{"id":7163,"date":"2017-10-25T11:05:28","date_gmt":"2017-10-25T10:05:28","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org?p=7163"},"modified":"2017-11-23T11:11:17","modified_gmt":"2017-11-23T10:11:17","slug":"delegazzjoni-maltija-fkonferenza-tal-vatikan-dwar-il-katekezi-tal-persuni-bdizabilita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/delegazzjoni-maltija-fkonferenza-tal-vatikan-dwar-il-katekezi-tal-persuni-bdizabilita\/","title":{"rendered":"Delegazzjoni Maltija f\u2019Konferenza tal-Vatikan dwar il-Kateke\u017ci tal-Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0."},"content":{"rendered":"<p>Delegazzjoni Maltija immexxijja minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza \u0127adet sehem f&#8217;konferenza Internazzjonali dwar il-Kateke\u017ci u l-Persuni b&#8217;Di\u017cabilit\u00e0 fil-\u0127ajja tal-Knisja. Il-konferenza saret bejn il-\u0120img\u0127a 20 u l-\u0126add 22 ta&#8217; Ottubru 2017 fl-Universit\u00e0 Pontifi\u010bja Urbanjana u kienet organizzata mill-Kunsill Pontifi\u010bju g\u0127all-Promozzjoni tal-Evan\u0121eli\u017c\u017cazzjoni \u0121dida fl-okka\u017cjoni ta&#8217; g\u0127eluq il-25 sena mill-pubblikazzjoni tal-Kateki\u017cmu tal-Knisja Kattolika.<\/p>\n<p>Il-Konferenza nfet\u0127et mill-President tal-Kunsill Pontifi\u010bju g\u0127all-Promozzjoni tal-Evan\u0121eli\u017c\u017cazzjoni \u0120dida, l-Ar\u010bisqof Rino Fisichella li ukoll i\u010b\u010belebra quddiesa g\u0127all-parte\u010bipanti kollha fil-Ba\u017cilika ta&#8217; San Pietru fi tmien din il-konferenza. Bosta mill-kelliema kienu jew persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 jew familjari ta&#8217; persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0. Huma qasmu l-esperjenzi tag\u0127hom dwar dak li qed jag\u0127mlu huma jew dak li qed isir fid-djo\u010besijiet rispettivi tag\u0127hom biex il-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 jkollhom a\u010b\u010bess indaqs li jikbru fil-\u0127ajja tal-fidi.<\/p>\n<p>Is-Sibt filg\u0127odu l-parti\u010bipanti kellhom ukoll l-opportunit\u00e0 li jiltaqg\u0127u mal-Papa Fran\u0121isku fis-Sala Clementina fil-Palazz Appostoliku fil-Vatikan. Fid-diskors tieg\u0127u, il-Papa Fran\u0121isku sa\u0127aq fost o\u0127rajn li: &#8220;g\u0127alkemm illum hawn \u017cieda fl-g\u0127arfien tad-dinjit\u00e0 ta&#8217; kull persuna, madankollu, fuq livell kulturali, g\u0127adhom je\u017cistu espressjonijiet li jwe\u0121\u0121g\u0127u id-dinjit\u00e0 ta&#8217; dawn il-persuni min\u0127abba l-prevalenza ta&#8217; kun\u010betti foloz tal-\u0127ajja.&#8221; Il-Papa spjega li: &#8220;vi\u017cjoni, li hija bosta drabi vanitu\u017ca u utilitarja, sfortunatament twassal lil bosta biex jimmar\u0121inalizzaw il-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0, ming\u0127ajr ma jaraw fihom il-\u0121id uman f&#8217;diversi forom kif ukoll il-\u0121id spiritwali.&#8221; Hu kompla jg\u0127id li: &#8220;atitudni li ti\u010b\u0127ad li din is-sitwazzjoni te\u017cisti, b\u0127allikieku jridu jevitaw il-fer\u0127 u r-realizzazzjoni tal-persuna, g\u0127adha qawwija \u0127afna fil-mentalit\u00e0 ta&#8217; kul\u0127add. Din to\u0127ro\u0121 \u010bara mit-tendenza li te\u017cisti ta&#8217; soppressjoni ta&#8217; trabi mhux imwielda meta jidher li se jkun hemm xi forma ta&#8217; di\u017cabilit\u00e0. Fir-realt\u00e0, a\u0127na lkoll nafu \u0127afna nies li bil-fra\u0121ilit\u00e0 tag\u0127hom, ukoll f&#8217;ka\u017ci serji, irnexxielhom jg\u0127ixu \u0127ajja mimlija skop, avolja b&#8217;xi tbatija.