{"id":7515,"date":"2018-01-12T13:04:04","date_gmt":"2018-01-12T12:04:04","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org?p=7515"},"modified":"2018-01-12T19:27:32","modified_gmt":"2018-01-12T18:27:32","slug":"is-sorijiet-tal-karita-jiccelebraw%e2%80%af50%e2%80%afsena%e2%80%afta%e2%80%afhidma%e2%80%affid-dar%e2%80%aftal-providenza%e2%80%af-%e2%80%af","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/is-sorijiet-tal-karita-jiccelebraw%e2%80%af50%e2%80%afsena%e2%80%afta%e2%80%afhidma%e2%80%affid-dar%e2%80%aftal-providenza%e2%80%af-%e2%80%af\/","title":{"rendered":"Is-Sorijiet tal-Karit\u00e0 ji\u010b\u010belebraw\u202f50\u202fsena\u202fta\u2019\u202f\u0127idma\u202ffid-Dar\u202ftal-Providenza\u202f  \u202f"},"content":{"rendered":"<p>Nhar il-\u0120img\u0127a 12 ta\u2019 Jannar 2018 Mons Joe Galea Curmi Vigarju \u0120enerali qaddes quddiesa ta\u2019 ringrazzjament fid-Dar tal-Providenza fl-okka\u017cjoni tal-50 anniversarju minn meta s-Sorijiet tal-Karit\u00e0 ta\u2019 Santa \u0120ovanna Antida Thouret bdew il-\u0127dima tag\u0127hom f\u2019din id-Dar.<\/p>\n<p>Fl-omelija tieg\u0127u Mons Galea Curmi ikkwota lill-Papa Fran\u0121siku li f\u2019eapa Fran\u0121isku f\u2019Evangelii gaudium, jg\u0127id: \u201cJekk jirnexxieli ng\u0127in imqar persuna wa\u0127da tg\u0127ix a\u0127jar, dan hu di\u0121\u00e0 bi\u017c\u017cejjed biex ji\u0121\u0121ustifika d-don ta\u2019 \u0127ajti.\u201d  Huwa rringrazzja lis-Sorijiet tal-Karit\u00e0 li 50 sena ilu a\u010b\u010bettaw l-istedina ta\u2019 Mons. Mikiel Azzopardi u g\u0127arafu s-servizz fid-Dar tal-Providenza b\u0127ala mod mill-isba\u0127 kif tg\u0127ixu l-vokazzjoni tag\u0127hom fuq l-e\u017cempju tal-fundatri\u010bi tag\u0127hom Santa Giovanna Antida Thouret. Huwa rrinrazzja wkoll lit-42 soru li taw is-servizz tag\u0127hom hawn tul dawn il-\u0127amsin sena u qalli li \u201ckull soru hi \u0121rajja g\u0127aliha, \u0121rajja ta\u2019 \u0121enero\u017cit\u00e0, u ta\u2019 dan nuru gratitudni kbira.\u201d<br \/>\nG\u0127al din l-okka\u017cjoni kienet pre\u017centi l-Provin\u010bjali tas-Sorijiet tal-Karit\u00e0 g\u0127al Malta u l-Italja Sr Mary Stephanos li \u0121ie tirrapre\u017centa s-Superjura \u0120eneral Sr Nunzia De Gori.  Fid-diskors tag\u0127ha hija fost o\u0127rajn qalet li tista\u2019 biss nimma\u0121ina kemm g\u0127as-sorijiet fil-bidu din il-missjoni deheret diffi\u010bli g\u0127alihom, imma fuq l-e\u017cempju tal-Fundatri\u010bi tag\u0127na, Santa \u0120ovanna Antida li kellha fidu\u010bja g\u0127amja fil-Mulej, huma da\u0127lu b\u2019ru\u0127hom u \u0121isimhom g\u0127al dan ix-xog\u0127ol, konvinti li Alla, li sej\u0127ilhom, ma kien ser jabbandunahom qatt.    \u201cJiena \u010berta, li l-kliem ta\u2019 Santa \u0120ovanna Antida &#8220;Alla huwa kullimkien, il-foqra huma kullimkien. Dan huwa bi\u017c\u017cejjed g\u0127alina&#8221;  qawwielhom qalbhom u sa\u0127\u0127a\u0127hom fl-g\u0127an tag\u0127hom li jkomplu jservu lil Alla fil-persuna ta&#8217; dawk li huma fil-b\u017conn bl-istess spirtu u im\u0127abba li San Vin\u010benz De Paule u Santa \u0120ovanna Antida urew matul \u0127ajjithom kollha.  Illum qeg\u0127din hawn biex fuq kollox infakkru l-fedelt\u00e0 u l-\u0127niena li Alla wera mag\u0127hom u ma\u2019 kull min da\u0127al f&#8217;dan il-post sagru fejn raw biss im\u0127abba u dedikazzjoni bla qies.  Hija biss l-im\u0127abba infinita tieg\u0127u li tag\u0127tina l-kapa\u010bit\u00e0 li ning\u0127ataw kompletament g\u0127all-o\u0127rajn u nuruhom id-dinjit\u00e0 u r-rispett, li kull persuna ma\u0127luqa xbieha t\u2019Alla jist\u0127oqqilha.<br \/>\nFr Martin Direttur tad-Dar tal-Providenza qal li \u017cgur li r-residenti tad-Dar tal-Providenza u jistg\u0127u jg\u0127idu lis-Sorijiet tal-Karit\u00e0 l-kliem sabi\u0127 li bih  San Luqa fl-Atti tal-Appostli deskriva l-akkoljenza tal-Maltin wara n-nawfra\u0121ju tag\u0127hom f\u2019Malta: \u201c\u0120iebu ru\u0127hom mag\u0127na bi \u0127lewwa li ma b\u0127alha.\u201d Atti 28,2.  Fl-isem ir-residenti huwa rringrazzja lis-sorijiet g\u0127ad-dedikazzjoni tag\u0127hom f\u2019g\u0127otja s\u0127i\u0127a u disinteressata biex il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li jg\u0127ixu fid-Dar isibu ambjent li jirrispetta d-dinjit\u00e0 u d-dirittijiet tag\u0127hom.  <\/p>\n<p>Is-Sorijiet tal-Karit\u00e0 jew a\u0127jar is-sorijiet ta\u2019 Santa Giovanna Antida Thouret \u0121ew f\u2019Malta fl-1868, u minnufih il-Gvern fdalhom f\u2019idejhom l-orfanatrofji tieg\u0127u, li dak i\u017c-\u017cmien kienu l-Belt Valletta. Bi\u017c-\u017cmien il-Gvern fdalhom tlett skejjel \u017cg\u0127ar, il-Ba\u0127rija, l-Imta\u0127leb u Bir\u017cebbu\u0121a.  Is-sorijiet bdew jie\u0127du \u0127sieb ukoll il-Konservatorju Vincenzo Bugeja f\u2019Santa Venera u l-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat G\u0127awdex.  Fet\u0127u wkoll skejjel f\u2019\u0126al Tarxien, San \u0120iljan u l-Gudja.  L-akbar \u0127idma tag\u0127hom kienet fl-isptarijiet fejn fet\u0127u skola g\u0127all-infermiera.  <\/p>\n<p>Fl-1965 meta Dun Mikiel Azzopardi beda l-\u0127idma biex jibni fis-Si\u0121\u0121iewi l-ewwel dar f\u2019Malta g\u0127all-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 \u0127ass li ma setax imexxi din id-Dar ming\u0127ajr l-esperjenza ta\u2019 xi kongregzzjoni reli\u0121ju\u017ca.  Bl-approvazzjoni tad-Direttur \u0120enerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija kien ippre\u017centa memorandum bi pjan g\u0127all-i\u017cvillup tad-Daru mar Ruma fejn g\u0127amel kuntatti mal-Opera di Don Orione biex ji\u0121u Mlata u jie\u0127du \u0127sieb it-tmexxija tad-Dar.  Meta dawn in-negozjati fallew, hu irrikorra g\u0127all-Kongragazzjoni o\u0127ra dik tas-Servi della Carit\u00e0 (Opera Don Guantella).  