{"id":7596,"date":"2018-02-11T08:30:40","date_gmt":"2018-02-11T07:30:40","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org?p=7596"},"modified":"2018-02-08T15:01:28","modified_gmt":"2018-02-08T14:01:28","slug":"id-dar-tal-providenza-tilqa-l-ewwel-tlitt-residenti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/id-dar-tal-providenza-tilqa-l-ewwel-tlitt-residenti\/","title":{"rendered":"Id-Dar tal-Providenza tilqa\u2019 l-ewwel tlitt residenti"},"content":{"rendered":"<p>Fil-11 ta\u2019 Frar, 1968, sewwa sew \u0127amsin sena mill-lum, Mary Hayman, Carmen Giudice u Carmen Farrugia kienu l-ewwel tlitt ibniet li ntlaqg\u0127u b\u0127ala residenti f\u2019Villa Mons. Gonzi. G\u0127al Mons Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar, dan kien jum memorabbli. Kien hu stess li qal li kienet \u0121urnata li ma jista\u2019 jinsieha qatt. Dun Mikiel kien qal: \u201cG\u0127adni n\u0127oss it-tferfix, waqt li, flimkien mal-ewwel grupp ta\u2019 Sorijiet (Tal-Karit\u00e0) u ma\u2019 dawk li n\u0127obb insej\u0127ilhom il-\u0121wiena\u0127 tieg\u0127i, konna qed nistennew fil-bieb il-kbir ta\u2019 Villa Mons Gonzi biex jaslu l-ewwel an\u0121li. Kien fer\u0127 tal-\u0121enna li tkompla matul il-\u0121urnata kollha u wasal fil-qu\u010b\u010bata tieg\u0127u waqt l-ewwel quddiesa u x\u2019\u0127in, minn wara l-\u0127\u0121ie\u0121 tal-gallarija li tag\u0127ti g\u0127all-playground, \u0127arisna lejn l-istatwa tal-Madonna ta\u2019 Lourdes biex ng\u0127idu t-talb tal-ewwel dehra tag\u0127ha.\u201d<br \/>\nMary Hayman, wa\u0127da mit-tlitt ibniet, kienet ukoll wa\u0127da mill-ewwel persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0, li marret tg\u0127ix fl-ewwel dar li nfet\u0127et fil-komunit\u00e0 tas-Si\u0121\u0121iewi, Dar \u017berniq. Mary, li meta da\u0127let fid-Dar tal-Providenza kellha seba\u2019 snin, qalet hekk: \u201cMeta d\u0127alt fid-Dar tal-Providenza, jiena la kont nitkellem u lanqas nimxi. Kelli fi\u017cjoterapista u speech therapist li kienu ji\u0121u apposta g\u0127alija fid-Dar. Il-Monsinjur ordnali wkoll rota ta\u2019 bi tlieta b\u0127ala e\u017cer\u010bizzju propju g\u0127alija biex nu\u017caha \u0127alli n\u0127addem saqajja. Jien ma niftakarx sewwa kemm dont ma nimxix u ma nitkellimx, imma niftakar li ta\u2019 tlettax-il sena (sitt snin wara li da\u0127let fid-Dar) kont nattendi l-iskola Guardian Angel u wara sena kont immur l-iskola primarja tas-Si\u0121\u0121iewi. Jien niftakarni nimxi u nitkellem fl-iskola.\u201d<br \/>\nCarmen Giudice mietet fid-Dar tal-Providenza fid-29 ta\u2019 Marzu 1969 waqt li Mary Hayman mietet fil-21 ta\u2019 Di\u010bembru 2006. Carmen Farrugia eventwalment kien marret lura fi \u0127dan il-familja tag\u0127ha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-11 ta\u2019 Frar, 1968, sewwa sew \u0127amsin sena mill-lum, Mary Hayman, Carmen Giudice u Carmen Farrugia kienu l-ewwel tlitt ibniet li ntlaqg\u0127u b\u0127ala residenti f\u2019Villa Mons. Gonzi. G\u0127al Mons Mikiel&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":7597,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-7596","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7596","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=7596"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7596\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7597"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=7596"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=7596"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=7596"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}