{"id":7533,"date":"2018-01-17T13:59:21","date_gmt":"2018-01-17T12:59:21","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org?p=7533"},"modified":"2018-01-17T13:59:21","modified_gmt":"2018-01-17T12:59:21","slug":"is-sorijiet-tal-karita-jinghataw-il-premju-dun-mikiel-azzopardi-2017","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/is-sorijiet-tal-karita-jinghataw-il-premju-dun-mikiel-azzopardi-2017\/","title":{"rendered":"Is-Sorijiet tal-Karit\u00e0 jing\u0127ataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2017"},"content":{"rendered":"<p>Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi g\u0127as-sena 2017 ing\u0127ata lis-Sorijiet tal-Karit\u00e0 b\u0127ala turija ta\u2019 rikonoxximent u apprezzament g\u0127all-50 sena ta\u2019 \u0127idma fid-Dar tal-Providenza. Sr Natalie Abela, d-delegata Maltija g\u0127all-Provin\u010bja Malta-Italja flimkien ma\u2019 Sr Lorenza Borg, Superjura tal-komunit\u00e0 tas-sorijiet li ja\u0127dmu d-Dar tal-Providenza. <\/p>\n<p>Dan t\u0127abbar minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt kun\u010bert li sar fil-Kon Katidral ta\u2019 San \u0120wann mill-Banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta ta\u0127t il-patro\u010binju distint tal-E.T. il-President tar-Repubblika, s-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca u l-E.T. l-Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta, Mons. Charles J. Scicluna.<\/p>\n<p>Fl-1965 meta Dun Mikiel Azzopardi beda l-\u0127idma biex jibni fis-Si\u0121\u0121iewi l-ewwel Dar f\u2019Malta g\u0127all-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 \u0127ass li ma setax imexxi din id-Dar ming\u0127ajr l-esperjenza ta\u2019 xi kongregzzjoni reli\u0121ju\u017ca.  Wara li fallewlu t-tentattivi tieg\u0127u mal-Gwanelljani tal-Italja u s-Sorijiet Fran\u0121iskani Maltin huwa rrrikorra g\u0127as-Sorijiet tal-Karit\u00e0 li issa kienu stabbilew sew fil-\u0127idma karittatevoli tag\u0127hom f\u2019Malta.  <\/p>\n<p>Fl-1967, Dun Mikiel kiteb lill-Madre \u0120enerali f&#8217;Ruma Sor Maria Candida Torchino, jitlobha li tag\u0127ti l-barka tag\u0127ha lill-Provin\u010bja Maltija biex tifta\u0127 komunit\u00e0 tal-Kongregazzjoni tag\u0127ha fid-Dar tal-Providenza. Il-Madre Generali a\u010b\u010bettat din it-talba u tat il-kunsens tag\u0127ha lill-Provin\u010bjali ta\u2019 Malta, Sor Angela Maria Corbella.<\/p>\n<p>Fil-bidu tas-sena 1968, il-bini tal-ewwel Dar, li Dun Mikiel semma Villa Monsinjur Gonzi b\u0127ala rikonoxximent lill-Ar\u010bisqof ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien Sir Mikiel Gonzi li kien ta donazzjoni sostanzjali g\u0127al din l-opra, kien g\u0127oddu lest biex tilqa\u2019 l-ewwel residenti.<\/p>\n<p>Fit-12 ta&#8217; Jannar 1968, xahar qabel da\u0127lu l-ewwel residenti f&#8217;Villa Mons. Gonzi, il-Madre Provin\u010bjali bag\u0127tet komunit\u00e0 \u017cg\u0127ira ta&#8217; sorijiet li bdew jg\u0127ixu u jippreparaw g\u0127al din il-\u0127idma \u0121dida fid-Dar tal-Providenza.  L-ewwel superjura ta\u2019 din il-komunit\u00e0 kienet Sor Maria Assunta Mallia.  