L-Azzjoni Kattolika Maltija kellha diversi laqg\u0127at anke hawn Malta, mas-Superjur \u0120enerali, Padre Amado Pudino u diri\u0121enti o\u0127ra tal-istess Opra, i\u017cda dan it-tentattiv falla wkoll.   Kienu wkoll avvi\u010binati s-Sorjiet Fran\u0121iskani tal-Qalb ta\u2019 \u0120es\u00f9 f\u201dMalta i\u017cda dawn ukoll ma a\u010b\u010bettawx.  Wara Dun Mikiel irrrikorra g\u0127as-Sorijiet ta&#8217; Karit\u00e0 li issa kienu stabbilew sew fil-\u0127idma karittatevoli tag\u0127hom f\u2019Malta.  <\/p>\n<p>Fl-1967, Dun Mikiel kiteb lill-Madre \u0120enerali f&#8217;Ruma Sor Maria Candida Torchino, jitlobha li tag\u0127ti l-barka tag\u0127ha lill-Provin\u010bja Maltija biex tifta\u0127 komunit\u00e0 tal-Kongregazzjoni tag\u0127ha fid-Dar tal-Providenza. Il-Madre Generali a\u010b\u010bettat din it-talba u tat il-kunsens tag\u0127ha lill-Provin\u010bjali ta\u2019 Malta, Sor Angela Maria Corbella.<\/p>\n<p>Fil-bidu tas-sena 1968, il-bini tal-ewwel dar li Dun Mikiel semma Villa Monsinjur Gonzi b\u0127ala rikonoxximent lill-Ar\u010bisqof ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien Sir Mikiel Gonzi li kien ta donazzjoni sostanzjali g\u0127al din l-opra kien g\u0127oddu lest biex tilqa\u2019 l-ewwel residenti.<\/p>\n<p>Fit-12 ta&#8217; Jannar 1968, xahar qabel da\u0127lu l-ewwel residenti f&#8217;Villa Mons. Gonzi, il-Madre Provin\u010bjali bag\u0127tet komunit\u00e0 \u017cg\u0127ira ta&#8217; sorijiet li bdew jg\u0127ixu u jippreparaw g\u0127al din il-\u0127idma \u0121dida fid-Dar tal-Providenza.  L-ewwel superjura ta\u2019 din il-komunit\u00e0 kienet Sor Maria Assunta Mallia.  Mag\u0127ha kien hemm Sor Alexandra Delazzaio u Sor Agostina Cutajar. B\u0127ala kunvent is-sorijiet ing\u0127ataw binja li sal-1962 kienet tintu\u017ca mill-fizzjali Inglizi billi l-post fejn Dun Mikiel beda jibni Villa Monsinjur Gonzi kien Rest Camp tan-Navy Ingliza.<\/p>\n<p>Nhar il-\u0126add 11 ta\u2019 Frar 1968, il-festa ta\u2019 l-ewwel dehra tal-Madonna li\u010b-\u010bkejkna Bernardette \u0121ewwa l-grotta ta\u2019 Masabielle \u0121ewwa Lourdes, Dun Mikiel u s-sorijiet laqg\u0127u l-ewwel tlett residenti f\u2019Villa Mons Gonzi. <\/p>\n<p>Fl-24 ta\u2019 Frar ta\u2019 dik is-sena mbag\u0127ad, \u0121ie iffirmat ftehim uffi\u010b\u010bjali bl-approvazzjoni tal-Ar\u010bisqof bejn l-Azzjoni Kattolika u l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta\u2019 Santa Giovanna Antida Thouret biex il-Provincja Maltija tag\u0127ti s-servizzi tag\u0127ha lid-Dar. Minn dak i\u017c-\u017cmien sal-lum, din il-komunit\u00e0 baqg\u0127et tissapportja lir-residenti b&#8217;dedikazzjoni u im\u0127abba kbira.  <\/p>\n<p>Minn dak in-nhar sal-lum, din il-komunit\u00e0 baqg\u0127et taqdi lir-residenti tad-dar b\u2019dedikazzjoni u im\u0127abba kbira.  42 soru taw is-servizz tag\u0127hom lir-residenti tul il-\u0127amsin sena tal-\u0127idma tag\u0127hom f\u2019din id-Dar.  