{"id":9403,"date":"2019-04-02T11:51:36","date_gmt":"2019-04-02T10:51:36","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=9403"},"modified":"2019-04-02T11:51:36","modified_gmt":"2019-04-02T10:51:36","slug":"omelija-waqt-il-quddiesa-tal-funeral-ta-debbie-schembri","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/omelija-waqt-il-quddiesa-tal-funeral-ta-debbie-schembri\/","title":{"rendered":"Omelija waqt il-quddiesa tal-funeral ta\u2019 Debbie Schembri"},"content":{"rendered":"<p>Omelija li g\u0127amel Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt il-quddiesa tal-funeral ta\u2019 Debbie Schembri fil-kappella ta\u010b-\u010aimiterju tal-Addolorata<\/p>\n<p>Na\u0127seb li l-ewwel darba li rajt lil Debbie kien meta fit-tieni sena tieg\u0127i mort nag\u0127mel \u0121urnata volontarjat id-Dar tal-Providenza u ltqajt mag\u0127ha fis-segreterija fejn dak i\u017c-\u017cmien kienet ta\u0127dem. It-tieni darba li rajtha kienet waqt il-quddiesa fuq il-fosos tal-Floriana meta kien \u0121ie g\u0127all-ewwel darba l-Papa \u0120wanni Pawlu II. Dakinhar flimkien mal-\u0121enituri tag\u0127ha tellg\u0127et il-pissidi tal-ostji waqt l-offertorju. Xi ftit tas-snin ilu rnexxieli nakkwista kopja tar-ritratti ta\u2019 din l-okka\u017cjoni unika mill-arkivji tar-ritratti tal-Vatikan u g\u0127amilt kopja lil Debbie li tant \u0127adet \u0121ost bihom. Mur ig\u0127idli li snin wara kien se jkolli x-xorti nsir nafha mill-qrib daqshekk.<\/p>\n<p>Illum, binha, missierha, o\u0127tha, familjari, kollegi u \u0127bieb ninsabu lkoll ixxukkjati bil-mewt ta\u2019 Debbie li \u0121iet bla nistennija g\u0127alkemm dan l-a\u0127\u0127ar sa\u0127\u0127itha ma tantx kienet tajba. Il-\u0127ajja kollha misteri, kollha sorpri\u017ci kuntant sbie\u0127 u kultant koro\u0127, diffi\u010bli b\u0127al din ta\u2019 llum. Imma fil-\u0127emda ta\u2019 dan il-mument diffi\u010bli, il-Mulej ji\u0121i f\u2019nofsna b\u0127alma deher f\u2019nofs l-Appostli mbe\u017c\u017cg\u0127a mill-Lhud fi\u010b-\u010benaklu, imbikkma bil-mewt ta\u2019 dan \u0120esu u jg\u0127idilhom; \u201cil-Pa\u010bi mag\u0127kom.\u201d Kura\u0121\u0121 \u0127bieb qed tarawni jien qomt mill-mewt. Ma tiftakrux x\u2019ig\u0127idtilkom meta g\u0127amilt l-a\u0127\u0127ar ikla mag\u0127kom?: &#8220;Ftit ie\u0127or u ma tarawnix aktar; mbag\u0127ad ftit ie\u0127or u ter\u0121g\u0127u tarawni.&#8221; (\u0120w 16.16) \u201cHawn jien ninsab fostkom imqajjem mill-mewt. Issa sejjer in\u0127ejjilkom fejn toqog\u0127du. U meta mmur u n\u0127ejjilkom post, ner\u0121a&#8217; ni\u0121i biex no\u0127odkom mieg\u0127i biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll&#8221; (Gw 14:2-3). Ejjew f\u2019dan il-mument diffi\u010bli nsa\u0127\u0127u l-fidi tag\u0127na fil-qawmien mill-imwiet. Lil Martha, o\u0127t Lazzru, \u0120es\u00f9 qalilha: &#8220;Jien hu l-qawmien u l-\u0127ajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jg\u0127ix; u kull min jg\u0127ix u jemmen fija, dan ma jmut qatt. Temmnu inti dan?&#8221; &#8220;Iva, Mulej,&#8221; we\u0121bitu, &#8220;Jiena nemmen.\u201d [\u0120w11,25-27] Ejja llum inwie\u0121bu\u0127 a\u0127na wkoll bl-istess kliem \u2018Iva, Mulej\u2019. Nemmnu li Debbie li f\u2019g\u0127ajnejna hija mejta, nemmnu li llum waslet fid-destinazjoni a\u0127\u0127arija tag\u0127ha mieg\u0127ek fis-sema g\u0127al dejjem. Hi din il-fidi fil-qawmien mill-imwiet li f\u2019mument daqshekk diffi\u010bli nistg\u0127u in\u0127ossu l-Mulej jixxotta d-dmug\u0127 tag\u0127na u jibdlu fi dmug\u0127 ta\u2019 fer\u0127 u tama.<\/p>\n<p>Dan il-mument diffi\u010bli barra li huwa mument fejn il-Mulej jg\u0127inna n\u0121eddu l-fidi tag\u0127na fil-qawmien mill-imwiet huwa fl-istess \u0127in mument sabi\u0127 biex nirringrazzjaw lil-Mulej li jag\u0127tina persuni li jispirawna b\u0127al Debbie.