{"id":8734,"date":"2018-10-16T10:25:07","date_gmt":"2018-10-16T09:25:07","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=8734"},"modified":"2018-10-16T10:25:07","modified_gmt":"2018-10-16T09:25:07","slug":"id-dar-tal-providenza-ssellem-il-memorja-ta-sr-annunziata-cortis","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/id-dar-tal-providenza-ssellem-il-memorja-ta-sr-annunziata-cortis\/","title":{"rendered":"Id-Dar tal-Providenza ssellem il-memorja ta\u2019 Sr. Annunziata Cortis"},"content":{"rendered":"<p>Id-Dar tal-Providenza ssellem il-memorja ta\u2019 Sr Annunziata Cortis soru tal-Karit\u00e0 ta\u2019 Santa Giovanna Antida Thouret li ng\u0127aqdet mal-Mulej fis-sema fl-et\u00e0 venerabbli ta\u2019 105 sena.  Sr Annunziata \u0127admet fid-Dar tal-Providenza bejn l-1970 u l-1972 kif ukoll fl-1982.  F\u2019dan i\u017c-\u017cmien hija kienet ukoll is-superjura tal-Komunit\u00e0 tas-sorijiet residenti fid-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>Bijografija<\/p>\n<p>Sr Annunziata twieldet fl-1913 fir-Rabat ta\u2019 Malta. Fil-mag\u0127mudija tawha l-isem ta\u2019 \u2018Pawla\u2019. Kienu \u017cminijiet diffi\u010bli g\u0127all-Ewropa kollha g\u0127aliex kienet qed tberraq l-ewwel gwerra dinjija (1914-1918). Minbarra minn hekk Malta kienet kolonja Ingli\u017ca u ma setg\u0127ux ma j\u0127ossux l-effetti tal-gwerra.<\/p>\n<p>Il-\u0121enituri ta\u2019 Sr Annunzjata g\u0127arfu jag\u0127tu lil binthom  formazzjoni  profondament nisranija u umana.   Ta\u2019 et\u00e0  \u017cg\u0127ira \u0127asset is-sej\u0127a g\u0127all-\u0127ajja reli\u0121ju\u017ca u wara li  talbet u \u0127adet pariri minn min kien jafha sewwa u seta\u2019 jiggwidha, ta\u2019 sittax il-sena \u0127alliet dak kollu li  kien g\u0127a\u017ci\u017c  g\u0127aliha u da\u0127let fin-novizzjat tas-Sorijiet tal-Karit\u00e0 \u0121ewwa \u0126al Tarxien.  <\/p>\n<p>Sr Annunzjata kienet persuna umli, lesta dejjem li titg\u0127allem.  Wara n-novizzjat bag\u0127tuha fl-isptar Centrali il-Furjana  u hawn Is-superjuri tag\u0127ha mill-ewwel indunaw li fiha kien hemm  il-kwalitajiet ne\u010bessarji g\u0127al Soru tal-Karit\u00e0.  Ta\u2019 min jiftakar li f\u2019dak i\u017c-\u017cmien l-isptarijiet ma kellhomx il-fa\u010bilitajiet ta\u2019 llum u l-personal ma kienx  hekk ikkwalifikat b\u0127allum u g\u0127alhekk ix-xog\u0127ol kien iktar diffi\u010bli u iebes millum.                                                             <\/p>\n<p>Fl-1965, is-Sorijiet tal-Karit\u00e0 \u0121ew mitluba li jmorru fi sptar fi Tripli u Sr Annunzjata marret tissupplixxi g\u0127al sentejn  u hawn ukoll kienet g\u0127al qalbha mal-morda g\u0127aliex g\u0127aliha l-morda kienu mod tan\u0121bbli li turi m\u0127abba u nteress f\u2019min hu fil-b\u017conn.  Minn sentejn hija damet Tripli g\u0127al \u017cmien ferm itwal u fl-1978 kienet responsabbli tal-komunit\u00e0. Fil-\u0127ajja twila tag\u0127ha insibuha tista\u2019 tg\u0127id f\u2019kull dar ta\u2019 kura li g\u0127andna f\u2019Malta, Saura, l-isptar San Vin\u010benz, id-Dar tal-Providenza, \u0126al Tarxien&#8230; Kull fejn kien hemm b\u017conn kienet tmur bil-qalb g\u0127aliex fil-marid kienet tara lil Kristu batut.                                             <\/p>\n<p>Minn barra l-qadi tal-morda, fl-1970 kienet kunsilliera Provincjali u anki dan is-servizz  qdietu g\u0127al \u0127ames snin b\u2019g\u0127aqal u m\u0127abba kbira.   Sr Annunzjata   kienet mara kapaci u  kellha qalbha tajba \u0127afna u minkejja l-et\u00e0  kienet dejjem lesta biex tg\u0127in u tag\u0127ti sehemha fejn ikun hemm b\u017conn. <\/p>\n<p>Kienet mara spritwali \u0127afna. Kul\u0127add jitkellem fuq il-kalma u l-prudenza tag\u0127ha, fuq kemm kienet taf tostor dak li ma g\u0127andux jing\u0127ad, ta\u0127fer malajr lil min jonqosha b\u2019xi mod, tag\u0127der u tisku\u017ca l-faqar morali u spiritwali ta\u2019 l-o\u0127rajn. Ta\u2019 karattru ferrie\u0127i u lesta dejjem biex tg\u0127in u tkompli ma\u2019 kul\u0127add.   <\/p>\n<p>Il-\u0127ajja ta\u2019 Sr Annunzjata kienet minsu\u0121a minn atti ta\u2019 m\u0127abba kif jg\u0127idu s-sorijiet kollha li  g\u0127exu mag\u0127ha.   Sr Annunzjata kellha din il-forza g\u0127aliex qabel  kollox kienet mara ta\u2019 talb u intimit\u00e0 mal-Mulej . Il-\u0127in tat-talb g\u0127aliha ma kienet tibdlu ma\u2019 ebda attivit\u00e0 o\u0127ra jekk mhux g\u0127al b\u017conn.            <\/p>\n<p>Dawn l-a\u0127\u0127ar snin g\u0127exet fid-dar tas-sorjiet tal-Karit\u00e0 f\u2019\u0126al Balzan fejn is-sorijiet jie\u0127du l-mistrie\u0127 tag\u0127hom wara snin ta\u2019 servizz tal-karit\u00e0.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id-Dar tal-Providenza ssellem il-memorja ta\u2019 Sr Annunziata Cortis soru tal-Karit\u00e0 ta\u2019 Santa Giovanna Antida Thouret li ng\u0127aqdet mal-Mulej fis-sema fl-et\u00e0 venerabbli ta\u2019 105 sena. Sr Annunziata \u0127admet fid-Dar tal-Providenza bejn&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":8735,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-8734","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8734","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=8734"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8734\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8735"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=8734"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=8734"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=8734"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}