{"id":8115,"date":"2018-06-13T06:51:42","date_gmt":"2018-06-13T05:51:42","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=8115"},"modified":"2018-06-13T06:51:42","modified_gmt":"2018-06-13T05:51:42","slug":"il-bov-marigold-volleyball-marathon-2018-tfakkar-l-10-edizzjoni-taghha","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/il-bov-marigold-volleyball-marathon-2018-tfakkar-l-10-edizzjoni-taghha\/","title":{"rendered":"Il-BOV Marigold Volleyball Marathon 2018 tfakkar l-10 edizzjoni tag\u0127ha"},"content":{"rendered":"<p>L-10 edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon b\u2019risq Id-Dar tal-Providenza \u0121iet imnedija uffi\u010bjalment aktar kmieni llum. Il-maratona ta\u2019 53 sieg\u0127a se tibda nhar il-\u0120img\u0127a 29 ta\u2019 \u0120unju fis-18.30 fil-parke\u0121\u0121 tal-karozzi tad-dar residenzjali u se ti\u0121i fi tmiemha fil-23.30 ta\u2019 nhar il-\u0126add l-1 ta\u2019 Lulju.<\/p>\n<p>Il-konferenza stampa \u0121iet indirizzata mis-Sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold \u2013 BOV fil-Komunit\u00e0 u minn Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza. Huma kienu akkompanjati mis-Sa Elvia George, Uffi\u010bjal Kap Finanzjarju fil-Bank of Valletta u mis-Sur Emanuel Zammit, Chairperson tal-Kumitat Organizzativ tal-Maratona.<\/p>\n<p>Fr Martin qal li, \u201cIl-Maratona hija avveniment annwali ta\u2019 \u0121bir ta\u2019 fondi b\u2019risq Id-Dar tal-Providenza li verament ipo\u0121\u0121i fuq quddiem l-altruwi\u017cmu tal-Maltin u l-G\u0127awdxin. F\u2019din il-maratona wie\u0127ed jista\u2019 jara l-ispirtu sportiv u l-volontarjat ja\u0127dmu flimkien id f\u2019id bl-g\u0127an wa\u0127dieni li jin\u0121abru l-fondi biex ji\u0121i \u017cgurat li din id-Dar tkompli toffri ambjent b\u0127al ta\u2019 familja g\u0127ar-residenti tag\u0127ha, li issa jla\u0127\u0127qu l-115\u201d. Huwa kompla jispjega li, \u201cIl-missjoni tad-Dar dejjem kienet dik li tintegra lir-residenti tag\u0127ha kemm jista\u2019 jkun possibbli fil-fibra so\u010bjali tas-so\u010bjet\u00e0 Maltija, g\u0127an li qed jintla\u0127aq primarjament permezz tat-twaqqif ta\u2019 djar f\u2019lokalitajiet differenti. Hawnhekk ir-residenti jista\u2019 jkollhom \u0127ajja aktar indipendenti bl-appo\u0121\u0121 kollu li je\u0127tie\u0121u.\u201d Fr Martin esprima l-gratitudni tieg\u0127u lejn il-pubbliku li dejjem qam g\u0127all-okka\u017cjoni u ta l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u lil dan \u2018ix-xog\u0127ol ta\u2019 m\u0127abba\u2019, b\u0127alma rajna re\u010bentement matul il-programm Xarabank ta\u2019 nhar il-\u0120img\u0127a 8 ta\u2019 \u0120unju, meta n\u0121abret is-somma ta\u2019 EUR 335,293.<\/p>\n<p>Fr Martin spjega li l-ispejje\u017c operazzjonali tad-Dar ila\u0127\u0127qu EUR 12,000 kuljum. Minbarra l-\u0127addiema ta\u2019 appo\u0121\u0121, id-Dar timpjega diversi spe\u010bjalisti biex jag\u0127tu l-g\u0127ajnuna me\u0127tie\u0121a lir-residenti, inklu\u017c terapisti okkupazzjonali u fi\u017cjoterapisti.<\/p>\n<p>Biex tkompli mal-intervent ta\u2019 Fr Martin, is-Sinjura Muscat spjegat lid-Dar hija unika f\u2019termini tal-\u2018atmosfera ta\u2019 familja\u2019 li tipprovdi lill-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li jg\u0127ixu fiha. \u201cMatul is-snin, minn kemm il-Fondazzjoni Marigold ilha tikkollabora mad-Dar tal-Providenza, kull meta n\u017curu din id-Dar, dejjem in\u0127ossu li de\u0127lin f\u2019darna, u r-rabta bejn il-\u0127addiema ta\u2019 appo\u0121\u0121, il-voluntiera u r-residenti nfushom hija tassew \u0121enwina.