Tul dan i\u017c-\u017cmien is-superjuri ta\u2019 din il-komunit\u00e0 kienu Sor Maria Assunta Mallia, Sr Annunziata Cortis, Sr Cecilia Frendo, Sr Maria Ersilia Mifsud, Sr Madalena Fava, Sr Maria Antida Mifsud u  Sr Lorenza Borg.<\/p>\n<p>Fl-2003 is-sorijiet tewmin Sr Madalena Fava u Sr Fortunata Fava li servew lid-Dar bejn l-1982 sal-1994 ing\u0127ataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi b\u0127ala rikonoxximent g\u0127all-\u0127idma tag\u0127hom f\u2019din id-Dar.  Dan il-premju beda jing\u0127ata kull sena mill-1995 b\u0127ala rikonoxximent pubbliku lil dawk il-persuni li jkunu taw kontribut fil-qasam tal-persuni b\u2019di\u017cabilt\u00e0 jew fid-Dar tal-Providenza. Fl-1 ta\u2019 Di\u010bembru 2017 waqt Kun\u010bert annwali mtellg\u0127a mill-Banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta fil-Kon Katidral ta\u2019 San \u0120wann b\u2019risq id-Dar tal-Providenza dan il-Premju ing\u0127ata wkoll lill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta\u2019 Santa Giovanna Antida Thouret b\u0127al rikonoxximent  g\u0127all-50 sena ta\u2019 \u0127idma fid-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>Monsinjur Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna fl-Omelija tieg\u0127u fid-Dar tal-Providenza nhar l-1 ta\u2019 Jannar 2018 qal li  \u201c50 sena ilu, is-Sorijiet tal-Karit\u00e0 bdew din l-avventura ta\u2019 m\u0127abba propju biex jg\u0127ixu l-kari\u017cma tag\u0127hom li jkunu s-sorijiet tal-karit\u00e0, is-sorijiet li jwasslu l-im\u0127abba ta\u2019 \u0120es\u00f9, l-im\u0127abba ta\u2019 Alla f\u2019tant ambjenti differenti, kif g\u0127adhom jag\u0127mlu sal-lum.\u201d  <\/p>\n<p><strong>Informazzjoni Storika<\/strong><\/p>\n<p>Is-Sorijiet tal-Karit\u00e0 jew a\u0127jar is-sorijiet ta\u2019 Santa Giovanna Antida Thouret \u0121ew f\u2019Malta fl-1868, u minnufih il-Gvern fdalhom f\u2019idejhom l-orfanatrofji tieg\u0127u, li dak i\u017c-\u017cmien kienu l-Belt Valletta. Bi\u017c-\u017cmien il-Gvern fdalhom tlett skejjel \u017cg\u0127ar, il-Ba\u0127rija, l-Imta\u0127leb u Bir\u017cebbu\u0121a.  Is-sorijiet bdew jie\u0127du \u0127sieb ukoll il-Konservatorju Vincenzo Bugeja f\u2019Santa Venera u l-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat G\u0127awdex.  Fet\u0127u wkoll skejjel f\u2019\u0126al Tarxien, San \u0120iljan u l-Gudja.  L-akbar \u0127idma tag\u0127hom kienet fl-isptarijiet fejn fet\u0127u skola g\u0127all-infermiera.  <\/p>\n<p>Fl-1965 meta Dun Mikiel Azzopardi beda l-\u0127idma biex jibni fis-Si\u0121\u0121iewi l-ewwel dar f\u2019Malta g\u0127all-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 \u0127ass li ma setax imexxi din id-Dar ming\u0127ajr l-esperjenza ta\u2019 xi kongregzzjoni reli\u0121ju\u017ca.  