&#8221;<\/p>\n<p>Dwar il-Kateke\u017ci, il-Papa qal li &#8220;l-Knisja, hija msejj\u0127a b&#8217;mod spe\u010bjali biex tiskopri u tesperimenta b&#8217;forom li jag\u0127mlu sens biex kull persuna, bid-doni tag\u0127ha, bil-limitazzjonijiet u di\u017cabilitajiet anke severi tag\u0127ha, tiltaqa&#8217; mal-Mulej u tintelaq fih bil-fidi.&#8221; Hu kompla jsostni li &#8220;l-ebda limitazzjoni fi\u017cika jew mentali m&#8217;g\u0127andha tkun ostaklu g\u0127al din il-laqg\u0127a, g\u0127ax il-wi\u010b\u010b ta&#8217; Kristu jixg\u0127el fl-intimit\u00e0 ta&#8217; kull persuna.&#8221; Il-Papa \u0127e\u0121\u0121e\u0121 biex &#8220;nitg\u0127allmu neg\u0127lbu l-iskumdit\u00e0 u l-bi\u017ca&#8217; li kultant jin\u0127assu fejn jid\u0127lu l-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 kif ukoll li nitg\u0127allmu nfittxu u anke no\u0127olqu, b&#8217;intelli\u0121enza, g\u0127odda xierqa biex \u0127add ma jkun nieqes mill-appo\u0121\u0121 tal-grazzja.&#8221; Huwa \u0127e\u0121\u0121e\u0121 biex &#8220;niffurmaw \u2013 l-ewwelnett bl-e\u017cempju! \u2013 katekisti li huma kapa\u010bi li jakkumpanjaw dawn il-persuni biex ikunu jistg\u0127u jikbru fil-fidi u jag\u0127tu kontribut \u0121enwin u ori\u0121inali lill-\u0127ajja tal-Knisja.&#8221; Fl-a\u0127\u0127arnett il-Papa wera t-tama li fil-komunitajiet insara, persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 jkunu jistg\u0127u huma wkoll ikunu katekisti, anke bix-xhieda tag\u0127hom, biex jg\u0127addu l-fidi b&#8217;mod aktar effettiv.&#8221;<\/p>\n<p>Il-membri l-o\u0127ra tad-delegazzjoni flimkien ma&#8217; Fr Martin kienu is-Sinjura Rita Darmanin mill-Kummissjoni Kateketika Maltija, is-Sur Natalino Psaila persuna nieqes mis-smig\u0127 u s-Sinjura Giselle Pisani omm ta&#8217; tifel bl-awti\u017cmu.<\/p>\n<p>Fi tmiem il-laqg\u0127a ma&#8217; Papa Fran\u0121isku, Fr Martin ippre\u017centalu kopja ta&#8217; abbozz ta&#8217; pubblikazzjoni ta&#8217; ktejjeb ta&#8217; talb bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Dan il-ktejjeb mistenni ji\u0121i ppubblikat fil-\u0121img\u0127at li \u0121ejjin.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Delegazzjoni Maltija immexxijja minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza \u0127adet sehem f&#8217;konferenza Internazzjonali dwar il-Kateke\u017ci u l-Persuni b&#8217;Di\u017cabilit\u00e0 fil-\u0127ajja tal-Knisja. Il-konferenza saret bejn il-\u0120img\u0127a 20 u l-\u0126add 22 ta&#8217;&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":7159,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-7163","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7163","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=7163"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7163\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7159"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=7163"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=7163"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=7163"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}