{"id":6267,"date":"2017-10-26T15:48:18","date_gmt":"2017-10-26T15:48:18","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/2017\/10\/26\/diskors-tal-papa-frangisku-lill-partecipanti-tal-konferenza-internazzjonali-dwar-il-katekezi-u-l-persuni-b-dizabilita-fil-hajja-tal-knisja-organizzata-mill-kunsill-pontificju-ghall-promozzjoni-tal-eva\/"},"modified":"2017-11-13T20:55:30","modified_gmt":"2017-11-13T20:55:30","slug":"diskors-tal-papa-frangisku-lill-partecipanti-tal-konferenza-internazzjonali-dwar-il-katekezi-u-l-persuni-b-dizabilita-fil-hajja-tal-knisja-organizzata-mill-kunsill-pontificju-ghall-promozzjoni-tal-eva","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/diskors-tal-papa-frangisku-lill-partecipanti-tal-konferenza-internazzjonali-dwar-il-katekezi-u-l-persuni-b-dizabilita-fil-hajja-tal-knisja-organizzata-mill-kunsill-pontificju-ghall-promozzjoni-tal-eva\/","title":{"rendered":"Diskors tal-Papa Fran\u0121isku lill-parte\u010bipanti tal-Konferenza dwar il-Kateke\u017ci u l-Persuni b&#8217;Di\u017cabilit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p>Diskors tal-Papa Fran\u0121isku lill-parte\u010bipanti tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Kateke\u017ci u l-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0 fil-\u0127ajja tal-Knisja organizzata mill-Kunsill Pontifi\u010bju g\u0127all-Promozzjoni tal-evan\u0121elizzazzjoni \u0121dida fl-okka\u017cjoni ta\u2019 g\u0127eluq il-25 sena mill-pubblikazzjoni tal-Kateki\u017cmu tal-Knisja Kattolika.<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>G\u0127e\u017cie\u017c \u0127uti,<\/p>\n<p>Nie\u0127u gost niltaqa\u2019 mag\u0127kom, l-aktar g\u0127ax f\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar jiem iddiskutejtu tema ta\u2019 importanza kbira g\u0127all-\u0127ajja tal-Knisja fil-\u0127idma tag\u0127ha ta\u2019 evan\u0121elizzazzjoni u formazzjoni Nisranija: Kateke\u017ci u Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0. Nirringrazzja lill-E.T. Mons Fisichella g\u0127all-introduzzjoni tieg\u0127u, lid-dikasteru li huwa jmexxi g\u0127as-servizz li jag\u0127ti, u lilkom ilkoll li ta\u0127dmu f\u2019dan il-qasam.<\/p>\n<p>A\u0127na nafu dwar l-i\u017cvilupp kbir li sar f\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar g\u0127exieren ta\u2019 snin f\u2019dak kollu li g\u0127andu x\u2019jaqsam mad-di\u017cabilit\u00e0. I\u017c-\u017cieda fl-g\u0127arfien tad-dinjit\u00e0 ta\u2019 kull persuna, spe\u010bjalment ta\u2019 persuni l-aktar dg\u0127ajfa, wasslet g\u0127at-te\u0127id ta\u2019 po\u017cizzjonijiet kura\u0121\u0121u\u017ci g\u0127all-inklu\u017cjoni ta\u2019 dawk li jg\u0127ixu b\u2019diversi forom ta\u2019 di\u017cabilit\u00e0, biex \u0127add ma jkollu g\u0127alfejn i\u0127ossu barrani f\u2019daru stess. Madankollu, fuq livell kulturali, g\u0127adhom je\u017cistu espressjonijiet li jwe\u0121\u0121g\u0127u d-dinjit\u00e0 ta\u2019 dawn il-persuni min\u0127abba l-prevalenza ta\u2019 kun\u010betti foloz tal-\u0127ajja.