{"id":8879,"date":"2018-12-11T08:46:05","date_gmt":"2018-12-11T07:46:05","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=8879"},"modified":"2018-12-17T08:59:05","modified_gmt":"2018-12-17T07:59:05","slug":"festa-ohra-ta-generozita-mad-dar-tal-providenza-fl-ewwel-ta-jannar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/festa-ohra-ta-generozita-mad-dar-tal-providenza-fl-ewwel-ta-jannar\/","title":{"rendered":"FESTA O\u0126RA TA\u2019 \u0120ENERO\u017bITA\u2019  MAD-DAR TAL-PROVIDENZA FL-EWWEL TA\u2019 JANNAR"},"content":{"rendered":"<p>Ing\u0127ataw dettalji tat-tlieta w g\u0127oxrin edizzjoni tal-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 li ssir fl-Ewwel ta\u2019 Jannar ta\u2019 kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jin\u0121abru fondi \u0127alli d-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi tkun tista\u2019 tkompli bil-\u0127idma tag\u0127ha u ssa\u0127\u0127a\u0127a. Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt konferenza tal-a\u0127barijiet li saret dalg\u0127odu (It-Tlieta, 11 ta\u2019 Di\u010bembru).<br \/>\nFr Martin semma\u2019 erba\u2019 g\u0127anijiet g\u0127all-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 mad-Dar tal-Providenza: Li l-pubbliku jkun jista\u2019 jiltaqa\u2019 mar-residenti tad-Dar; li jara b\u2019g\u0127ajnejh xi pro\u0121etti u inizzjattivi importanti li saru jew qed isiru fid-Dar; li jin\u0121abru fondi biex is-servizz siewi li tag\u0127ti d-Dar tal-Providenza jkun jista\u2019 jibqa\u2019 g\u0127addej u jitjiebu u fl-a\u0127\u0127arnett, i\u017cda mhux linqas, hu li jitwassal il-messa\u0121\u0121 li d-Dar tal-Providenza dejjem trid twassal: Is-so\u010bjet\u00e0 dejjem  trid tirrispetta lill-persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0, titrattahom bid-dinjit\u00e0 li jixirqilhom u toffrilhom l-g\u0127a\u017cliet u l-opportunitajiet li kul\u0127add g\u0127andu dritt li jgawdi.<br \/>\nIl-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 tibda fid-9.00am b\u2019quddiesa minn Mons Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar. Matul il-jum kollu fuq il-palk ta\u2019 ta\u0127t it-tinda, ikun hemm spettaklu ta\u2019 varjet\u00e0 u intervisti ma\u2019 g\u0127add ta\u2019 personalitajiet li j\u017curu d-Dar li jibqa\u2019 sejjer sa nofsillejl.<br \/>\nDin is-sena se jer\u0121a jsir irkant ta\u2019 xog\u0127olijiet tal-arti, \u0121entilment mog\u0127tija minn artist, kemm Maltin kif ukoll barranin imma se jie\u0127u bixra o\u0127ra billi l-irkant se jsir fil-foyer tal-Parlament fil-Belt Valletta nhar il-\u0126amis, 20 ta\u2019 Di\u010bembru fis-7.00pm. Il-pubbliku jista\u2019 jara minn qabel dawn ix-xog\u0127olijiet tal-arti fil-wirja li se tkun fl-istess foyer tal-Parlament kif ukoll billi jid\u0127ol fuq ill-website www.dtpauction.com.<br \/>\nDin il-wirja se tinfeta\u0127 uffi\u010b\u010bjalment mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappre\u017centanti, l-Onor. Dr An\u0121lu Farrugia nhar il-\u0120img\u0127a 14 ta\u2019 Di\u010bembru fil-5.00pm u tag\u0127laq bl-irkant fl-20 tax-xahar. Il-wirja tkun miftu\u0127a kuljum mid-9.00am sat-8.00pm. Xog\u0127lijiet tal-arti li ma ji\u0121ux irkantanti jkunu g\u0127all-bejg\u0127 waqt il-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 fl-1 ta\u2019 Jannar, 2019 fis-Si\u0121\u0121iewi.<\/p>\n<p>Is-CD Compilation, \u201c\u0126elu Bambin4\u201d, jista\u2019 jinkiseb fuq donazzjoni ta\u2019 \u20ac10 b\u2019risq id-Dar tal-Providenza, bi produzzjoni u kliem ta\u2019 Fr George Ocar Buttigieg OFMConv. G\u0127add ta\u2019 kantanti stabbiliti Maltin taw sehemhom f\u2019din is-CD li tista\u2019 ti\u0121i akkwistata g\u0127al donazzjoni ta\u2019 \u20ac10 b\u2019risq Id-Dar tal-Providenza mill-\u0127wienet reli\u0121ju\u017ci ewlenin. Saru arran\u0121amenti ma\u2019 TVM biex dan il-kun\u010bert, li \u0121ie rrekordjat fl-istudios ta\u2019 Where\u2019s Everybody, jixxandar fuq TVM2 nhar il-Milied fl-10.00am b\u2019ripetizzjoni lejlet l-ewwel tas-sena fid-8.45pm.<br \/>\nGhal benefi\u010b\u010bju ta\u2019 dawk li dakinhar se j\u017curu d-Dar tal-Providenza se jkun hemm servizz ta\u2019 park-and-ride bejn it-3.00pm u 9.00pm mit-triq ta\u2019 San Niklaw (ir-runway l-antik). G\u0127al dawk li ma jistg\u0127ux jaslu sas-Si\u0121\u0121iewi jistg\u0127u isegwu l-Kampanja, li  taghlaq wara nofsillejl, li se tkun imxandra live fuq l-istazzjonijiet televi\u017civi ewlenin. Donazzjonijiet jistghu jsiru fl-istess Dar tal-Providenza jew permezz tat-telefon.   <\/p>\n<p>Donazzjonijiet jistghu jsiru bit-telefon:<br \/>\nDonazzjoni\t\u20ac10\t\t&#8211;\t516 02 012<br \/>\nDonazzjoni\t\u20ac15\t\t&#8211;\t517 02 013<br \/>\nDonazzjoni\t\u20ac25\t\t&#8211;\t518 02 014<br \/>\nSMS Donazzjoni\t\u20ac7\t\t&#8211;\t506 18 922<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ing\u0127ataw dettalji tat-tlieta w g\u0127oxrin edizzjoni tal-Festa ta\u2019 \u0120enero\u017cit\u00e0 li ssir fl-Ewwel ta\u2019 Jannar ta\u2019 kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jin\u0121abru fondi \u0127alli d-Dar tas-Si\u0121\u0121iewi tkun tista\u2019 tkompli bil-\u0127idma&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":8880,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-8879","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8879","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=8879"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8879\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8880"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=8879"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=8879"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=8879"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}