieg\u0127u fil-Floriana fit-tfuliti u f&#8217;\u017cg\u0127o\u017citi g\u0127alija kienet it-tieni dar tieg\u0127i. Dejjem \u0127assejtni milqug\u0127 f&#8217;kull \u0127in kemm jien kif ukoll \u0127uti l-bniet. Iz-ziju kien joqg\u0127od hemm m&#8217;ommu, \u0127uh u o\u0127tu. O\u0127tu o\u0127ra kienet soru Dumnikana li qattg\u0127et \u0127afna snin tg\u0127ix f&#8217;kunvent f&#8217;Ruma u aktar tard irritornat Malta u kompliet il-vokazzjoni tag\u0127ha f&#8217;Casa San Pietro, \u0126al Lija.<\/span><\/p>\n<p>Dun Mikiel, kif kien mag\u0127ruf minn kul\u0127add, kien jo\u0127ro\u0121 mill-kamra tieg\u0127u hekk kif kien jismag\u0127na de\u0127lin fer\u0127anin id-dar tieg\u0127u. Niftakru wieqaf twil \u0127dejja u jiena stajt nikkalkula kemm kont twil mqabbel ma&#8217; qaddu. Ta&#8217; tifel li kont, kont ng\u0127addi sig\u0127at twal fil-kamra tieg\u0127u ng\u0127inu.<\/p>\n<p>Fl-Universit\u00e0, Dun Mikiel studja l-Li\u0121i. Hu kellu \u0127sieb li jsir avukat. Imma l-vokazzjoni reli\u0121ju\u017ca tieg\u0127u \u0127aditu triq o\u0127ra u biddel il-kors g\u0127al dak tas-sa\u010berdozju. Hu kien \u0127abib tal-qalb ta&#8217; Sir Anthony Mamo li, waqt li kien qed jistudja biex isir qassis, biddel il-kors u beda jistudja l-li\u0121i.<\/p>\n<p>Meta spi\u010b\u010bajt l-iskola primarja jien xtaqt \u0127afna li nid\u0127ol il-Kulle\u0121\u0121 ta&#8217; San Alwi\u0121i f&#8217;B&#8217;Kara. Dan wassalni biex nie\u0127u de\u010bi\u017cjoni importanti fil-\u0127ajja edukattiva tieg\u0127i. Hekk kif spi\u010b\u010bajt l-edukazzjoni sekondarja jiena kont de\u010bi\u017c: ridt insir avukat biex nil\u0127aq dak li zijuwi xtaq isir. Naturalment, Dun Mikiel kien fer\u0127an bid-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127i li jiena nistudja l-li\u0121i.<\/p>\n<p>Meta bdejt nattendi l-Junior College, fil-Belt Valletta, kont immur id-dar tag\u0127hom tista&#8217; tg\u0127id kuljum f&#8217;nofsinhar. Hemmhekk kont niekol regolarment ma&#8217; zijuwi. Hu kien jiekol bil-qies, g\u0127all-kuntrarju ta\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 neputih li kien ikun bil-qieg\u0127da \u0127dejh. F&#8217;dak i\u017c-\u017cmien id-djar residenzjali g\u0127all-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 fis-Si\u0121\u0121iewi kienu g\u0127adhom qed jinbnew. Dun Mikiel, tista&#8217; tg\u0127id kuljum, kien jattendi okka\u017cjonijiet so\u010bjali biex ikun ippre\u017centat b&#8217;donazzjoniet. Kont verament nippressjona ru\u0127i narah jo\u0127ro\u0121 envelopp wie\u0127ed wara l-ie\u0127or mill-bwiet ta&#8217; \u0121ewwa u ta&#8217; barra tal-\u0121lekk tieg\u0127u li kien ikun fihom somom ta&#8217; flus kbar u \u017cg\u0127ar li n-nies ta&#8217; kull klassi kienu jag\u0127tuh g\u0127al dan il-pro\u0121ett. &#8216;Il-Providenza Divina ta\u0127dem!&#8217; kien jg\u0127idilna Dun Mikiel.<\/p>\n<p>Xi kultant konna niltaqg\u0127u mas-sinjorina li tilfet il-vaganza tag\u0127ha barra minn Malta biex tag\u0127ti donazzjoni ta&#8217; Lm100. Kienet l-ewwel donazzjoni. Zijuwi beda jibni d-Dar tal-Providenza b&#8217;din l-Lm100. Hu kellu fidi profonda fil-Providenza Divina. Nimma\u0121ina li kull \u0121ebla tad-Dar tal-Providenza jo\u0127ro\u0121 minnha s-sa\u0121rifi\u010b\u010bji tan-nies. Hu kien ji\u0121bor somom kbar meta kien jag\u0127mel \u017cjajjar barra minn Malta. Hu fera\u0127 \u0127afna meta l-Komunit\u00e0 Kattolika tal-belt \u0120ermani\u017ca ta&#8217; Essen tatu l-ewwel vann g\u0127ad-djar residenzjali.