Mag\u0127ha kien hemm Sor Alessandra De Lazzaro u Sor Agostina Cutajar. B\u0127ala kunvent is-sorijiet ing\u0127ataw binja li sal-1962 kienet tintu\u017ca mill-fizzjali Inglizi billi l-post fejn Dun Mikiel beda jibni Villa Monsinjur Gonzi kien Rest Camp tan-Navy Ingliza.  Nhar il-\u0126add 11 ta\u2019 Frar 1968, il-festa ta\u2019 l-ewwel dehra tal-Madonna li\u010b-\u010bkejkna Bernardette \u0121ewwa l-grotta ta\u2019 Masabielle \u0121ewwa Lourdes, Dun Mikiel u s-sorijiet laqg\u0127u l-ewwel tlett residenti f\u2019Villa Mons Gonzi.  Fl-24 ta\u2019 Frar ta\u2019 dik is-sena mbag\u0127ad, \u0121ie iffirmat ftehim uffi\u010b\u010bjali bl-approvazzjoni tal-Ar\u010bisqof bejn l-Azzjoni Kattolika u l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta\u2019 Santa \u0120ovanna Antida Thouret biex il-Provin\u010bja Maltija tag\u0127ti s-servizzi tag\u0127ha lid-Dar. <\/p>\n<p>Minn dak in-nhar sal-lum, din il-komunit\u00e0 baqg\u0127et taqdi lir-residenti tad-Dar b\u2019dedikazzjoni u im\u0127abba kbira.  42 soru taw is-servizz tag\u0127hom lir-residenti tul il-\u0127amsin sena tal-\u0127idma tag\u0127hom f\u2019din id-Dar.  Tul dan i\u017c-\u017cmien is-superjuri ta\u2019 din il-komunit\u00e0 kienu Sor Maria Assunta Mallia, Sr Annunziata Cortis, Sr Cecilia Frendo, Sr Maria Ersilia Mifsud, Sr Madalena Fava, Sr Maria Antida Mifsud u  Sr Lorenza Borg.<\/p>\n<p>Fr Martin qal li l-50 anniversarju tal-\u0127idma tas-Sorijiet tal-Karit\u00e0 jistednuna n\u0127arsu \u2018l quddiem biex dak li nbena tul dawn is-snin kollha nkomplu nimpenjaw ru\u0127na li inkompluh u ntejbu\u0127.  \u201cId-Dar tal-Providenza hija mpenjata li tkompli tkun sinjal g\u0127as-so\u010bjeta Maltija li l-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 jist\u0127oqqilhom b\u0127al kull persuna o\u0127ra ir-rispett, id-dinjit\u00e0 u d-drittjiet dovuti lilhom mill-kon\u010bepiment tal-mewt. G\u0127ad hawn minn jiddiskrimina imma a\u0127na rridu nkomplu nistinkaw biex il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 jing\u0127ataw dak li hu tag\u0127hom bi dritt fis-so\u010bjeta u fil-Knisja.\u201d <\/p>\n<p>Id-diskors ewlieni  sar minn Isabel Bonello, tfajla b\u2019di\u017cabilit\u00e0 intellettwali li dawn l-a\u0127\u0127ar snin \u0127admet fuq ri\u010berka inklussiva flimkien mal-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Di\u017cabilit\u00e0 fi \u0127dan l-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta dwar l-esperjenza ta\u2019 protezzjoni \u017cejda fil-\u0127ajja ta\u2019 persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 intellettwali f\u2019Malta.  Isabelle Bonello tkellmet dwar esperjenza negattivi kif ukoll po\u017cittivi ta\u2019 protezzjoni \u017cejda. Hija sa\u0127qet kemm l-g\u0127ajnuna hi importanti \u0127afna fil-\u0127ajja tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 intellettwali. \u201cNg\u0127id g\u0127alija, meta nsib persuni li jg\u0127inuni u jfehmuni bil-mod jien nitg\u0127allem u nsir kapa\u010bi nag\u0127mel affarijiet \u0121odda. Per e\u017cempju, fuq ix-xog\u0127ol sibt min ig\u0127allimni nu\u017ca l-iscanner