\u201d Is-Sinjura Muscat \u0127e\u0121\u0121et lin-nies biex ikomplu jappo\u0121\u0121jaw lid-Dar tal-Providenza sabiex id-Dar tkun tista\u2019 tkompli tipprovdi ambjent ta\u2019 kura u attenzjoni g\u0127ar-residenti tag\u0127ha, u tg\u0127inhom jil\u0127qu l-potenzjal s\u0127i\u0127 tag\u0127hom.\u201d<\/p>\n<p>Is-Sa Elvia George qalet li huwa ta\u2019 sodisfazzjon kbir g\u0127all-Bank of Valletta li qed i\u017comm l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u g\u0127al dan l-avveniment permezz tal-Fondazzjoni Marigold. \u201cA\u0127na ninsabu kunfidenti li l-edizzjoni ta\u2019 din is-sena se tkun storja o\u0127ra ta\u2019 su\u010b\u010bess li se tkompli tag\u0127ti xhieda tal-\u0121enero\u017cit\u00e0 tag\u0127na b\u0127ala nazzjon. Fil-Bank of Valletta a\u0127na bi pja\u010bir nag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127na biex ng\u0127inu lil din id-Dar, li l-isem tag\u0127ha huwa sinonimu mal-ambjent ta\u2019 m\u0127abba u kura li tipprovdi lir-residenti tag\u0127ha, tkompli taqdi r-rwol vitali tag\u0127ha fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na.\u201d<\/p>\n<p>Filwaqt li ffoka aktar fuq ir-rwol tal-plejers tal-volleyball, is-Sur Zammit spjega li din is-sena se jie\u0127du sehem aktar minn 80 plejer fuq ba\u017ci volontarja. Dawn di\u0121\u00e0 kellhom ta\u0127ri\u0121 iebes, u l-plejers finali li se jie\u0127du sehem fil-maratona se jit\u0127abbru wara l-prova ta\u2019 24 sieg\u0127a li hija ma\u0127suba g\u0127al tmiem il-\u0121img\u0127a li \u0121ej. \u201cB\u0127al dejjem din il-maratona tkun possibbli biss min\u0127abba l-\u0121enero\u017cit\u00e0 kostanti tal-armata b\u2019sa\u0127\u0127itha tag\u0127na ta\u2019 200 voluntier li jie\u0127du \u0127sieb kollox mid-divertiment sal-istands tal-ikel u \u017c-\u017cona ma\u0127suba g\u0127at-tfal. Is-Sur Zammit qal li l-maratona nnifisha se tixxandar b\u2019mod dirett fuq l-istazzjonijiet prin\u010bipali tat-TV imma \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-pubbliku biex i\u017cur id-Dar u jag\u0127ti l-appo\u0121\u0121 lill-plejers li se jkunu qed jilag\u0127bu l-volleyball bla waqfien g\u0127al 53 sieg\u0127a s\u0127a\u0127.<\/p>\n<p>Il-BOV Marigold Volleyball Marathon se ti\u0121i inawgurata mill-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca nhar il-\u0120img\u0127a 29 ta\u2019 \u0120unju fis-18.00.<\/p>\n<p>Il-kontribuzzjonijiet jistg\u0127u jsiru permezz tat-telefon fuq in-numru 51702012 g\u0127al donazzjoni ta\u2019 \u20ac 15, fuq in-numru 51802013 g\u0127al donazzjoni ta\u2019 \u20ac 25 u fuq in-numru 51902070 g\u0127al donazzjoni ta\u2019 \u20ac 50. Donazzjoni ta\u2019 \u20ac 6.99 tista\u2019 ssir billi jintbag\u0127at SMS vojt fuq 50618944. L-abbonati tal-BOV Mobile Pay jistg\u0127u jag\u0127mlu d-donazzjoni tag\u0127hom ukoll permezz tan-numru 79324834.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-10 edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon b\u2019risq Id-Dar tal-Providenza \u0121iet imnedija uffi\u010bjalment aktar kmieni llum. Il-maratona ta\u2019 53 sieg\u0127a se tibda nhar il-\u0120img\u0127a 29 ta\u2019 \u0120unju fis-18.30 fil-parke\u0121\u0121 tal-karozzi tad-dar&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":8104,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-8115","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8115","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=8115"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8115\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8104"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=8115"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=8115"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=8115"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}