<\/p>\n<p>Meta rtira mix-xog\u0127ol kemm missieri Vincent illum mejjet kif ukoll \u0127uhom, Carmelo, illum mejjet ukoll, kienu jmorru regolarment id-Dar tal-Providenza biex jassisstuh. Huma kienu jag\u0127mlu xog\u0127ol amministrattiv li kien iqabbadhom.<\/p>\n<p>Meta Villa Monsinjur Gonzi kienet lesta, aktarx li sabha diffi\u010bli mhux \u0127a\u017cin biex jipperswadi lil \u010berti \u0121enituri, li kienu mdorrija j\u017commu lil uliedhom b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 mo\u0127bija &#8216;l bog\u0127od minn g\u0127ajnejn in-nies b&#8217;postijiet segregati, biex huma jag\u0127tu lit-tifel jew tifla tag\u0127hom biex imorru joqog\u0127du f&#8217;din id-dar residenzjali \u0121dida. Hawn hu fejn hu kien je\u010b\u010bella. Hu \u0121ab id-dinjit\u00e0 lil dawn il-kreaturi prezzju\u017ci t&#8217;Alla, li skont il-lingwa\u0121\u0121 li kien jintu\u017ca dak i\u017c-\u017cmien, hu kien issej\u0127ilhom &#8216;an\u0121li \u017cg\u0127ar&#8217;, u hekk jassigura li s-so\u010bjet\u00e0 Maltija tqis lil dawn il-persuni b\u0127ala komponent sinifikanti u ta&#8217; valur g\u0127al din is-so\u010bjet\u00e0. Hu kien qed japplika l-prin\u010bipju tad-Diversit\u00e0 \u0127afna qabel kien mag\u0127ruf b\u0127ala tali. Hu kien qed jag\u0127mel kru\u010bjata silenzju\u017ca favur id-Drittijiet Umani tal-Persuni b&#8217;Di\u017cabilit\u00e0 \u0127afna qabel xi Gvern jew xi organizzazzjoni mhux governattiva twaqqfet biex ti\u0121\u0121ieled favur id-drittijiet umani tag\u0127hom. Xi \u0127in matul dan il-vja\u0121\u0121 biex jassigura g\u0127ajxien dinjitu\u017c u de\u010benti g\u0127al dawn il-persuni, hu wera x-xewqa li l-kliem &#8216;Dun Mikiel Azzopardi &#8211; Il-\u0126abib tat-Tfal u tal-Morda&#8217; tinkiteb fuq il-qabar tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Xi snin wara l-mewt tieg\u0127u, marti Isabelle u jiena nzertajna qeg\u0127din Lucern, l-I\u017cvizzera u l-\u0127sieb li l-mibki zijuwi vvja\u0121\u0121a u qag\u0127ad f&#8217;dan il-post beda l-\u0127in kollu \u0121ej f&#8217;mo\u0127\u0127i. G\u0127idt lil marti dwar dan diversi drabi, imma ma stajniex niftakru l-post e\u017catt li hu kien isemmi. Kumbinazzjoni konna fi\u010b-\u010aentru ta&#8217; Lucern aktar tard dik il-\u0121urnata. F&#8217;daqqa wa\u0127da soru \u0121iet fuqna u qaltilna li semg\u0127etna nitkellmu bil-Malti. Qaltilna ukoll li hi Maltija u fer\u0127et li ltag\u0127qet mag\u0127na. Waqt li konna qed nitkellmu semmejtilha li l-mibki zijuwi kien Dun Mikiel, li kien \u017car Lucern diversi drabi. Hi qab\u017cet u qalet: &#8216;Dun Mikiel kien joqg\u0127od fil-kunvent tag\u0127na f&#8217;Einsiedeln!&#8217; Dan il-kliem \u0127alliena bla kliem!<\/p>\n<p>Zijuwi kien jemmen li l-mirakli kienu jsiru regolarment f&#8217;Dar tal-Providenza. F&#8217;okka\u017cjoni partikulari, hu ma kellux flus biex i\u0127allas is-salarji tal-impjegati. Dakinhar stess, hu r\u010bieva s-somma ta&#8217; Lm12,000 \u2013 is-somma e\u017catta li kellu b\u017conn biex i\u0127allas il-pa\u0121i.