u issa qed na\u0127dem sig\u0127at itwal u naqla\u2019 iktar paga. L-A\u0121enzija Sapport kienu tawni sapport worker biex tg\u0127inni nitg\u0127allem nu\u017ca tal-linja wa\u0127di, u llum immur f\u2019\u0127afna postijiet b\u2019tal-linja. Insib ukoll g\u0127ajnuna mill-familja. Meta ta\u0127dmu ma\u2019 persuni b\u2019di\u017cabilita intelletwali importanti li ma taqtawlhomx qalbhom. Fejn ma taslux, kunu kalmi u jekk hemm b\u017conn tispjegaw aktar minn darba. Fejn il-persuna tibqa\u2019 jkollha b\u017conn l-g\u0127ajnuna, xorta g\u0127andna nisimg\u0127uha u ng\u0127inuha biex tag\u0127mel dak li tixtieq.\u201d  <\/p>\n<p>Fid-diskors tieg\u0127u l-Ar\u010bisqof Mons. Charles J Scicluna rringrazja lill-Forzi Armati u lil Kap Kmandant ta\u2019 din l-esperjenza sabi\u0127a u din il-kollaborazzjoni bejn il-Forzi Armati,  l-Istat u d-Dar tal-Providenza. Huwa ddeskriva l-Kun\u010bert b\u0127ala  \u201cesperjenza ta\u2019 solidarjeta\u2019.\u201d<br \/>\nL-Ar\u010bisqof irringrazzja wkoll lis-Sorijiet tal-Karit\u00e0 talli l-kelma ta\u2019 \u0120es\u00f9, kuljum jag\u0127mluha xhieda konkreta.  \u201cIntom parti mis-sbu\u0127ija tal-Knisja.   Il-Katidral sabi\u0127, imma is-sbu\u0127ija tal-Knisja  qeg\u0127da fix-xhieda tal-Evan\u0121elju u jien nirringrazzjakom ukoll g\u0127ax naf mill-esperjenza personali li x-xhieda tag\u0127kom tag\u0127mluha wkoll bit-tbissima anke f\u2019mumenti diffi\u010bli, b\u2019dik is-serenita\u2019.\u201d <\/p>\n<p>Fid-diskors tag\u0127ha l-President ta\u2019 Malta l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, rringrazzjat ukoll lis-Sorijiet tal-Karit\u00e0 u stqarret li huma jiskantawha g\u0127ax m\u2019hawnx aspett wie\u0127ed ta\u2019 vulnerabilit\u00e0 li dawn is-sorijiet ma ssibhomx minn ta\u2019 quddiem. \u201cNixtieq nirringrazzjakom f\u2019isem il-poplu Malti u G\u0127awdxi, g\u0127ax ix-xhieda li qed tag\u0127tu tat-tag\u0127lim so\u010bjali tal-Knisja qed tag\u0127mluh b\u2019risq il-Maltin u l-G\u0127awdxin kollha.\u201d<\/p>\n<p>Il-President ta\u2019 Malta rringrazzjat lill-\u0127addiema kollha tad-Dar tal-Providenza, l-\u0121enituri u lil dawk kollha li jag\u0127tu daqqa t\u2019id fid-Dar tal-Providenza.  \u201cDin id-Dar tibqa ix-xempju tal-persuni u ta\u2019 dak kollu l-aktar g\u0127a\u017ci\u017c f\u2019qalbna.  Dun Mikiel Azzopardi \u0121ie \u0127afna qabel ma g\u0127addejna il-li\u0121ijiet nazzjonalment u internazzjonalment.  Kien hemm di\u0121a dik il-vi\u017c\u017cjoni ta\u2019 dak li ng\u0127idulu llum Is-Sheltered Living u Independent Living u dawk l-affarijiet kollha li llum niftahru li ghamilna u lle\u0121i\u017clajna.  Mons Mikiel Azzopardi jibqa\u2019 din l-ikona tal-kobor u tat-tjubija\u201d<\/p>\n<p>Il-Banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta kienet ta\u0127t id-direzzjoni tas-Surmast WO1 Jonathan Borg. Il-programm mu\u017cikali kien jinkludi siltiet minn kompo\u017cizzjonijiet mu\u017cikali ta\u2019 Howard Hanson, Ludwig Van Beethoven, Ellis Brooks, Joseph Haydn, George Frideric Handel, Mro Joseph Sammut, Antonio Nani u Mro George Zammit.                                                            <\/p>\n<p>Il-Banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta kienet akkumpanjata mill-Coro Bel Canto bis-sehem tat-tenur Gnr Georg, it-tenur Charles Vella Zarb u l-baritonu Alfred Camilleri. <\/p>\n<p>Il-Premju Dun Mikiel Azopardi jing\u0127ata kull sena mid-Dar tal-Providenza biex jirrikonoxxi l-kontribut volontarju ta\u2019 persuni jew organi\u017c\u017cazzjonijiet fil-qasam tal-persuni b\u2019di\u017cabilita\u2019 f\u2019Malta u G\u0127awdex. Dan il-Premju tnieda g\u0127all-ewwel darba fl-1995, f\u2019g\u0127eluq it-tletin sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza.<br \/>\nIl-Kun\u010bert kien organizzat mid-Dar tal-Providenza bil-kortesija tal-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta\u2019 San \u0120wann u bil-g\u0127ajnuna tas-Sur Tonio Bonello.<\/p>\n<p>(Lista tar-rebbie\u0127a tal-edizzjonijiet l-img\u0127oddija tidher hawn ta\u0127t).<\/p>\n<p>Rebbie\u0127a ta\u2019 l-img\u0127oddi tal-Premju Dun Mikiel Azzopardi:<\/p>\n<p>1995:  Dr Lawrence Gonzi LL.D. u s-Sinjura Mari Lowell<\/p>\n<p>1996:  (Il-Premju ma nghatax)<\/p>\n<p>1997:  Sur Paul Mifsud u s-Sur Lewis Portelli<\/p>\n<p>1998:  Mons. Manuel Curmi<\/p>\n<p>1999:  Dun Charles Fenech O.P.<\/p>\n<p>2000:  Sur Joseph M. Camilleri<\/p>\n<p>2001:  Dr Carmelo Vella, M.D.<\/p>\n<p>2002:  Sinjura Victoria Demanuele<\/p>\n<p>2003:  Suor Maddalena u Suor Fortunata Fava<\/p>\n<p>2004:  Sur John Peel<\/p>\n<p>2005:  Sur John Micallef<\/p>\n<p>2006:  Sur Tonio Bonello u s-Sur Albert E. Vella <\/p>\n<p>2007:  Sinjura Yvonne Eastman<\/p>\n<p>2008:   Sur Alfred Bezzina<\/p>\n<p>2009:  Sur Denis Azzopardi, President tal-Grupp Distrofija Muskolari u l-Li\u010beo tal-\u0126amrun, Kulle\u0121\u0121 San \u0120or\u0121 Preca<\/p>\n<p>2010   Mons. Lawrence Gatt u Dun \u0120u\u017cepp Borg Micallef<\/p>\n<p>2011   Dun Lino Cardona SJ, u s-Sinjuri Blanche Mifsud u Mary Verzin<\/p>\n<p>2012   Kummissjoni Nazzjonali Persuni b\u2019Di\u017cabilit\u00e0 (KNPD)<\/p>\n<p>2013   Adelina u Marcel Pisani<\/p>\n<p>2014   (Il-Premju ma ng\u0127atax)<\/p>\n<p>2015   An\u0121ela Agius<\/p>\n<p>2016   Dar il-Kaptan<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi g\u0127as-sena 2017 ing\u0127ata lis-Sorijiet tal-Karit\u00e0 b\u0127ala turija ta\u2019 rikonoxximent u apprezzament g\u0127all-50 sena ta\u2019 \u0127idma fid-Dar tal-Providenza. Sr Natalie Abela, d-delegata Maltija g\u0127all-Provin\u010bja Malta-Italja flimkien ma\u2019&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":7538,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-7533","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7533","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=7533"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7533\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7538"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=7533"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=7533"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=7533"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}