{"id":7304,"date":"2017-05-15T14:21:05","date_gmt":"2017-05-15T13:21:05","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org?p=7304"},"modified":"2017-11-23T14:22:08","modified_gmt":"2017-11-23T13:22:08","slug":"jitfakkar-it-tletin-anniversarju-mill-mewt-ta-mons-mikiel-azzopardi-fundatur-tal-oasi-ta-karita-nisranija-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/jitfakkar-it-tletin-anniversarju-mill-mewt-ta-mons-mikiel-azzopardi-fundatur-tal-oasi-ta-karita-nisranija-2\/","title":{"rendered":"Jitfakkar it-tletin anniversarju mill-mewt ta\u2019 Mons Mikiel Azzopardi, fundatur \u201ctal-oasi ta&#8217; karit\u00e0 nisranija\u201d"},"content":{"rendered":"<p>Membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u \u0127bieb tad-Dar tal-Providenza \u0127adu sehem f&#8217;Celebrazzjoni Ewkaristika fil-kappella tad-Dar biex jitfakkar it-tletin anniversarju mill-mewt ta&#8217; Mons Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Dun Mikiel, kif kien mag\u0127ruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta&#8217; Frar 1910 u miet fit-13 ta&#8217; Mejju 1987. Din l-inizjattiva tal-AKM bdiet tmien snin ilu u baqg\u0127et issir kull sena.<\/p>\n<p>F&#8217;messa\u0121\u0121 qasir minn Praga, fejn Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza qieg\u0127ed jie\u0127u sehem f&#8217;laqg\u0127a Ewropeja dwar il-pastorali mal-persuni nieqsa mis-smig\u0127, \u0127e\u0121\u0121e\u0121 g\u0127al aktar talb biex il-Mulej ikompli jbierek din il-\u0127idma qaddisa tad-Dar kif ukoll biex il-kaw\u017ca tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta&#8217; Mons Azzopardi timxi l-quddiem u jse\u0127\u0127 il-miraklu li jikkonferma l-qdusija ta&#8217; dan is-sa\u010berdot benefattur kbir tas-socjet\u00e0 Maltija. Fr Martin qal li<br \/>\nMalta u Ghawdex jibqg\u0127u rikkonoxxenti lejn l-Azzjonai Kattolika Maltija li \u0127olqot kif kien i\u0127obb jg\u0127id Dun Mikiel din l-oasi ta&#8217; karit\u00e0 nisranija.<\/p>\n<p>I\u010b-\u010belebrazzjoni ewkaristika tmexxiet minn Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkle\u017cjastiku ta\u017c-\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Azzjoni Kattolika (\u017bAK). Fl-omelija tieg\u0127u, Fr Reuben qal li Dun Mikiel kien i\u0127ares lejn kull persuna b&#8217;im\u0127abba kbira sew meta kien fil-qasam tal-edukazzjoni, imbag\u0127ad fl-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) u fl-a\u0127\u0127ar fid-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>Fi tmiem i\u010b-\u010belebrazzjoni, is-Sur Josef Debono, il-President tal-AKM iddeskriva id-Dar tal-Providenza b\u0127ala r-ru\u0127 so\u010bjali ta&#8217; pajji\u017cna. Wara, dawk pre\u017centi in\u0121abru g\u0127al ftit \u0127in ta&#8217; riflessjoni u talb madwar il-qabar ta&#8217; Mons Azzopardi.<\/p>\n<p>Is-sena li \u0121ejja, Id-Dar tal-Providenza se tkun qed tfakkar il-\u0127amsin sena minn meta fil-11 ta&#8217; Jannar 1968 il-Villa Mons Gonzi laqghet l-ewwel residenti kif ukoll il-\u0127amsin sena minn meta s-sorijiet tal-Karit\u00e0 bdew jaghtu s-servizz tag\u0127hom lir-residenti tad-Dar.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u \u0127bieb tad-Dar tal-Providenza \u0127adu sehem f&#8217;Celebrazzjoni Ewkaristika fil-kappella tad-Dar biex jitfakkar it-tletin anniversarju mill-mewt ta&#8217; Mons Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Dun&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":7305,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-7304","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7304","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=7304"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7304\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7305"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=7304"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=7304"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=7304"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}