Bl-approvazzjoni tad-Direttur \u0120enerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija kien ippre\u017centa memorandum bi pjan g\u0127all-i\u017cvillup tad-Daru mar Ruma fejn g\u0127amel kuntatti mal-Opera di Don Orione biex ji\u0121u Mlata u jie\u0127du \u0127sieb it-tmexxija tad-Dar.  Meta dawn in-negozjati fallew, hu irrikorra g\u0127all-Kongragazzjoni o\u0127ra dik tas-Servi della Carit\u00e0 (Opera Don Guantella).  L-Azzjoni Kattolika Maltija kellha diversi laqg\u0127at anke hawn Malta, mas-Superjur \u0120enerali, Padre Amado Pudino u diri\u0121enti o\u0127ra tal-istess Opra, i\u017cda dan it-tentattiv falla wkoll.   Kienu wkoll avvi\u010binati s-Sorjiet Fran\u0121iskani tal-Qalb ta\u2019 \u0120es\u00f9 f\u201dMalta i\u017cda dawn ukoll ma a\u010b\u010bettawx.  Wara Dun Mikiel irrrikorra g\u0127as-Sorijiet ta&#8217; Karit\u00e0 li issa kienu stabbilew sew fil-\u0127idma karittatevoli tag\u0127hom f\u2019Malta.  <\/p>\n<p>Fl-1967, Dun Mikiel kiteb lill-Madre \u0120enerali f&#8217;Ruma Sor Maria Candida Torchino, jitlobha li tag\u0127ti l-barka tag\u0127ha lill-Provin\u010bja Maltija biex tifta\u0127 komunit\u00e0 tal-Kongregazzjoni tag\u0127ha fid-Dar tal-Providenza. Il-Madre Generali a\u010b\u010bettat din it-talba u tat il-kunsens tag\u0127ha lill-Provin\u010bjali ta\u2019 Malta, Sor Angela Maria Corbella.<\/p>\n<p>Fil-bidu tas-sena 1968, il-bini tal-ewwel dar li Dun Mikiel semma Villa Monsinjur Gonzi b\u0127ala rikonoxximent lill-Ar\u010bisqof ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien Sir Mikiel Gonzi li kien ta donazzjoni sostanzjali g\u0127al din l-opra kien g\u0127oddu lest biex tilqa\u2019 l-ewwel residenti.<\/p>\n<p>Fit-12 ta&#8217; Jannar 1968, xahar qabel da\u0127lu l-ewwel residenti f&#8217;Villa Mons. Gonzi, il-Madre Provin\u010bjali bag\u0127tet komunit\u00e0 \u017cg\u0127ira ta&#8217; sorijiet li bdew jg\u0127ixu u jippreparaw g\u0127al din il-\u0127idma \u0121dida fid-Dar tal-Providenza.  L-ewwel superjura ta\u2019 din il-komunit\u00e0 kienet Sor Maria Assunta Mallia.  Mag\u0127ha kien hemm Sor Alexandra Delazzaio u Sor Agostina Cutajar. B\u0127ala kunvent is-sorijiet ing\u0127ataw binja li sal-1962 kienet tintu\u017ca mill-fizzjali Inglizi billi l-post fejn Dun Mikiel beda jibni Villa Monsinjur Gonzi kien Rest Camp tan-Navy Ingliza.<\/p>\n<p>Nhar il-\u0126add 11 ta\u2019 Frar 1968, il-festa ta\u2019 l-ewwel dehra tal-Madonna li\u010b-\u010bkejkna Bernardette \u0121ewwa l-grotta ta\u2019 Masabielle \u0121ewwa Lourdes, Dun Mikiel u s-sorijiet laqg\u0127u l-ewwel tlett residenti f\u2019Villa Mons Gonzi. <\/p>\n<p>Fl-24 ta\u2019 Frar ta\u2019 dik is-sena mbag\u0127ad, \u0121ie iffirmat ftehim uffi\u010b\u010bjali bl-approvazzjoni tal-Ar\u010bisqof bejn l-Azzjoni Kattolika u l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta\u2019 Santa Giovanna Antida Thouret biex il-Provincja Maltija tag\u0127ti s-servizzi tag\u0127ha lid-Dar. Minn dak i\u017c-\u017cmien sal-lum, din il-komunit\u00e0 baqg\u0127et tissapportja lir-residenti b&#8217;dedikazzjoni u im\u0127abba kbira.  <\/p>\n<p>Minn dak in-nhar sal-lum, din il-komunit\u00e0 baqg\u0127et taqdi lir-residenti tad-dar b\u2019dedikazzjoni u im\u0127abba kbira.  42 soru taw is-servizz tag\u0127hom lir-residenti tul il-\u0127amsin sena tal-\u0127idma tag\u0127hom f\u2019din id-Dar.  Tul dan i\u017c-\u017cmien is-superjuri ta\u2019 din il-komunit\u00e0 kienu Sor Maria Assunta Mallia, Sr Annunziata Cortis, Sr Cecilia Frendo, Sr Maria Ersilia Mifsud, Sr Madalena Fava, Sr Maria Antida Mifsud u  Sr Lorenza Borg.<\/p>\n<p>Fl-2003 is-sorijiet tewmin Sr Madalena Fava u Sr Fortunata Fava li servew lid-Dar bejn l-1982 sal-1994 ing\u0127ataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi b\u0127ala rikonoxximent g\u0127all-\u0127idma tag\u0127hom f\u2019din id-Dar.  Dan il-premju beda jing\u0127ata kull sena mill-1995 b\u0127ala rikonoxximent pubbliku lil dawk il-persuni li jkunu taw kontribut fil-qasam tal-persuni b\u2019di\u017cabilt\u00e0 jew fid-Dar tal-Providenza. Fl-1 ta\u2019 Di\u010bembru 2017 waqt Kun\u010bert annwali mtellg\u0127a mill-Banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta fil-Kon Katidral ta\u2019 San \u0120wann b\u2019risq id-Dar tal-Providenza dan il-Premju ing\u0127ata wkoll lill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta\u2019 Santa Giovanna Antida Thouret b\u0127al rikonoxximent  g\u0127all-50 sena ta\u2019 \u0127idma fid-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>Monsinjur Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna fl-Omelija tieg\u0127u fid-Dar tal-Providenza nhar l-1 ta\u2019 Jannar 2018 qal li  \u201c50 sena ilu, is-Sorijiet tal-Karit\u00e0 bdew din l-avventura ta\u2019 m\u0127abba propju biex jg\u0127ixu l-kari\u017cma tag\u0127hom li jkunu s-sorijiet tal-karit\u00e0, is-sorijiet li jwasslu l-im\u0127abba ta\u2019 \u0120es\u00f9, l-im\u0127abba ta\u2019 Alla f\u2019tant ambjenti differenti, kif g\u0127adhom jag\u0127mlu sal-lum.\u201d  <\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Nhar il-\u0120img\u0127a 12 ta\u2019 Jannar 2018 Mons Joe Galea Curmi Vigarju \u0120enerali qaddes quddiesa ta\u2019 ringrazzjament fid-Dar tal-Providenza fl-okka\u017cjoni tal-50 anniversarju minn meta s-Sorijiet tal-Karit\u00e0 ta\u2019 Santa \u0120ovanna Antida Thouret&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7509,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-7515","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7515","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=7515"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7515\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7509"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=7515"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=7515"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=7515"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}