<\/p>\n<p>Vi\u017cjoni, li hija bosta drabi nar\u010bisistika u utilitarja, sfortunatament twassal biex \u0127afna jimmar\u0121inalizzaw il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0, ming\u0127ajr ma jaraw fihom il-\u0121id uman ta\u0127t diversi forom kif ukoll il-\u0121id spiritwali. Attitudni li ti\u010b\u0127ad din is-sitwazzjoni, b\u0127allikieku hi tostakula l-fer\u0127 u r-realizzazzjoni tal-persuna, g\u0127adha qawwija \u0127afna fil-mentalit\u00e0 ta\u2019 kul\u0127add. Dan jidher \u010bar mit-tendenza ew\u0121enika li jinqerdu trabi mhux imwielda meta jidher li se jkun hemm xi forma ta\u2019 di\u017cabilit\u00e0. Fir-realt\u00e0, a\u0127na lkoll nafu \u0127afna nies li bil-fra\u0121ilit\u00e0 tag\u0127hom, ukoll f\u2019ka\u017ci serji, irnexxielhom jg\u0127ixu \u0127ajja mimlija skop, avolja b\u2019xi tbatija. L-istess, b\u0127alma min-na\u0127a l-o\u0127ra, nafu b\u2019nies li jidhru perfetti imma fl-istess \u0127in jinsabu ddisprati! Barra minn hekk, huwa \u017cball qarrieqi u perikolu\u017c li na\u0127sbu li a\u0127na m\u2019a\u0127niex vulnerabbli. B\u0127alma qaltli tifla li ltqajt mag\u0127ha fil-vja\u0121\u0121 li g\u0127amilt dan l-a\u0127\u0127ar fil-Kolumbja: li l-vulnerabilt\u00e0 hija parti mill-essenza tal-bniedem.<\/p>\n<p>It-twe\u0121iba hija l-im\u0127abba: mhux dik falza, sentimentali \u017c\u017cejjed u li tqanqal \u0127niena, imma dik vera, soda u mibnija fuq ir-rispett. Tant li fiha a\u0127na n\u0127ossuna milqug\u0127in u ma\u0127bubin, inklu\u017ci fil-komunit\u00e0 u meg\u0127juna biex in\u0127arsu lejn il-\u0121ejjieni b\u2019fidu\u010bja li twassal g\u0127all-i\u017cvilupp veru tal-\u0127ajja u nesperjenzaw fer\u0127 dejjiemi. Dan nafuh, hu validu g\u0127al kul\u0127add, imma l-aktar element fra\u0121li hija l-prova.<\/p>\n<p>Il-fidi hija sie\u0127ba kbira fil-\u0127ajja meta t\u0127allina mmissu b\u2019idejna l-pre\u017cenza tal-Missier li qatt ma jabbanduna l-kreaturi tieg\u0127u fl-ebda kundizzjoni ta\u2019 \u0127ajjithom. Il-Knisja ma tistax tkun bla vu\u010bi jew truxa fid-difi\u017ca u t-tis\u0127i\u0127 tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0. Il-Knisja trid tkun qrib il-familji, biex tg\u0127inhom jeg\u0127lbu s-solitudni li bosta drabi jing\u0127alqu fiha min\u0127abba nuqqas ta\u2019 attenzjoni u appo\u0121\u0121. Din hi aktar u aktar valida fir-responsabilt\u00e0 li g\u0127andha fil-\u0127olqien u l-formazzjoni tal-\u0127ajja Nisranija. Ma nistg\u0127ux in\u0127allu li fil-komunitajiet tag\u0127na jkun hemm nuqqas ta\u2019 komunikazzjoni bil-kelma u, fuq kollox, bil-\u0121esti biex niltaqg\u0127u ma\u2019 u n\u0127addnu persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0. B\u2019mod partikulari je\u0127tie\u0121 li l-litur\u0121ija tal-\u0126add tkun inklu\u017civa, biex b\u2019hekk il-laqg\u0127a ma\u2019 Kristu Rxoxt u mal-istess komunit\u00e0 tkun tista\u2019 tkun g\u0127ajn ta\u2019 tama u kura\u0121\u0121 f\u2019\u0127ajja li mhix dejjem daqstant fa\u010bli.