{"id":9525,"date":"2019-05-13T09:22:44","date_gmt":"2019-05-13T08:22:44","guid":{"rendered":"https:\/\/www.dartalprovidenza.org\/?p=9525"},"modified":"2019-05-13T09:22:44","modified_gmt":"2019-05-13T08:22:44","slug":"jitfakkar-it-32-anniversarju-tal-mewt-ta-dun-mikiel-azzopardi-fundatur-tad-dar-tal-providenza","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/jitfakkar-it-32-anniversarju-tal-mewt-ta-dun-mikiel-azzopardi-fundatur-tad-dar-tal-providenza\/","title":{"rendered":"Jitfakkar it-32 Anniversarju tal-mewt ta\u2019 Dun Mikiel Azzopardi,  Fundatur tad-Dar tal-Providenza"},"content":{"rendered":"<p>Fil-kappella tad-Dar tal-Providenza saret \u010belebrazzjoni ewkaristika biex jitfakkar it-tnejn u tletin anniversarju mill-mewt ta\u2019 Mons Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. G\u0127al din il-Quddiesa attendew g\u0127add ta\u2019 membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u \u0127bieb tad-Dar tal-Providenza. Dun Mikiel, kif kien mag\u0127ruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta\u2019 Frar 1910 u miet fit-13 ta\u2019 Mejju 1987.<\/p>\n<p>I\u010b-\u010belebrazzjoni tmexxiet minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza flimkien ma\u2019 Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkle\u017cjastiku ta\u017c-\u017bAK (\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 Azzjoni Kattolika). Fl-omelija tieg\u0127u, Fr Martin iddeskriva lil Dun Mikiel Azzopardi b\u0127al rag\u0127aj tajjeb li g\u0127adu jispira lis-so\u010bjet\u00e0 Maltija bil-vi\u017cjoni u l-\u0127idma tieg\u0127u biex il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 jing\u0127ataw rispett, dinjit\u00e0 u drittijiet li fi \u017cmienu ma kellhomx.  Hu g\u0127en ukoll il-mod kif is-so\u010bjet\u00e0 ta\u2019 \u017cmienu kienet t\u0127ares lejn il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0.  Il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 mhumiex nies tat-tieni klassi imma persuni bi drittjiet ugwali.     B\u0127alissa fid-Dar jg\u0127ixu madwar mija u \u0127mistax-il persuna b&#8217;etajiet ta&#8217; bejn l-erbatax u &#8216;l fuq minn tmenin sena. Id-Dar ti\u0121bor fiha tliet residenzi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani kif ukoll djar fil-komunitajiet tas-Si\u0121\u0121iewi, l-Qawra, Birkirkara, i\u017c-\u017burrieq u o\u0127ra f&#8217;Balluta li mistennija tinfeta\u0127 aktar tard din is-sena. Fr Martin fakkar ukoll fil-vi\u017cjoni ta\u2019 Jean Vanier li miet ftit \u0121ranet ilu, propju fis-7 ta\u2019 Mejju fl-et\u00e0 ta\u2019 90 sena. Vanier, li kien \u017car id-Dar tal-Providenza f\u2019Settembru 1985, b\u0127al Dun Mikiel waqqaf il-komunitajiet mag\u0127rufa b\u0127ala L\u2019Arche fejn persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 intellettwali jg\u0127ixu fi djar \u017cg\u0127ar fil-komunit\u00e0 flimkien ma\u2019 dawk li jag\u0127tuhom sapport. Illum L\u2019Arche hija mifruxa f\u2019seba\u2019 u tletin pajji\u017c mad-dinja kollha.   Jean Vanier jg\u0127id li tg\u0127ix mal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 jg\u0127inek tapprezza s-sabi\u0127 li hemm f\u2019qalbhom u l-valur uniku ta\u2019 kull persuna. \u0120esu qatt ma warrab lil \u0127add u jurina li jixtieq jinkludi lil kul\u0127add tant li g\u0127a\u017cel li ji\u010b\u010bekken u jsir wie\u0127ed b\u0127alna.   Huwa jis\u0127aq li d-dinja te\u017calta lil min kapa\u010bi jitla\u2019 l-iskaluna tas-su\u010b\u010bess, tal-ambizzjoni, tal-kompetizzjoni, tal-\u0121id materjali u tal-poter. Minkejja l-li\u0121jiet u l-konvenzjonijiet favur id-drittijiet tal-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 g\u0127ad hawn min i\u0127ares lejn il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 b\u0127ala \u201cproblema\u201d u g\u0127alhekk nippromovu l-abort ta\u2019 persuni b\u2019dizabilt\u00e0 fil-\u0121uf u niddeskriminaw ma\u2019 persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0. <\/p>\n<p>Fi tmiem i\u010b-\u010belebrazzjoni, sar diskors qasir mis-Sur Josef DeBono, President tal-AKM, fejn ikkritika kliem ta\u2019 mibg\u0127eda lejn il-persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 li smajna dan l-a\u0127\u0127ar f\u2019pajji\u017cna u \u0127e\u0121\u0121e\u0121 biex, b\u0127al Dun Mikiel, nippromovu l-kultura tal-\u0127ajja li tirrispetta lil kull persuna sa mill-kon\u010bepiment tag\u0127ha.    Wara, dawk pre\u017centi in\u0121abru u talbu madwar il-qabar ta\u2019 Mons Azzopardi.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-kappella tad-Dar tal-Providenza saret \u010belebrazzjoni ewkaristika biex jitfakkar it-tnejn u tletin anniversarju mill-mewt ta\u2019 Mons Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. G\u0127al din il-Quddiesa attendew g\u0127add ta\u2019 membri tal-Azzjoni Kattolika&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":16,"featured_media":9526,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"give_campaign_id":0,"footnotes":""},"categories":[166],"tags":[],"class_list":["post-9525","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","category-ahbarijiet"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9525","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/16"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=9525"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/9525\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9526"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=9525"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=9525"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/www.staging.dartalprovidenza.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=9525"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}