{"id":8849,"date":"2018-12-08T08:12:12","date_gmt":"2018-12-08T07:12:12","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=8849"},"modified":"2018-12-17T08:36:11","modified_gmt":"2018-12-17T07:36:11","slug":"mons-philip-calleja-jinghata-l-premju-dun-mikiel-azzopardi-2018","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/mons-philip-calleja-jinghata-l-premju-dun-mikiel-azzopardi-2018\/","title":{"rendered":"Mons. Philip Calleja jing\u0127ata l-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2018"},"content":{"rendered":"<p>Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi g\u0127as-sena 2018 ing\u0127ata lil Mons. Philip Calleja b\u0127ala turija ta\u2019 rikonoxximent u apprezzament tad-Dar tal-Providenza g\u0127all-\u0127idma u l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u lejn id-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi. Kien Monsinjur Calleja li wara l-mewt ta\u2019 Dun Mikiel f\u2019Mejju ta\u2019 l-1987, ing\u0127ata l-inkarigu minn Mons. Ar\u010bisqof \u0120u\u017ceppi Mercieca biex jorganizza l-funeral kif ukoll biex jie\u0127u \u0127sieb it-tmexxija tad-Dar, sakemm \u0121ie nominat Mons. Lawrence Gatt b\u0127ala d-Direttur il-\u0121did.<br \/>\nDan t\u0127abbar minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt kun\u010bert li sar fil-Katidral tal-Imdina, mill-Banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta ta\u0127t il-patro\u010binju distint tal-E.T. il-President tar-Repubblika, s-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca u l-E.T. l-Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta, Mons. Charles J. Scicluna.<br \/>\nMons. Calleja \u0121ie ordnat sa\u010berdot fit-2 ta\u2019 Awwissu, 1953. L-ewwel \u0127idma pastorali tieg\u0127u kienet l-i\u017cjed mat-tfal tal-Belt. Fl-1956, l-Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi \u0127atru Deputat tal-Uffi\u010b\u010bju ta\u017c-\u017bwi\u0121ijiet, tal-Kurja tal-Ar\u010bisqof. Kienet \u0127atra litteralment providenzjali g\u0127ad-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>Dak i\u017c-\u017cmien, f\u2019Malta, numru sew ta\u2019 tfajliet Maltin kienu ji\u017c\u017cew\u0121u ma\u2019 r\u0121iel tas-Servizzi Ingli\u017ci. Dun Philip kien jaf il-Kappillani tas-Servizzi kollha u meta s-Servizzi \u0121ew biex i\u0127allu l-Barracks tag\u0127hom fis-Si\u0121\u0121iewi, wie\u0127ed mill-kappillani tag\u0127hom g\u0127arrfu b\u2019dan. Qallu li r-rest camp tal-Ammiraljat ta\u2019 mat-triq li tie\u0127u g\u0127al G\u0127ar Lapsi kien se ji\u0121i trasferit fil-Mellie\u0127a. Qallu wkoll li jekk il-Knisja f\u2019Malta kellha b\u017conn dik l-art, kellha tapplika g\u0127aliha malajr. Bl-inizjattiva ta\u2019 Dun Philip, bdiet minnufih \u0127idma biex il-post jinkiseb mill-AKM u g\u0127all-ewwel sentejn, il-lokal intu\u017ca b\u0127ala kampijiet tas-sajf g\u0127at-tfal. Fil-frattemp, bdiet iddur ir-rota biex Dun Mikiel Azzopardi jibda, fil-post, id-Dar tal-Providenza.<\/p>\n<p>Illum, ta\u2019 90 sena, Mons Philip Calleja huwa Ar\u010bidjaknu tal-Kapitlu Metropolitan u g\u0127adu jattendi regolarment f\u2019Dar l-Emigrant biex jaqdi, b\u2019kull mod li jista\u2019, lil dawk kollha li jfittxu l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Aktar kmieni, Fr Martin fera\u0127 lill-President ta\u2019 Malta, Marie Louise Coleiro Preca f\u2019g\u0127eluq sninha. Huwa kompla jg\u0127id li hija xi \u0127a\u0121a sabi\u0127a li f\u2019dawn il-festi tal-Milied u l-ewwel tas-Sena barra li nixtru \u0127afna rigali g\u0127al xulxin inda\u0127\u0127lu idejna fil-but u na\u0127sbu f\u2019dawk li fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na g\u0127andhom b\u017conn xi tip ta\u2019 appo\u0121\u0121 biex jg\u0127ixu b\u0127ala \u010bittadini s\u0127a\u0127 u tal-ewwel klassi.  