<\/p>\n<p>Fl-img\u0127oddi l-iskarsezza tal-\u0127axix ma kinetx xi \u0127a\u0121a rari. Madanakollu t-tfal u aktar tard l-adulti tad-Dar tal-Providenza qatt ma t\u0127allew neqsin. Dun Mikiel kien jg\u0127idilna li meta kien ikun hemm xi skarezza ta&#8217; ikel partikulari, il-Providenza Divina tibda &#8216;ta\u0127dem&#8217; mill-\u0121did. Bdiewa mill-vi\u010bin u mill-bog\u0127od kienu jag\u0127tu l-a\u0127jar prodotti tag\u0127hom lid-Dar.<\/p>\n<p>Kellu \u0127ila spe\u010bjali kif i\u0121ib ru\u0127u mal-persuni li jg\u0127ixu fid-Dar. \u0126afna nies huma xiehda tal-affezzjoni u l-attitudni po\u017cittiva li hu kellu lejn kull wie\u0127ed u wa\u0127da minnhom. Fil-fatt huma kienu jsej\u0127ulu &#8216;papa&#8217;. Il-mibki Dott. Jimmy Farrugia, li kien l-ewwel tabib tad-djar residenzjali, kien \u0127abib intimu ta&#8217; Dun Mikiel.<\/p>\n<p>Il-ktieb miktub minn Patri Alexander Bonnici OFM Conv fih narrativa sabi\u0127a tal-\u0127ajja ta&#8217; Dun Mikiel, li hi \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-\u0127ajja tad-Dar tal-Providenza. It-tnejn huma marbutin ma&#8217; xulxin. Hu ddedika \u0127afna minn \u0127ajtu g\u0127al din il-kaw\u017ca monumentali.<\/p>\n<p>X&#8217;u\u0127ud jiftakruh b\u0127ala d-Direttur Spiritwali fl-iskejjel tal-Gvern. O\u0127rajn jiftakruh fil-Moviment tal-Azzjoni Kattolika waqt li o\u0127rajn jiftakruh ixandar &#8216;Is-Sieg\u0127a tal-Morda&#8217;. Il-kliem tieg\u0127u kienu balzmu li jserra\u0127 lill-persuni morda. Il-programm tieg\u0127u &#8216;E\u017cer\u010bizzi Spiritwali g\u0127all-Morda&#8217; kien programm ie\u0127or popolari \u0127afna f&#8217;dak i\u017c-\u017cmien. Il-programm tieg\u0127u aktar ri\u010benti &#8216;Ftit Tog\u0127ma Tajba&#8217; wasal g\u0127and firxa aktar wiesg\u0127a ta&#8217; nies minn kull strada tas-so\u010bjet\u00e0. Hekk, is-slogan li Dun Mikiel kien &#8216;Il-\u0126abib ta&#8217; Kul\u0127add&#8217; verament kien jixraqlu.<\/p>\n<p>L-ewwel \u0127jiel tal-possibilit\u00e0 li jinfeta\u0127 il-pro\u010bess g\u0127all-kanonizzazzjoni ta&#8217; Dun Mikiel wasal propju mill-fomm tal-Ar\u010bisqof tag\u0127na fis-26 ta&#8217; Jannar 2010.<\/p>\n<p>Darba, persuna fet\u0127et qalbha mieg\u0127i u qatli li hi kienet qed titlef kull tama fil-\u0127ajja. Dun Mikiel urieha ra\u0121el i\u017comm ma&#8217; par krozzi u qalilha: &#8216;Ara dak ir-ra\u0121el. Dak hu lezzjoni g\u0127alik. Ara kemm jimxi jg\u0127a\u0121\u0121el i\u017comm ma&#8217; dawk i\u017c-\u017cew\u0121 krozzi. G\u0127alik i\u017c-\u017cew\u0121 krozzi tieg\u0127ek g\u0127andhom ikunu it-tama f&#8217;Alla u l-kura\u0121\u0121 f&#8217;qalbek.&#8217; G\u0127ad irrid nifhmu verament il-profondit\u00e0 tas-servizz ta&#8217; Dun Mikiel lejn Alla u l-im\u0127abba tieg\u0127u lejn il-poplu kollu.<\/p>\n<p>Hu kien i\u0127obb \u0127afna lill-Madonna. Hu semmieha kemm-il darba fuq is-sodda tal-mewt tieg\u0127u. Il-mara tieg\u0127i u jiena \u017cornieh kemm-il darba f&#8217;dak il-perjodu u ommi baqg\u0127et mieg\u0127u tassisstih sal-a\u0127\u0127ar flimkien mas-sorijiet. G\u0127alkemm mu\u0121ug\u0127 \u0127afna, hu kien i\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex nitolbu lil Ommna Marija billi ng\u0127idu r-Ru\u017carju Mqaddes mieg\u0127u.