<\/p>\n<p>Il-Kateke\u017ci, b\u2019mod spe\u010bjali, hija msej\u0127a biex tiskopri u tesperimenta b\u2019forom li jag\u0127mlu sens biex kull persuna, bid-doni tag\u0127ha, bil-limitazzjonijiet u d-di\u017cabilitajiet anke serji tag\u0127ha, tiltaqa\u2019 mal-Mulej u b\u2019fidi ter\u0127i ru\u0127ha f\u2019idejh. L-ebda limitazzjoni fi\u017cika jew mentali m\u2019g\u0127andha tkun ostaklu g\u0127al din il-laqg\u0127a, g\u0127ax il-wi\u010b\u010b ta\u2019 Kristu jixg\u0127el fl-intimit\u00e0 ta\u2019 kull persuna.<\/p>\n<p>Barra minn hekk, noqog\u0127du attenti, spe\u010bjalment a\u0127na, il-ministri tal-grazzja ta\u2019 Kristu, li ma naqg\u0127ux fin-nassa tal-ere\u017ciji neo-Pela\u0121jani li ma nag\u0127rfux il-qawwa tal-grazzja li ti\u0121i mis-Sagramenti tal-inizjazzjoni Nisranija. Ejjew nitg\u0127allmu neg\u0127lbu l-iskumdit\u00e0 u l-bi\u017ca\u2019 li kultant jin\u0127assu fejn jid\u0127lu persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0. Ejjew nitg\u0127allmu nfittxu u anke no\u0127olqu, b\u2019intelli\u0121enza, g\u0127odda xierqa biex \u0127add ma jkun nieqes mill-appo\u0121\u0121 tal-grazzja. Ejjew in\u0127arr\u0121u \u2013 l-ewwel nett bl-e\u017cempju! \u2013 katekisti li huma kapa\u010bi li jakkumpanjaw dawn il-persuni biex ikunu jistg\u0127u jikbru fil-fidi u jag\u0127tu kontribut \u0121enwin u ori\u0121inali lill-\u0127ajja tal-Knisja. Fl-a\u0127\u0127ar nett, nittama li fil-komunitajiet, persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 jkunu jistg\u0127u huma wkoll ikunu katekisti, anke bix-xhieda tag\u0127hom, biex ixerrdu l-fidi b\u2019mod aktar effettiv.<\/p>\n<p>Nirringrazzjakom g\u0127all-\u0127idma tag\u0127kom f\u2019dawn il-\u0121ranet u g\u0127as-servizz li tag\u0127tu fi \u0127dan il-Knisja. Jalla l-Madonna tkun mag\u0127kom. Inberikkom b\u2019qalbi kollha u nitlobkom, jekk jog\u0127\u0121obkom, biex ma tinsewx titolbu g\u0127alija. Grazzi.<\/p>\n<p>Papa Fran\u0121isku<\/p>\n<p>Sala Klementina \u2013 Il-Vatikan<\/p>\n<p>Is-Sibt 21 ta\u2019 Ottubru 2017<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Diskors tal-Papa Fran\u0121isku lill-parte\u010bipanti tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Kateke\u017ci u l-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0 fil-\u0127ajja tal-Knisja organizzata mill-Kunsill Pontifi\u010bju g\u0127all-Promozzjoni tal-evan\u0121elizzazzjoni \u0121dida fl-okka\u017cjoni ta\u2019 g\u0127eluq il-25 sena mill-pubblikazzjoni tal-Kateki\u017cmu tal-Knisja Kattolika.<\/p>\n","protected":false},"author":15,"featured_media":6265,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-6267","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6267","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/15"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6267"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6267\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6265"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6267"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6267"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6267"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}