{"id":7229,"date":"2017-08-28T11:44:21","date_gmt":"2017-08-28T10:44:21","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org?p=7229"},"modified":"2017-11-23T11:45:33","modified_gmt":"2017-11-23T10:45:33","slug":"esperjenza-li-nibqa-niftakar-sarah-anne-casha-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/esperjenza-li-nibqa-niftakar-sarah-anne-casha-2\/","title":{"rendered":"\u201cEsperjenza Li Nibqa\u2019 Niftakar\u201d &#8211; Sarah Anne Casha"},"content":{"rendered":"<p>Aktar kmieni dan ix-xahar, \u0121ietni l-opportunit\u00e0 li flimkien ma&#8217; tliet studenti o\u0127ra, nag\u0127mel xog\u0127ol volontarju ma&#8217; w\u0127ud mir-residenti tad-Dar tal-Providenza \u0121ewwa s-Si\u0121\u0121iewi. Din kienet esperjenza ta&#8217; \u0127amest ijiem, li matulhom konna qeg\u0127din noqog\u0127du fil-kunvent tas-Sorijiet tal-Karit\u00e0 fil-Gudja, li lilhom konna qeg\u0127din nirrapre\u017centaw.Il-\u0121urnata tag\u0127na kienet tibda billi mmorru nisimg\u0127u quddiesa \u0121ewwa l-Parro\u010b\u010ba tal-Gudja stess, u wara li ner\u0121g\u0127u lura l-kunvent, nie\u0127du l-kolazzjon flimkien. Wara l-kolazzjon, konna nin\u0121abru \u0121ewwa l-kappella \u010bkejkna li hemm fil-kunvent sabiex nag\u0127mlu ftit minuti ta&#8217; riflessjoni quddiem \u0120esu&#8217; Ewkaristija.<\/p>\n<p>Sal-\u0127in ta&#8217; nofsinhar, il-\u0121urnata kienet tkun iddedikata g\u0127alina; kien hemm \u0121urnata fejn morna l-ba\u0127ar u kien hemm \u0121ranet li fihom kellna ta\u0127didiet interessanti li jittrattaw su\u0121\u0121etti varji. L-ewwel ta\u0127dita li kellna, li kienet immexxija mis-Sur Tonio Macelli, saret il-Gudja u kienet dwar il-\u0127elsien emozzjonali. Laqtuni \u0127afna l-punti diversi ta&#8217; kif wie\u0127edjista&#8217; jikkontrolla l-emozzjonijiet tieg\u0127u. F&#8217;ta\u0127dita li kellna fil-Fondazzjoni ta&#8217; Santa \u0120iovanna Antida f&#8217;\u0126al Tarxien, iddiskutejna l-vjolenza domestika; kemm dik fi\u017cika, mentali u emozzjonali. Kellna wkoll ta\u0127dita interessanti fil-Caritas, fejn ittrattajna l-u\u017cu tat-teknolo\u0121ija fil-\u0127ajja tag\u0127na ta&#8217; kuljum, u kif din qed to\u0127noq il-komunikazzjoni ta&#8217; bejnietna. Ir-riflessjoni ewlenija kienet l-g\u0127arfien tat-telf ta&#8217; \u0127in prezzju\u017c li jista&#8217; jkun utili\u017c\u017cat b&#8217;mod aktar effettiv.<br \/>\nId-Dar tal-Providenza konna mmorru kuljum wara nofsinhar, wara li nkunu kilna u stri\u0127ajna ftit. Il-\u0127idma tag\u0127na kienet li nakkumpanjaw lir-residenti waqt il-\u0127ar\u0121a tag\u0127hom ta&#8217; kuljum. Il-postijiet li \u017corna kienu l-Viewing Gallery tal-Ajruport, il-Gallarija fil-Fgura, Tign\u00e9 Point f&#8217;Tas-Sliema, u \u0127ar\u0121a o\u0127ra li kellna f&#8217;Ba\u0127ar i\u010b-\u010aag\u0127aq.<\/p>\n<p>Din kienet esperjenza li nibqa&#8217; niftakarha g\u0127ax nisslet fija sens ta&#8217; responsabbilt\u00e0, l-aktar meta \u0127adt \u0127sieb persuna b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 fuq si\u0121\u0121u tar-roti. Personalment, \u0127assejtni nib\u017ca&#8217; xi ftit g\u0127aliex din kienet l-ewwel esperjenza ta&#8217; dan it-tip g\u0127alija, imma ninsab kuntenta li tg\u0127allimt \u0127afna u kont ta&#8217; servizz g\u0127al \u0127addie\u0127or. Kollox ma&#8217; kollox, din kienet esperjenza li minnha tg\u0127allimt naprezza aktar il-\u0127ajja, l-opportunitajiet li jkolli u li ninsab f&#8217;sa\u0127\u0127ti. Nittama li studenti o\u0127rajn b\u0127ali jgawdu is-sodisfazzjon ta&#8217; esperjenza simili.<\/p>\n<p>Jekk tixtieq tissie\u0127eb ma&#8217;dan il-grupp, li j\u0121ib l-isem Young Friends of Jeanne Antide, \u017cur il-pa\u0121na ta: facebook.com\/ymsjam\/<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Aktar kmieni dan ix-xahar, \u0121ietni l-opportunit\u00e0 li flimkien ma&#8217; tliet studenti o\u0127ra, nag\u0127mel xog\u0127ol volontarju ma&#8217; w\u0127ud mir-residenti tad-Dar tal-Providenza \u0121ewwa s-Si\u0121\u0121iewi. Din kienet esperjenza ta&#8217; \u0127amest ijiem, li matulhom&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":7230,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-7229","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7229","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=7229"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7229\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7230"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=7229"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=7229"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=7229"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}