Fr Martin \u017cied hg\u0127id: \u201cIl-\u0121enero\u017cit\u00e0 tal-poplu Malti u G\u0127awdxi hija karatteristika sabi\u0127a li tiddistingwina,  i\u017cda nappella li ma ng\u0127inux g\u0127ax nit\u0127assru lil dawn il-persuni imma g\u0127ax verament nixtiequhom igawdu minn kwalit\u00e0 ta\u2019 \u0127ajja li tirrispetta d-dinjit\u00e0 tag\u0127hom kif jixraq lil kull persuna.  G\u0127alhekk nappella lill-poplu Malti u G\u0127awdxi biex ng\u0127inu kif nisg\u0127tu lid-Dar tal-Providenza, lill-Malta Community Chest Fund u organizazzjonijiet o\u0127ra li ja\u0127dmu fil-qasam so\u010bjali biex verament ikollna so\u010bjet\u00e0 \u0121usta.\u201d<br \/>\nId-diskors ewlieni sar minn Alishia Xuereb Jones, \u0121enitur ta\u2019 persuna bl-awti\u017cmu, li qasmet mal-udjenza pre\u017centi ftit \u0127sibijiet biex f\u2019pajji\u017cna ikun hawn aktar g\u0127arfien dwar il-kundizzjoni tal-awti\u017cmu u kif nistg\u0127u nag\u0127tu lil dawn il-persuni l-appo\u0121\u0121 li g\u0127andhom b\u017conn biex id-drittijiet tag\u0127hom ikunu salvagwardjati. Aktar g\u0127arfien tad-drittijiet tal-persuni b\u2019di\u017cabilita jg\u0127in biex in-nies iwarrbu l-pre\u0121udizzji u l-ostakli li ma jiggarantux l-integrazzjoni vera u l-ugwaljanza ta\u2019 dawn il-persuni.<br \/>\nF\u2019diskors qasir, L-Isqof Aw\u017ciljarju, Mons. Joseph Galea Curmi fera\u0127 lill-Mons. Philip Calleja li ing\u0127ata l-Premju Mons. Mikiel Azzopardi u fl-istess waqt fa\u0127\u0127ar il-\u0127idma sfieqa tieg\u0127u matul snin twal li mhux biss tissombolizza l-karattru tieg\u0127u imma wkoll l-impenn tal-Knisja Maltija biex tg\u0127in il-batut u l-emar\u0121inat fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na. Huwa kellu wkoll kliem ta\u2019 tif\u0127ir g\u0127ad-Dar tal-Providenza g\u0127all-\u0127idma siewja li tag\u0127mel mal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 f\u2019pajji\u017cna. \u017bgur li d-Dar baqg\u0127et taqdi d-dmir li g\u0127addielha l-fundatur tag\u0127ha Dun Mikiel.<br \/>\nIl-Banda tal-Forzi Armati ta\u2019 Malta kienet ta\u0127t id-direzzjoni tas-Surmast Capt. Jonathan Borg. Il-programm mu\u017cikali kien jinkludi xog\u0127lijiet ta\u2019 Tobani, Tschaikovsky, Mozart, Arnold &#038; Brown, Bach, Rossi, Hahn, Franck u Jenkins. Il-Banda tal-FAM kienet akkumpanjata mill-Coro Bel Canto. <\/p>\n<p>Il-Premju Dun Mikiel Azopardi jing\u0127ata kull sena mid-Dar tal-Providenza biex jirrikonoxxi l-kontribut volontarju ta\u2019 persuni jew organi\u017c\u017cazzjonijiet fil-qasam tal-persuni b\u2019di\u017cabilita\u2019 f\u2019Malta u G\u0127awdex. Dan il-Premju tnieda g\u0127all-ewwel darba fl-1995, f\u2019g\u0127eluq it-tletin sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza.<br \/>\nIl-Kun\u010bert kien organizzat bil-korte\u017cija tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi g\u0127as-sena 2018 ing\u0127ata lil Mons. Philip Calleja b\u0127ala turija ta\u2019 rikonoxximent u apprezzament tad-Dar tal-Providenza g\u0127all-\u0127idma u l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u lejn id-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi. Kien Monsinjur Calleja li&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":8850,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-8849","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8849","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=8849"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8849\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8850"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=8849"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=8849"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=8849"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}