<\/p>\n<p>Debbie kienet tispirak bid-determinazzjoni kbira tag\u0127ha, id-determinazzjoni li tg\u0127ix, li tistudja, li ta\u0127dem, li tgawdi l-\u0127ajja, li ti\u0121\u0121ieled g\u0127ad-drittijiet tag\u0127ha u ta\u2019 \u0127addie\u0127or, id-determinazzjoni li ssir omm, Ostakli biex tiddetermina \u0127ajjitha hija stess sabet \u0127afna imma Debbie kienet fighter. Qatt ma qatg\u0127et qalbha to\u0127odha kontra d-di\u017cabilita li s-so\u010bjet\u00e0 taf to\u0127loq lil persuni b\u0127alha. Kemm jg\u0127odd g\u0127aliha l-versett mil-ktieb tal-Proverbji \u201cMara ta\u2019 \u0127ila min isibha? Tiswa aktar mill-\u0121awhar.\u201d (Prov. 31:10)<\/p>\n<p>Kienet mara li tapprezza l-impenn ta\u2019 dawk li f\u2019\u0127ajjitha kienu ta\u2019 appo\u0121\u0121 biex timxi l-quddiem. Insemmu biss, biex \u017cgur ma ninsew lil \u0127add, lil Dun Mikiel Azzopardi li dejjem kienet tg\u0127id li kien jemmen fiha. F\u2019wie\u0127ed mid-diskorsi tag\u0127ha kienet qalet: \u201dKien jemmen li a\u0127na l-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 jixirqilna dak li jixraq lil kull persuna umana; jixirqilna kull rispett u dinjit\u00e0, jixirqilna opportunitajiet indaqs biex ikollna kwalit\u00e0 ta\u2019 \u0127ajja xierqa, nistg\u0127u insemmg\u0127u le\u0127inna u nag\u0127tu l-kontribut tag\u0127na wkoll g\u0127all-\u0121id tas-so\u010bjet\u00e0 li ng\u0127ixu fiha.\u201d Illum, Debbie tirringrazzja lil dawk kollha li f\u2019\u0127ajjitha stmawha b\u2019dan il-mod, lil dawk kollha li kienu jfissru \u0127afna g\u0127aliha. Il-lista hija twila. Hawn ippermettuli nsemmi lil Sr Victoria li kienet \u0127adet \u0127siebha meta kienet \u017cg\u0127ira.<\/p>\n<p>Illum, is-settur tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 tilef vu\u010bi. In\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 biex fuq l-e\u017cempju ta\u2019 Debbie ma jib\u017cg\u0127ux isemmu le\u0127enhom, ma jib\u017cg\u0127ux ji\u0121\u0121ieldu d-diskriminazzjonjiet, \u0127afna drabi sottili, li jiltaqg\u0127u mag\u0127hom kuljum. Il-bidliet fl-attitudnijiet ne\u0121attivi tan-nies jinbidlu biss jekk ma nibqg\u0127ux siekta, jekk no\u0127olqu aktar kuxjenza favur id-drittijiet tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 u dak li jostakolhom milli jistg\u0127u japparte\u010bipaw b\u2019mod s\u0127i\u0127 fil-\u0127ajja tas-so\u010bjet\u00e0 b\u0127al \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Fl-iskrittura Alla jurina li a\u0127na llkoll prezzju\u017ci f\u2019g\u0127ajnejh, illkoll ma\u0127luqa xhiebha tieg\u0127u. (Gen 1,27) llkoll indaqs f\u2019g\u0127ajnej\u0127. Debbie kienet prezzju\u017ca f\u2019g\u0127ajnejh b\u0127al kull persuna li titnissel fil-\u0121uf. U kif naqraw fl-Ewwel Ktieb ta\u2019 Samwel, kapitlu 16 vers 7, \u201cAlla ma j\u0127arisx lejn is-sura tal-bniedem, jew it-tul ta&#8217; persuntu. Alla ma jarax b\u0127alma jara l-bniedem, dak biss li jidher fl-g\u0127ajn, imma l-qalb.\u201d<\/p>\n<p>Grazzi, Mulej ta\u2019 Debbie, ta\u2019 dak li g\u0127allimtna permezz tag\u0127ha, ilqag\u0127ha fi \u0127danek fis-sema.<\/p>\n<p>Debbie, il-Mulej jag\u0127tik il-mistrie\u0127 ta\u2019 dejjem.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Omelija li g\u0127amel Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt il-quddiesa tal-funeral ta\u2019 Debbie Schembri fil-kappella ta\u010b-\u010aimiterju tal-Addolorata Na\u0127seb li l-ewwel darba li rajt lil Debbie kien meta fit-tieni sena&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":9407,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-9403","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9403","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=9403"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9403\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9407"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=9403"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=9403"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=9403"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}