<\/p>\n<p>Dun Mikiel darba ddeskrivilna l-&#8216;miraklu&#8217; li kien \u0121ara fit-13 ta&#8217; Mejju 1941 meta bomba laqtet it-Tabernaklu li kien hemm fil-kapella tal-iskola Primarja ta&#8217; \u0126al Qormi. Dakinhar kul\u0127add salva minkejja li l-post kien mimli nies. Il-post \u0121ie evakwat meta daqqet il-qanpiena. Imma \u0127add ma kien jaf minn daqq il-qanpiena. Hu kiteb dwar dan fil-Le\u0127en is-Sewwa. L-aktar li immpressjonatni fin-narrazzjoni ta&#8217; zijuwi ta&#8217; dan l-avveniment li ma jintesew qatt tat-13 ta&#8217; Mejju 1941, hi d-deskrizzjoni \u0127ajja tal-Ostji Sagri mxerrda qalb it-trab u tifrik li kien hemm. Hu qal li d-dehra tal-kappella f&#8217;dak l-istat delapitat u l-Ewkaristija Mqaddsa mxerrda qalb it-trab u t-tifrik \u0121eg\u0127litu jibki. Dun Mikiel spiss kien jg\u0127idli li l-&#8216;unika&#8217; vittma ta&#8217; dak il-bombardament kien \u0120es\u03cd fit-Tabernaklu. \u0120es\u03cd verament kien pre\u017centi fil-Ewkaristija Mqaddsa. Hu dderie\u0121a l-bomba lejh biex isalva lill-o\u0127rajn. \u0126add ma seta&#8217; jifhem kif bomba li waqg\u0127et dritt fuq dak il-bini ma \u0127alliet l-ebda mwiet, waqt li mijiet ta&#8217; Ostji Kkonsagrati nxterrdu u tfarrku fit-tifrik. Dan l-episodju f&#8217;\u0127ajtu jiddiskrivih fl-artiklu &#8220;A miracle, a witness and an act of faith&#8221; li kien ippubblikat f'&#8221;The Sunday Times&#8221; tal-20 ta&#8217; Mejju 2001.<\/p>\n<p>Jiena nibqa&#8217; niftakar lil zijuwi g\u0127all-im\u0127abba kbira li kellu g\u0127al kull persuna imma l-aktar g\u0127all-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0. Id-Dar tal-Providenza hi monument \u0127aj tal-im\u0127abba tieg\u0127u. Hu miet fit-13 ta&#8217; Mejju 1987, l-anniversarju tal-ewwel dehra tal-Madonna ta&#8217; Fatima u wkoll l-anniversarju tal-miraklu li \u0121ara f&#8217;\u0126al Qormi. Jiena qrajt l-Epistola fil-Quddiesa tal-funeral tieg\u0127u u dakinhar bqajt impressjonat bl-im\u0127abba li n-nies urew lejh. Dan kien biss il-bidu.<\/p>\n<p>DR. TONIO AZZOPARDI LL.D.<br \/>(Dr Tonio Azzopardi hu n-neputi ta&#8217; Mons. Azzopardi)<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta d-Direttur tad-Dar tal-Providenza Dun Martin Micallef talabni nipprepara artiklu dwar \u017cijuhi llum mejjet, Mons. Mikiel Azzopardi, jiena a\u010b\u010bettajt mill-ewwel. Ir-residenza tieg\u0127u fil-Floriana fit-tfuliti u f&#8217;\u017cg\u0127o\u017citi g\u0127alija kienet it-tieni dar&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4449,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[27],"tags":[],"class_list":["post-4451","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-uncategorized-mt"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4451","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4451"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4451\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4449"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4451"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4451"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4451"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}